Il-Pjanti Vaskulari Endemici Tal-Gzejjer Maltin

Total Page:16

File Type:pdf, Size:1020Kb

Il-Pjanti Vaskulari Endemici Tal-Gzejjer Maltin EDWIN LANFRANCO Il-Pjanti Vaskulari Endemiċi tal-Gżejjer Maltin Introduzzjoni L-iżolament tal-Gżejjer Maltin hu l-kawża ewlenija għall­ eżistenza ta' numru konsiderevoli ta' speċi li jgħammru biss f'dawn il-Gżejjer u għaldaqstant huma meqjusa bħala speċi endemiċi. F'dan l-istudju ġbart it-tagħrif li għandna s'issa dwar il-pjanti endemiċi b'enfasi fuq il-pjanti vaskulari (Diviżjoni: Tracheophyta). Sal-1976, ħames speċi biss ta' pjanti vaskulari kienu meqjusa bħala endemiċi ta' dawn il-gżejjer u minn dawn waħda biss, il­ Palaeocyanus crassifolius, ma kinitx trattata b'element ta' dubju dwar il-validita speċifika tagħha. L-oħrajn kienu jingħataw rang infraspeċifiku jew saħansitra kienu jiġu injorati għal kollox. Raġuni ewlenija ta' dan hu l-fatt li għal bosta snin ftit li xejn kienu l-botaniċi kompetenti li taw każ tal-flora Maltija u li ħadmu id f'id ma' studjużi Maltin. Minn dak iż-żmien, sforz tar-riċerka li qiegħda sseħħ, in-numru tela' għal ħmistax u ma' dawn iridu jiżdiedu dawk li għandhom rang infraspeċifiku u dawk li għadhom qegħdin jiġu ikkaratterizzati. L-endemiżmi nistgħu naqsmuhom f'Paleoendemiċi u Neoendemiċi. Il-Paleoendemiċi fil-parti l-kbira tagħhom evolvew qabel iż-żminijiet tas-silġ u huma, jew l-antenati tagħhom, kienu jeżistu qabel is-separazzjoni ta' l-Arċipielgu Malti minn ma' Sqallija. Uħud huma speċi relitti li aktarx kienu aktar imferrxin fil­ Mediterran u li minħabba l-kesħa u fatturi oħra ta' natura klimatika u geofiżika ġew ristretti għall Ġżejjer Maltin. Tnejn minn dawn huma speċi ta' ġeneri monotipiċi. In-Neoendemiċi aktarx evolvew wara li Malta nfatmet għal kollox minn Sqallija u komplew jevolvu 142 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN f'iżolament. Dawn għalhekk għandhom biss ftit egħxur ta' eluf ta' snin ta' evoluzzjoni warajhom u huma relatati mill-qrib ma' speċi oħra. A. IL-PALEOENDEMIĊI 1. Palaeocyanus crassifolius (Bertoloni) Dostal sinonimu: Centaura spathulata Zerapha; Centaurea crassifolia Bertoloni. Familja: Asteraceae (=Compositae) Din hi magħrufa bil-Malti bħala WIDNETIL-BAĦAR 1 1i fl-1971 ġiet dikjarata uffiċjalment il-"Pjanta Nazzjonali ta' Malta". Ġiet deskritta l-ewwel darba minn ZERAPHA (1827) taħt l-isem Centaurea spathulata. B 'xorti hażina dan l-isem kien ġa ntuża minn TENORE (1811) għall-speċi differenti ta' Centaurea u għalhekk l­ isem mogħti minn Zerapha mhux validu għall-fini tar-regolamenti tan-nomenklatura botanika. Minħabba f'hekk BERTOLONI (1829) biddel isem l-ispeċi f' Centaurea ceassifolia. Il-ġeneru Centaurea hu kbir hafna iżda l-pjanta tagħna ma tantx toqgħod fih b'kumdita minħabba ċerti differenzi bħal per eżempju l-weraq imlaħħam, l­ iskwammi involukrali mingħajr xewk jew lanżit marġinali, in­ nuqqas ta' trikomi. L-abitu perenni ta' arbuxxel dejjem-aħdar hu rari ħafna fil-ġeneru Centaurea. Fi studju li sar mill-hotaniku Ċekoslovakk DOSTAL (1973,1975) taċ-Centaurea u ġeneri relatati, ġie deċiż li din l-ispeċi jistħoqqilha li tiġi separata miċ-Centaurea u titqiegħed f'ġeneru apposta għaliha li DOSTAL għammed Palaeocyanus. Dan il-ġeneru hu primittiv aktar miċ-Centaurea u l­ maġġoranza tal-ġeneri relatati. DOSTAL (komunikazzjoni personali) ixebbah il-ġeneru Palaeocyanus mal-ġeneru Centaurodendron tal-gżira Juan Fernandez fil-Lvant tal-Paċifiku­ ovvjament każ ta' evoluzzjoni konverġenti. DUTHIE (1875, 1875a) jirrimarka li f'Għawdex sab pjanta b'weraq bis-snien li FIORI (1907) jiddeskrivi bħala var. serratifolia. Jidher iżda li din mhux varjeta stabbli. Skond BORG (1927) pjanti li oriġinaw minn Wied Babu u ġew ikkultivati f'ġonna pubbliċi wkoll ġie li bdew jifformaw weraq b'xi snien. 