DT\643079MT.Doc PE 382.384V01-00 MT MT 1
Total Page:16
File Type:pdf, Size:1020Kb
PARLAMENT EWROPEW ««« « « 2004 « « 2009 « « ««« 4.12.2006 RAPPORT dwar id-delegazzjoni ad hoc għal Timor tal-Lvant, 28 ta’ Ottubru–4 ta’ Novembru 2006 Rapporteur: Ana Maria Gomes DT\643079MT.doc PE 382.384v01-00 MT MT 1. Introduzzjoni Fil-15 ta’ Ġunju 2006 s-Seduta Plenarja adottat riżoluzzjoni dwar Timor Leste fejn talbet li l- Konferenza tal-Presidenti tiddeċiedi li tibgħat delegazzjoni Parlamentari ad hoc f’Timor tal- Lvant fil-ħarifa ta’ l-2006 biex tevalwa s-sitwazzjoni politika u teżamina l-adegwatezza tal- programmi ta’ għajnuna ta’ l-UE. Fit-13 ta’ Settembru l-Konferenza tal-Presidenti approvat mingħajr diskussjoni li tintbagħat delegazzjoni ad hoc f’Timor tal-Lvant mit-28 ta’ Ottubru sa l-4 ta’ Novembru 2006, magħmula minn seba’ membri maħtura mill-gruppi politiċi skond is-sistema d'Hondt li għandha tapplika wkoll għall-Membri mhux affiljati. Id-delegazzjoni kellha tkun magħmula minn 3 Membri ta’ l-EPP, 2 tal-PSE, 1 ta’ l-ALDE u 1 tal-Ħodor. Wara konsultazzjonijiet u approvazzjonijiet suċċessivi ta’ pożizzjonijiet bejn il-Gruppi, 6 Membri biss riedu jkunu inklużi fid-delegazzjoni: 2 EPP, 3 PSE u 1 GUE. Fid-19 ta’ Ottubru l-laqgħa kostituttiva tad-delegazzjoni ħatret lis-Sra Britta Thomsen (PSE) bħala ‘Chairperson’. Iżda, ġimgħa qabel il-Missjoni kellha tibda hija rtirat l-applikazzjoni tagħha, kif għamel wieħed miż-żewġ Membri ta’ l-EPP. Id-delegazzjoni finalment kienet iffurmata minn 4 Membri, li bejniethom ħatru lis-Sra Ana Gomes (PSE) bħala kap tad-delegazzjoni. Il-parteċipanti kienu: - is-Sra Ana Gomes (PSE) - is-Sur Emanuel Jardim Fernandes (PSE) - is-Sur Nirj Deva (EPP) - is-Sur Pedro Guerreiro (GUE). Il-Missjoni kienet akkumpanjata mis-Sur Jean François Vallin (membru ta’ l-istaff tal-PSE), mis-Sur João Leite u s-Sur Balazs Reiss (membri ta’ l-istaff tad-DEVE) u mis-Sra Alexia Whiting u s-Sur Júlio Monteiro (Interpretaturi). Il-programm uffiċjali tad-delegazzjoni beda t-Tnejn, 30 ta’ Ottubru fl-10.00am (ara l-anness 1 mal-programm tad-delegazzjoni) u spiċċa fil-11.00pm il-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru. Il-Membri bdew jivvjaġġaw fit-28 ta’ Ottubru u rritornaw sal-5 ta’ Novembru 2006. Ma seħħ l-ebda inċident matul il-Missjoni kollha. Forza tal-pulizija diskreta kienet qed takkumpanjana dejjem. Aħna konna akkumpanjati mis-Sur Guglielmo Colombo, membru ta’ l-istaff tal-KE, u mis- Sur Miguel Amado, mibgħut speċjali tal-President Barroso f’Timor, li ġie mitlub biex idum DT\643079MT.doc PE 382.384v01-002/27 DT\643079MT.doc MT ġimgħa oħra qabel ma jirritorna fi Brussell biex jibqa’ hemmhekk waqt iż-żjara tagħna. 2. Ġustifikazzjoni għall-Missjoni Timor tal-Lvant ġie mifni bil-vjolenza mit-tkeċċija f’April 2006 ta’ kważi 600 suldat, li jirrappreżentaw terz tal-forzi armati kollha; fit-28 sad-29 ta’ April 2006, konfrontazzjoni armata bejn il-forzi armati u t-truppi mkeċċija u n-nies ċivili li appoġġjawhom ikkawżaw numru kontroversjali ta’ mwiet. Bħala konsegwenza ta’ l-inkwiet, l-irvelli u l-vjolenza minn gruppi ta’ persuni, inqatlu ħafna nies, ħafna iktar ġew feruti, u għexiren ta’ eluf ta’ persuni ħarbu mid-Dili f’paniku u qed jibqgħu fuq l-għoljiet tal-madwar jew ġew imċaqalqa taħt il-protezzjoni tal-Knisja, tan-NU, jew