Mt Mt Mozzjoni Għal Riżoluzzjoni
Parlament Ewropew 2014-2019 Dokument ta' sessjoni B8-0169/2016 29.1.2016 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar- Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) Pavel Telička, Petras Auštrevičius, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Norica Nicolai, Urmas Paet, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Renate Weber, Nedzhmi Ali f'isem il-Grupp ALDE RE\1085441MT.doc PE576.530v01-00 MT Magħquda fid-diversità MT B8-0169/2016 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) Il-Parlament Ewropew, – wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Settembru 20111, tat-22 ta' Novembru 20122, tat-18 ta' Settembru 20143 u tal-15 ta' Jannar 20154, – wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 li permezz tagħha nħolqot il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)5, – wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet reċenti tal-Viċi President tal- Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, dwar il-Libja, inklużi dawk tas-7, il-11 u t- 18 ta' Jannar 2016, – wara li kkunsidra l-konklużjonijiet
[Show full text]