1. Isem użat l-ewwel darba minn Borg (1927) EDWIN LANFRANCO 143 Il-Palaeocyanus crassifolius jikber biss ma' l-irdum tan­ nofsinhar u l-punent ta' Malta u n-nofsinhar u l-punent ta' Għawdex. 2. Cremnophyton lanfrancoi Brullo et Pavone Familja: Chenopodiaceae Ġiet deskritta reċentement minn BRULLO u P AVONE (1987) bħala speċi unika tal-ġeneru ġdid monotipiku Cremnophyton. Minkejja dan din il-pjanta ilha magħrufa għal bosta żmien iżda dejjem ġiet konfuża mal-Halimione portulacoides (L. )Aellen (=Atriplex portulacoides L., Obione portulacoides (L.) Moq., Halimus portulacoides (1.) Wallroth). Il-Halimione portulacoides tabilħaqq li tinsab f'Malta iżda meta flejt is-senjalazzjonijiet kollha (p.e. GRECH DELICATA, 1853; GULIA ,1874; SOMMIER u CARUANA GATTO, 1915; HASLAM et a1., 1979) ħareġ evidenti li dawn kienu kollha japplikaw għall-Cremnophyton lanfrancoi. Il­ Halimione portulacoides tikber f'ambjent kompletament differenti u fil-fatt tinsab l-aktar assoċjata ma' agħdajjar mielħa u xi drabi wkoll fir-ramel; rari ħafna fil-blat (LANFRANCO 1989a). Iż-żewġ speċi huma distinti ħafna u l-konfużjoni ssir biss meta wieħed jeżamina friegħi sterili iżolati. Irrealizzajt li din kienet speċi ġdida fl- 1977 (LANFRANCO, 1989). Meta din il-pjanta ġiet studjata dettaljatament minn Brullo u Pavone nstab li dillla setgħet toqgħod fil-ġeneru Halimione u l-anqas fil-ġeneru kbir Atriplex. Dawn iż­ żewġ ġeneri jixtiebhu ħafna bejniethom tant li l-Halimione spiss jiġi inkluż ġewwa l-Atriplex. Il-ġeneru Cremnophyton jiddifferixxi minnhom minħabba l-fjuri tetrameri, sitwazzjoni insolita ħafna fl­ A triplexl Halimione u minħabba li l-fjur għandu skwamula li ma tinstabx fiż-żewġ ġeneri l-oħra. Iżda forsi l-akbar argument biex il­ Cremnophyton jitqies separat hu li dan għandu 20 kromosoma, jiġifieri b'numru bażiku ta' 10 filwaqt li l-Atriplexl Halimione dejjem għandhom numru kromosomiku bażiku ta' 9. Il-Cremnophyton huwa ġeneru qadim ħafna u aktarx huwa relatat ma' l-antenati ta' l-Atriplex. Il-Cremnophyton lanfrancoi jikber ma' l-irdum fl-inħawi ta' Miġra Ferħa, Għar Ħassan u Fomm ir-Riħ (Malta) u Ta' Ċenċ, San Dimitri u d-Dwejra - inkluża Ħaġret il-Ġeneral (Għawdex). Minħabba li din l-ispeċi tikber 144 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN f'imkejjen inaċċessabbli aktarx li għad tinsab f'xi rdumijiet oħra wkoll. Minħabba li ma nafu b'ebda isem bil-Malti, jien nirreferi għaliha bħala BJANKA TA' L-IRDUM (LANFRANCO, 1989, 1989a) minħabba li l-iżjed pjanta magħrufa li wieħed jista jxebbahha magħha hi l-BJANKA (Atriplex halimus L.). 3. Darniella melitensis (Botschantzev) Brullo sinonimu: Salsola melitensis Botschantzev Familja: Chenopodiaceae Ġiet deskritta l-ewwel darba mill-botaniku Sovjetiku BOTSCHANTZEV (1976) taħt l-isem ta' Salsola melitensis. Bħal fil­ każ tal-Cremnophyton lanfrancoi din l-ispeċi wkoll ilha magħrufa għal bosta snin iżda kienet ġiet konfuża mas-Salsola vermiculata li ssemmiet għall-ewwel minn SOMMIER u CARUANA GATTO (1915), speċi li fil-fatt ma' teżisti x f'Malta. Kien hemm konfużjoni wkoll ma' l-arbuxxell komuni Suaeda vera l.F. Gmelin (=Suaeda fruticosa Ilyin) li tikber f'ambjent simili u li superfiċjalment