ta’ l-ambaxxati. Skond informazzjoni min-NU, suldati fetħu n-nar fuq uffiċjali tal-pulizija mhux armati fil-25 ta’ Mejju 2006, u qatlu disgħa u ferew 27. L-instabilità politika f’Timor tal-Lvant baqgħet għaddejja, minkejja r-riżenja tal-Ministru ta’ l-Intern u l-Ministru tad-Difiża u sforzi oħra li saru u miżuri adottati mill-awtoritajiet ta’ Timor tal-Lvant. Dawk li kienu qed jipprotestaw talbu r-riżenja tal-Prim Ministru Mari Alkatiri, li rriżenja fis- 26 ta’ Ġunju. Ħadlu postu s-Sur Ramos Horta, rebbieħ preċedenti tal-premju Nobel għall- Paċi, fl-10 ta’ Lulju. Id-deterjorament fil-kriżi drammatika ta’ sigurtà u politika wassal lill-awtoritajiet ta’ Timor tal-Lvant biex fl-24 ta’ Mejju jitolbu truppi barranin biex jgħinu fil-kontroll tal-vjolenza u biex jerġa’ jkun hemm ħarsien tal-liġi u ordni. Biex jerġa’ jkun hemm stabilità politika u soċjali, saru taħdidiet mill-President u l-Prim Ministru fil-preżenza ta’ osservaturi tan-NU ma’ rappreżentanti tas-suldati mkeċċija u uffiċjali u aġenti tal-pulizija li ħallew l-istrutturi organizzattivi tagħhom. Il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati rrapporta li iktar minn 100 000 persuna spostata telqu min darhom bħala riżultat ta’ l-inkwiet li beda minħabba t-tkeċċija ta’ terz mill-forzi armati u l-qasma fil-forza tal-pulizija, u tkompla bil-vjolenza minn gruppi ta’ persuni. Ħafna kampijiet tar-refuġjati nbnew b’mod strateġiku quddiem il-bini pubbliku ewlieni, il-kwartieri tan-NU u l-ajruport. Il-missjoni tan-NU għal Timor tal-Lvant (UNOTIL), darba kellha xi 11 000 suldat u staff ċivili, iżda tnaqqset għal 130 membru ta’ l-istaff, pulizija u konsulent militari. Hija kellha tispiċċa fl-20 ta’ Ġunju 2006, wara li kienet ġiet estiża mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f’Mejju 2006 għal xahar biss, minkejja l-proposta tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU li hija kellha tiġi mtawwla għal sena. Hekk kif is-sitwazzjoni politika ddeterjorat f’Mejju 2006, Kofi Annan bagħat lura lil Ian DT\643079MT.doc PE 382.384v01-003/27 DT\643079MT.doc MT Martin tal-UNTAET biex jevalwa s-sitwazzjoni. Fil-25 ta’ Awwissu l-Kunsill tas-Sigurtà tan- NU, fuq il-bażi tar-rapport tiegħu, ħoloq Missjoni ġdida u estiża (UNMIT), biex jieħdu sehem xi 1600 pulizija internazzjonali u 34 uffiċjal ta’ komunikazzjoni militari għal perjodu ta’ sitt xhur li jkun jista’ jiġġedded. Fit-13 ta’ Settembru uffiċjal tan-NU ħa l-kontroll tal-pulizija nazzjonali. Truppi ta’ sigurtà barranin spostati fuq it-talba tal-Gvern jibqgħu taħt l-awtorità tal-kmandanti tagħhom stess u mhux kollha lesti jaċċettaw awtorità magħquda. Il-livell tal-qgħad f’Timor tal-Lvant huwa madwar 80%, b’40% jgħixu fil-faqar u 60% b’età ta’ 18 jew inqas; Timor għandu l-ogħla rata ta’ twelid (iktar minn sebat itfal għal kull omm), li iktar ma jgħaddi ż-żmien se tiġġenera problema anki iktar gravi jekk mhux se jittieħdu azzjonijiet biex ikun iffaċċjat il-fattur tal-qgħad. Timor din is-sena rċieva għall-ewwel darba flus mill- utilizzazzjoni ta’ l-erjas taż-żejt, iżda għandu ftit kapaċità biex jippromwovi proġetti biex juża l-flus. Id-diskussjoni fuq fejn jista’ jkun it-terminal għall-gass minn dawk l-erjas taż-żejt, f’Timor jew fl-Awstralja tat-Tramuntana hija kawża bażika importanti għal xi movimenti politiċi li qed iżżid il-kriżi preżenti. Raġuni bażika oħra tinsab fil-kwistjonijiet mhux solvuti bejn dawk li ġġieldu l-okkupazzjoni Indoneżjana f’Timor u dawk li immigraw u rritornaw biss wara l-indipendenza. 