tixbaħ id-Darniella melitensis. Kien lejn nofs is-snin sebgħin li ntbaħt li Malta hawn speċi ġdida ta' Salsola meta ridt nivverifika l-eżistenza f'Malta tas-Salsola vermiculata. Meta eżaminajt l-arbuxxelli tas­ Salsola li tikber hawn ma stajt inqabbilhom ma' ebda waħda oħra magħrufa għax-xjenza u għalhekk, flimkien ma' Brullo konna sejrin niddeskrivu speċi ġdida. Iżda fl-istess żmien u indipendentement Botschantzev kien qed jistudja dan il-ġeneru u sab eżemplar tal­ pjanta Maltija fI-erbarju ta' Leningrad; induna li kienet speċi mhux deskritta u għalhekk iddeskriviha validament. Aktar tard f'reviżjoni li wettaq BRULLO (1984) iddeċieda li ċerti speċi arbustivi ta'Salsola għandhom jinqatgħu f'ġeneru għalihom, Darniella, li oriġinalment kien maħluq minn Maire u Weiller fI-1939 iżda li kien ġie inkluż f'Salsola. Id-Darniella melitensis li bil-Malti tissejjaħ XEBB jew SIĠRA TAL-IRMIED tikber l-aktar ma' l-irdum qrib il-baħar f'bosta mkejjen ta' Malta, Għawdex u Kemmuna. F'Għawdex tikber 'il ġewwa mill-baħar bħal mal-fortifikazzjonijiet taċ-Ċittadella u taħt ix-Xagħra. Teżisti riferenza għall-pjanti taċ-Ċittadella f'rapport ta' Blondel wara ż-żjara tiegħu f'Għawdex wara t-terremot ta' 1-1693 li tindika l-użu tal-pjanta għall-irmied tagħha kif ukoll dwar il-ħsara li setgħet tagħmel fis-swar (PACE u PACE, 1980). EDWIN LANFRANCO 145 4. Chiliadenus bocconei Brullo Familja: Asteraceae (=Compositae) Fis-seklu sbatax l-isqalli Paolo Boccone iddeskriva pjanta Maltija li kien urieh l-istudjuż Malti G. F. Bonamico fl-1668 waqt żjara f'Malta u li semma "Conyza melitnisis retusis foliis" u li tagħha jagħti wkoll figura (BOCCONE, 1674). LINNAEUS (1763) inkluda l­ pjanta ta' Boccone fil-binomju tiegħu Inula foetida. Din iżda hi fil­ fatt pjanta Sud-Afrikana li m'għandha x'taqsam xejn mal-pjanta Maltija (BRULLO, 1979). ZERAPHA (1827) juża l-isem ta' Linnaeus. Eventwalment ħafna awturi identifikaw il-pjanta Maltija bħala Jasonia glutinosa (L.) De. liema speċi hi bbażata fuq l­ Erigeron glutinosus ta' LINNAEUS (1767) li hu isem ambigwu minħabba li hu bbażat fuq materjal mhux identifikabbli b'ċertezza. Pjanti mill-kosta Mediterranja ta' Franza, Spanja, Majorka u t­ tramuntana tal-Marokk ġew askritti wkoll għal din l-ispeċi. Sadanittant intużaw ukoll ismijiet oħra biex ikopru dawn il-pjanti bħal p.e: Orsina camphorata (BERTOLONI, 1829) u Chiliadenus camphoratus (CASSINI, 1825). Kien GUSSONE (1844) li deherlu li l­ pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa kienu differenti minn dawk Franko-Iberiċi. Il-pjanti Franko-Iberiċi għandhom basjonimu tajjeb: Inula saxatilis Lamarck li ngħata fl-1778 iżda l-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa m'għandhomx għaliex basjonimi bħall­ Erigeron glutinosus u Orsina camphorata mħumiex bażati fuq materjal identifikabbli. Għal hekk meta Brullo għamel l-istudju tiegħu fl-1979 dwar il-ġenera Jasonia u Chiliadenus ħass il-bżonn li jiddeskrivi mill-ġdid il-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa u jagħtihom isem ġdid. Il-pjanti ta' Malta għammidhom Chiliadenus bocconei biex tibqa' mfakkra l-kontribuzzjoni ta' Boccone waqt li dawk ta' Lampedusa ssemmew Chiliadenus lopadusanus. Il-ġeneru Chiliadenus iħaddan disa' speċi. Tnejn limitati għal Lampedusa u l-Gżejjer Maltin. Fil-punent tal-Mediterran insibu il­ Chiliadenus saxatilis (De.) Brullo li hi essenzjalment Franko­ Iberika u l-Chiliadenus rupestris (Pomel) Brullo fil-Marokk u l­ punent tal-Alġerija.
Recommended publications
  • Studies in the Compositae of the Arabian Peninsula and Socotra – 3
    Willdenowia 29 – 1999 197 SUSANNE KING-JONES & NORBERT KILIAN Studies in the Compositae of the Arabian Peninsula and Socotra – 3. Pluchea aromatica from Socotra is actually a species of Pulicaria (Inuleae) Abstract King-Jones [née Hunger], S. & Kilian, N.: Studies in the Compositae of the Arabian Peninsula and Socotra – 3. Pluchea aromatica from Socotra is actually a species of Pulicaria (Inuleae).– Willdenowia 29: 197-202. 1999 – ISSN 0511-9618. An endemic shrub from Socotra, only known from a few late 19th century collections and hitherto misplaced in Pluchea (Plucheeae) is studied with respect to, in particular, flower, achene and pappus morphology. The species is placed in Pulicaria and the new combination Pulicaria aromatica is made. Pluchea aromatica, which was characterized by Isaac Balfour (1888: 126) as “a very beautiful, small, and strongly aromatic shrub of the higher parts of the Haghier hills” is known from only five collections, made during four expeditions to Socotra between 1880 and 1899. In spite of ex- tensive collecting activities on Socotra over the last years, the species has not been recollected. This is rather surprising, as it was collected in the late 19th century not only at higher altitudes of the Haghier Mountains but also on its foothills not far from the main settlement of the island. It was even known locally by a vernacular Socotri name, reported independently from two of its collectors. Balfour had already expressed some uncertainty about the placement of this species in Pluchea. In the course of a revision of Pluchea in the Old World and Australia by the senior au- thor (Hunger 1996, 1997, King-Jones in prep.) it became obvious that the species is not only mis- placed in Pluchea but is not even a member of the Plucheeae.
    [Show full text]
  • Syn. Varthemia Iphionoides): a Review
    European Journal of Medicinal Plants 31(14): 84-97, 2020; Article no.EJMP.61923 ISSN: 2231-0894, NLM ID: 101583475 Pharmacological Properties and Chemical Constituents of Chiliadenus iphionoides (Syn. Varthemia iphionoides): A Review Abeer R. Abdelhalim1* 1Department of Chemistry, College of Science, Taibah University, 30002, Al-Madinah Al-Munawarah, Saudi Arabia. Author’s contribution The sole author designed, analysed, interpreted and prepared the manuscript. Article Information DOI: 10.9734/EJMP/2020/v31i1430318 Editor(s): (1) Dr. Prem K. Ramasamy, Brandeis University, USA. (2) Marcello Iriti, University of Milan, Italy. Reviewers: (1) Hossny Awad Hassan, Cairo University, Egypt. (2) Christopher Edet Ekpenyong, University of Uyo, Nigeria. Complete Peer review History: http://www.sdiarticle4.com/review-history/61923 Received 02 July 2020 Accepted 07 October 2020 Review Article Published 14 October 2020 ABSTRACT Chiliadenus iphionoides (Boiss. & Blanche) Brullo has been used in traditional medicine for different medical issues including stomach ailments, diabetes, male and female fertility problems, eye infection, kidney stones, and as an anti-inflammatory. Extracts of C. iphionoides have shown to exhibit useful pharmacological activities. Phytochemical studies have shown the existence of many biologically active compounds, such as essential oils, flavonoids, and phenolic compounds. This review aims to collect the published research about the traditional uses, chemical constituents, and pharmacological properties of C. iphionoides. This review showed that different extracts and active ingredients of C. iphionoides had various pharmacological properties such as anticancer, antidiabetic, antimicrobial, antioxidant, antispasmodic, and antiplatelet activities which might be due to the excitant of flavonoids and phenolic compounds. Chiliadenus iphionoides and its constituents exhibit many pharmacological properties that play a crucial role in human health, therefore, clinical trials should be conducted to study the valuable effects of the active ingredients of C.