3. Ġabra tal-punti ewlenin ta’ l-informazzjoni li waslet (kummenti fil-korsiv) 3.1. Is-Sur Francisco Guterres Lu-Olo, President tal-Parlament Nazzjonali - Forzi internazzjonali m’humiex kapaċi jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Huma ma jaqbdux lill- aggressuri, iżda biss lil dawk li jirreaġixxu għall-aggressjonijiet. - Il-pulizija Awstraljana interċettat ukoll f’‘road block’ lill-ġeneral li jikkmanda l-armata ta’ Timor (Matan Ruak) u żammitu għal 45 minuta. - Il-Parlament adotta riżoluzzjoni (ara l-anness) fis-26 ta’ Ottubru dwar is-Sistema ta’ Sigurtà f’Timor Leste (fejn talab għal awtorità tan-NU fuq il-forzi kollha militari u tal-pulizija stazzjonati f’Timor Leste). - Jiena naċċetta l-konklużjonijiet tar-rapport tan-NU dwar is-sistema ġudizzjarja, għalkemm ma naqbilx ma’ xi punti speċifiċi, bħall-bżonn li tissaħħaħ dik is-sistema. Jiena wkoll kontra r-reklutaġġ ta’ mħallfin Anglofoni, minħabba li s-sistema tal-liġi tagħna hija bbażata fuq dik Rumana (ara r-riżoluzzjoni mehmuża tal-Parlament tas-26 ta’ Ottubru dwar it-tisħiħ u l- garanzija ta’ l-indipendenza tal-Qorti). - Żewġ proposti tal-liġi elettorali ġew introdotti mill-Gvern u mill-oppożizzjoni. Aħna qed DT\643079MT.doc PE 382.384v01-004/27 DT\643079MT.doc MT nippromwovu l-konċiljazzjoni bejniethom u nittamaw li ngħaddu l-liġi f’Novembru. Waħda mill-punti li teħtieġ konċiljazzjoni hija l-limitu ta’ 5% tal-voti biex partit ikollu r- rappreżentanti tiegħu fil-Parlament, iżda l-partit tiegħi Fretilin jaċċetta li jiddiskuti l- kwistjoni. - Aħna rridu li l-Parlament Ewropew jiġi josserva l-elezzjonijiet. Żgur li se tintbagħat ittra f’ħin suffiċjenti. - Aħna se nibagħtu delegazzjoni tal-Parlament għall-JPA ACP/EU li jmiss f’Barbados. - Aħna nilqgħu bi pjaċir preżenza ta’ l-UE iktar qawwija f’Timor Leste, pereżempju bħala appoġġ għal sistema ta’ banek ta’ kreditu rurali. - Il-forzi armati tagħna jeħtieġu li jkunu integrati fl-awtorità mmexxija min-NU tal-forzi kollha f’Timor u l-Membri “riċiklabbli” ta’ qabel tal-pulizija u l-armata għandhom jerġgħu jiddaħħlu. - Hemm bżonn ta’ programmi ta’ taħriġ għall-membri ta’ l-istaff tal-Parlament tagħna. Aħna għandna bżonn iktar membri ta’ l-istaff b’esperjenza ġudizzjarja u tlabna lill-UNDP biex jiffinanzja programm ta’ reklutaġġ (iċ-‘Chairperson’ tal-PE semmiet hawnhekk l-ittra tas-Sur Toornstra dwar il-possibilitajiet ta’ rwol futur tal-PE f’li jipprovdi dak it-taħriġ). - L-animożità bejn il-Lvant u l-Punent hija artifiċjali. - Il-Parlament se jkollu rwol importanti xi jwettaq fl-inizjattiva ta’ Djalogu Nazzjonali. - Il-Parlament se joħloq Kummissjoni biex tistudja r-rapprt tan-NU. 3.2. Is-Sra Ana Pessoa, il-Ministru ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat - Il-problemi ma spiċċawx. Jeħtieġ li l-forzi jkunu kkoordinati fil-post u l-pulizija attwali huma biss nofs dawk li ġew imwiegħda. - Il-forzi Awstraljani m’humiex imparzjali. Aħna għandna bżonn ta’ awtorità magħquda. - Il-programm SIMU-MALU se jipprova jġib sigurtà fil-viċinanzi, billi joħloq għases tal- pulizija lokali u pakkett ta’ rikostruzzjoni għad-djar.