    [Show full text]
  • Algerian Inuleae Tribe Species Distribution Modeling Under­ Influence of Current and Future Climate Conditions
    Biodiv. Res. Conserv. 57: 23-31, 2020 BRC www.brc.amu.edu.pl DOI 10.2478/biorc-2020-0002 Submitted 28.02.2020, Accepted 31.03.2020 Algerian Inuleae tribe species distribution modeling under influence of current and future climate conditions Djilali Tahri*, Fatiha Elhouiti, Mohamed Ouinten & Mohamed Yousfi Laboratoire des Sciences Fondamentales à l’Université Amar Telidji de Laghouat, Route de Ghardaïa BP37G (03000), Laghouat, Algérie; ORCID: DT https://orcid.org/0000-0002-9408-6188, FE https://orcid.org/0000-0001-8191-1428 *corresponding author ([email protected]) Abstract. This study aims to predict the impact of bioclimatic variables in current and future climatic scenarios on the distribution of Inuleae tribe species. Modeling the distribution of 30 species of the Inuleae tribe in Algeria was carried out with a maximum entropy model. Two models with 99 occurrence points were obtained with mean values of Area Under a Curve (AUC) of 0.987±0.01 and 0.971±0.02, reflecting excellent predictive power. Three bioclimatic variables contributed mainly to the first model and four - to the second one with cumulative contributions of 83.8% and 79%, respectively elucidating differences between species of the two major climatic zones in Algeria: the Tell and the Sahara. Two-dimensional niches of Algerian Inuleae species allowed to distinguish these two groups with the distribution of 18 Tell species, characterized by high rainfall (14-18°C, 400-1000 mm) and the other 12 species – distributed in hot and dry environments (17-24°C, 20-200 mm). Modeling the distribution under future conditions showed that habitats of the Saharan region would be much less suitable for these species with a variation in the annual mean temperature increase up to 20% and a decrease in annual precipitation, which could raise to 11 and 15%.
    [Show full text]
  • Melle DAOUDI Fatiha Année Universitaire 2015-2016 LASNABIO
    République Algérienne Démocratique et Populaire Ministère de l’Enseignement Supérieur et de la Recherche Scientifique LASNABIO Université ABOU BEKR BELKAÏD DE TLEMCEN Faculté des Sciences Département de Chimie Laboratoire des substances naturelles et bioactives (LASNABIO) MEMOIRE Présenté pour obtenir le diplôme de : MASTER EN CHIMIE Option : Molécules Bioactives : Synthèses et Applications Présenté Par: Melle DAOUDI Fatiha Titre Analyse chimique et propriétés biologiques des huiles essentielles de Chiliadenus rupestris et Thymus coloratus (Zaater) de la région de Tlemcen Devant les membres du jury Président Zoheir Arrar Maitre de conférences Université de Tlemcen Examinateurs Nabila AINSEBA Maitre de conférences Université de Tlemcen Mohammed El Amine Dib Professeur Université de Tlemcen Encadreur Mourad BENDAHOU Professeur Université de Tlemcen Année universitaire 2015-2016 Sommaire Introduction générale……………………………..………………………………………………….1 PARTIE 1: Etude bibliographique I. Généralités sur les espèces Chiliadenus rupestris et Thymus coloratus…………………………..3 I -1-Chiliadenus rupestris ………………………..………………………………….……………….3 I -1-1-Description botanique de Chiliadenus rupestris ………………………………….…..4 I-1-2-Classification de l’espèce Chiliadenus rupestris …………………………..….……….5 I -1-3-Utilisations traditionnelles et pharmacologiques……………………….………...…...5 I -1-4-Etudes phytochimiques antérieures ……………………………………….……….….6 I -2-Thymus coloratus………………………………………………………………………………...7 I -2-1-Description botanique de Thymus coloratus………………………………………......9 I -2-2-Classification
    [Show full text]
  • Species Diversification in the Mediterranean Genus Chiliadenus
    Plant Systematics and Evolution https://doi.org/10.1007/s00606-018-1515-2 ORIGINAL ARTICLE Species diversifcation in the Mediterranean genus Chiliadenus (Inuleae‑Asteraceae) Annika Bengtson1 · Arne A. Anderberg1 Received: 12 October 2017 / Accepted: 22 April 2018 © The Author(s) 2018 Abstract Chiliadenus is a small genus in the Inuleae (Asteraceae), consisting of ten species with allopatric distributions along the southern edge of the Mediterranean Sea. The diferent species have restricted areas of distribution, with only one being more widely distributed. The frst molecular phylogenetic study of the genus with complete sampling, as well as a biogeographic analysis of the origin and biogeographic patterns leading to the current diversity of Chiliadenus is presented. Results con- frm Chiliadenus as monophyletic and placed as sister to Dittrichia. The ancestor of Chiliadenus is dated to have diverged from that of Dittrichia around 5.45 Ma ago, coinciding with the Messinian salinity crisis, whereas the Chiliadenus crown group is dated to 2.29 Ma, around 3 million years later. Ancestral area reconstructions show the crown group to likely have originated in the area around Morocco and northwestern Algeria, which is also the area where the early divergences have occurred. Chiliadenus has then later diverged and dispersed over the Mediterranean to its current distribution. The evolution of the Chiliadenus crown group coincides with the onset of the Mediterranean climate, and its evolution may be connected to the subsequent climatic changes. Keywords Asteraceae · Biogeography · Chiliadenus · Inuleae · Mediterranean Introduction One representative of the Mediterranean fora is Chiliade- nus Cass., a small genus of ten species of the Inuleae-Inu- The Mediterranean basin is well known for its high plant lineae of the daisy family (Asteraceae), consisting of woody diversity and its high level of endemism.
    [Show full text]
  • Exploring Evolutionary and Chemical Space Using Chemoinformatic Tools and Traditional Methods in Pharmacognosy
    Digital Comprehensive Summaries of Uppsala Dissertations Digital Comprehensive Summaries of Uppsala Dissertations from the Faculty of Pharmacy 282 from the Faculty of Pharmacy 282 Exploring evolutionary Exploring evolutionary and chemical space using and chemical space using chemoinformatic tools chemoinformatic tools and traditional methods in and traditional methods in pharmacognosy pharmacognosy ASTRID HENZ RYEN ASTRID HENZ RYEN ACTA ACTA UNIVERSITATIS UNIVERSITATIS UPSALIENSIS ISSN 1651-6192 UPSALIENSIS ISSN 1651-6192 UPPSALA ISBN 978-91-513-0843-2 UPPSALA ISBN 978-91-513-0843-2 2020 urn:nbn:se:uu:diva-399068 2020 urn:nbn:se:uu:diva-399068 Dissertation presented at Uppsala University to be publicly examined in C4:305, BMC, Dissertation presented at Uppsala University to be publicly examined in C4:305, BMC, Husargatan 3, Uppsala, Friday, 14 February 2020 at 09:15 for the degree of Doctor of Husargatan 3, Uppsala, Friday, 14 February 2020 at 09:15 for the degree of Doctor of Philosophy (Faculty of Pharmacy). The examination will be conducted in English. Faculty Philosophy (Faculty of Pharmacy). The examination will be conducted in English. Faculty examiner: Associate Professor Fernando B. Da Costa (School of Pharmaceutical Sciences of examiner: Associate Professor Fernando B. Da Costa (School of Pharmaceutical Sciences of Ribeiraõ Preto, University of Saõ Paulo). Ribeiraõ Preto, University of Saõ Paulo). Abstract Abstract Henz Ryen, A. 2020. Exploring evolutionary and chemical space using chemoinformatic Henz Ryen, A. 2020. Exploring evolutionary and chemical space using chemoinformatic tools and traditional methods in pharmacognosy. Digital Comprehensive Summaries of tools and traditional methods in pharmacognosy. Digital Comprehensive Summaries of Uppsala Dissertations from the Faculty of Pharmacy 282.
    [Show full text]
  • Asteraceae) En El Mediterráneo Occidental
    DEPARTAMENTO DE BOTÁNICA Estudio biosistemático del género Inula L. (Asteraceae) en el Mediterráneo occidental Memoria que para optar al grado de Doctora en Biología por la Universidad de Salamanca presenta la licenciada María Santos Vicente VºBº del Director VºBº de la Directora D. Enrique Rico Hernández Dª Mª Montserrat Martínez Ortega Salamanca, 2013 DEPARTAMENTO DE BOTÁNICA D. ENRIQUE RICO HERNÁNDEZ, Catedrático de Universidad del Departamento de Botánica de la Universidad de Salamanca y Dª Mª MONTSERRAT MARTÍNEZ ORTEGA, Profesora Titular del Departamento de Botánica de la Universidad de Salamanca, INFORMAN: En calidad de directores de la Memoria de Tesis Doctoral titulada “Estudio biosistemático del género Inula L. (Asteraceae) en el Mediterráneo occidental”, realizada por la Licenciada en Biología Dª María Santos Vicente, consideran finalizado el trabajo y autorizan la presentación, a fin de que pueda ser juzgada por el Tribunal correspondiente. Y para que así conste, firmamos el presente informe en Salamanca, a 11 de junio de 2013. D. Enrique Rico Hernández Dª Mª Montserrat Martínez Ortega Índice de contenidos CAPÍTULO 1.– Introducción ....................................................................................... 1 CAPÍTULO 2.– Beck revisited: phylogeny, karyology and character evolution in the European species of Inula L. (Asteraceae, Inuleae) and resurrection of the genus Corvisartia Mérat..................................................................................................... 19 CAPÍTULO 3.– Chromosome numbers
    [Show full text]
  • Flower Traits, Habitat, and Phylogeny As Predictors of Pollinator Service: a Plant Community Perspective
    Ecological Monographs, 90(2), 2020, e01402 © 2019 by the Ecological Society of America Flower traits, habitat, and phylogeny as predictors of pollinator service: a plant community perspective 1 CARLOS M. HERRERA Estacion Biologica de Donana,~ Consejo Superior de Investigaciones Cientıficas, Avenida Americo Vespucio 26, E-41092 Sevilla, Spain Citation: Herrera, C. M. 2020. Flower traits, habitat, and phylogeny as predictors of pollinator service: a plant community perspective. Ecological Monographs 90(2):e01402. 10.1002/ecm.1402 Abstract. Pollinator service is essential for successful sexual reproduction and long-term population persistence of animal-pollinated plants, and innumerable studies have shown that insufficient service by pollinators results in impaired sexual reproduction (“pollen limitation”). Studies directly addressing the predictors of variation in pollinator service across species or habitats remain comparatively scarce, which limits our understanding of the primary causes of natural variation in pollen limitation. This paper evaluates the importance of pollination- related features, evolutionary history, and environment as predictors of pollinator service in a large sample of plant species from undisturbed montane habitats in southeastern Spain. Quan- titative data on pollinator visitation were obtained for 191 insect-pollinated species belonging to 142 genera in 43 families, and the predictive values of simple floral traits (perianth type, class of pollinator visitation unit, and visitation unit dry mass), phylogeny, and habitat type were assessed. A total of 24,866 pollinator censuses accounting for 5,414,856 flower-minutes of observation were conducted on 510 different dates. Flowering patch and single flower visita- tion probabilities by all pollinators combined were significantly predicted by the combined effects of perianth type (open vs.
    [Show full text]
  • Introduction
    Introduction Egypt has attracted the attention of the explorers of natural history due to its unique position midway between Africa and Asia, with its long coasts of the Mediterranean Sea in the north (c. 970 km) and the Red Sea in the east (c. 1100 km). It is connected to the Mediterranean and sub-Saharan Africa by way of the Nile Valley, and to the tropical Indian Ocean through the Red Sea. It has diverse habitats with micro-climates that host many plant species and communities. Terrestrial and aquatic habitats include desert areas, mountains, plains, slopes, sand formations, salt marshes, wetlands including sea coasts, fresh and marine waters, as well as urban habitats particularly in the Nile region are the major habitat types in Egypt. Egyptian biota face threats by a combination of factors such as: over-collection, unsustainable agriculture practices, urbanization, pollution, land use changes, the spread of invasive species and climate change which often leads to decline and extinction in its biodiversity. This is due to other factors such as increasing population growth, high rates of habitat destruction, modification and deforestation, overexploitation, spread of invasive species, pollution and threats of climate change (Shaltout and Eid 2016). Because of the barren nature of so much of Egypt, plants and animals tend to be high in localized area, while remaining low for the region or country as a whole. This report is one of the requirements for producing the Sixth National Report which will be presented to the 14th Conference of Parties (Convention on Biological Diversity - Cop-14), which will be held in Sharm El-Sheikh (November 2018).
    [Show full text]
  • Pré-Astéridées
    Pré-ASTERIDAE CORNALES ASTERIDAE I GARRYALES GENTIANALES LAMIALES SOLANALES ASTERIDAE II APIALES AQUIFOLIALES ASTERALES Alseuosmiaceae Alseuosmia Argophyllaceae Argophyllum, Corokia Asteraceae Achillea, Acrolinium, Acroptilon, Adenostyles, Adenostemma, Aetheorhiza, Ageratum, Ambrosia, Ammobium, Anacyclus, Anaphalis, Andryala, Antennaria, Anthemis, Aposeris, Arctotis, Arctium, Arctotheca, Argyranthemum, Arnica, Arnosis, Artemisia, Asteriscus, Aster, Atractylis, Baccharis, Basalmita, Baeria, Bellis, Bellidiastrum, Bellium, Berardia, Bidens, Bombicyclaena, Brachylaena, Brachyscome, Buphtalmum, Cacalia, Calendula, Callistephus, Calycocorsus, Calocephalus, Cardopatium, Carduncellus, Carduus, Carlina, Carpesium, Cassinia, Catananche, Celmisia, Centaurea, Chamaemelum, Cheirolophus, Chiliadenus, Chondrilla, Chrysanthemoides, Chrysanthemum, Chrysogonum, Cicerbita, Cichorium, Cladanthus, Cnicus, Coleostephus, Conyza/Erigeron, Coreopsis, Cosmos, Cotula, Cota, Crepis, Crupina, Cyanus, Cynara, Dahlia, Delairea, Dimorphotheca, Dittrichia, Doronicum, Dymondia, Echinacea, Echinops, Eclipta, Emilia, Encelia, Erigeron, Eriocephalum, Eriophyllum, Espeltia, Ethulia, Eupatorium, Euryops, Evax, Filago, Farfugium, Felicia, Finaginella, Flaveria, Gaillardia, Galactites, Galinsoga, Gamochaeta, Gazania, Gerbera, Geropogon, Gnaphalium, Omalotheca, Grindelia, Guizotia, Gundelia, Gynura, Haploppapus, Hedypnois, Helenium, Helianthus, Helichrysum, Heliopsis, Heterotheca, Hieracium, Homogyne, Hymenonema, Hyoseris, Hypochaeris, Inula, Iva, Jasonia, Jurinea, Kalimeris,
    [Show full text]
  • Mémoire De Master
    Université Mohamed Khider Biskra Faculté des sciences exactes et sciences de la nature et de la vie Département des sciences de la nature et de la vie MÉMOIRE DE MASTER Domaine : Sciences de la nature et de la vie Filière : Sciences biologiques Spécialité : Biochimie appliquée Réf. : ……………………………………………… Présenté et soutenu par : Dhaouia DJENIDI et Souhaila KHAIRE Le : dimanche 4 octobre 2020 Thème Valorisation de l’usage traditionnel des plantes médicinale: Etude des activités biologiques des extraits végétaux Jury : Mme. Randa Gaouaoui MCB Université de Biskra Président M. Abdelouahab Dehimat MAA Université de Biskra Rapporteur Mme. Asma Boucif MCB Université de Biskra Examinateur Année universitaire : 2019 - 2020 Remerciement Remerciements Nous tenons tout d’abord à remercier Dieu le tout puissant et miséricordieux, qui nous aide et nous donne la patience et le courage durant ces langues années d’étude, et qui nous a donné la force et la patience d’accomplir ce Modeste travail. Nous exprimons nos plus vifs remerciements à monsieur Dehimat Abdelouahab en tant qu’encadreur de ce mémoire ; il nous a guidé dans la conduite de ce travail et nous a aidé à trouver des solutions pour avancer, nous a encouragés et motivés; nous tenons à le remercier également pour ses conseils, sa patience et sa disponibilité tout au long de ce mémoire. Nous présentons nos remerciements les plus sincères et très chaleureusement à Madame Boukhrouba. K pour ses encouragements, ses orientations et ses conseils judicieux durant se long de ces années Vifs remerciements. Nous exprimons nos sincères reconnaissances à tous nos enseignants qui ont contribué à notre formation durant les années des études.
    [Show full text]
  • Plants Known As Té in Spain: an Ethno-Pharmaco-Botanical Review
    View metadata, citation and similar papers at core.ac.uk brought to you by CORE provided by Digital.CSIC Journal of Ethnopharmacology 98 (2005) 1–19 Review Plants known as t´e in Spain: An ethno-pharmaco-botanical reviewଝ Manuel Pardo de Santayana ∗, Emilio Blanco, Ramon´ Morales Real Jard´ın Bot´anico (CSIC), Plaza de Murillo 2, E-28014Madrid, Spain Accepted 16 November 2004 Abstract Although the word t´e (tea) in Spanish is derived from the Chinese tscha and refers to the oriental plant Camellia sinensis, it is popularly used throughout Spain to refer to at least 70 different plant species. These are usually collected in the countryside, boiled dry or fresh, and drunk after meals. The drinking of t´e is a social habit that encourages conversation in a relaxed atmosphere. T´es are also commonly used as digestifs and stomachics, and in some cases as laxatives, antidiarrhoeics, and to reduce the blood pressure. They are not used as stimulants. It appears that the habit of drinking Camellia sinensis afforded the cognitive context for drinking other infusions with no specific medicinal purpose. Some t´e species are very common in Spain (and their use is quite extended), others are endemic, and others still are allochthonous that now live in the wild. The majority of these species belong to the families Asteraceae and Lamiaceae. The most important and widely distributed are Jasonia glutinosa, Sideritis hyssopifolia, Lithospermum officinale, Chenopodium ambrosioides and Bidens aurea. Other remarkable but more locally used t´es include Cruciata glabra (only in the Pyrenees), Inula salicina and Mentha arvensis (in the Central Mountain Range of Madrid), and Potentilla caulescens (in Tarragona).
    [Show full text]