Il-Pjanti Vaskulari Endemici Tal-Gzejjer Maltin

Il-Pjanti Vaskulari Endemici Tal-Gzejjer Maltin

EDWIN LANFRANCO Il-Pjanti Vaskulari Endemiċi tal-Gżejjer Maltin Introduzzjoni L-iżolament tal-Gżejjer Maltin hu l-kawża ewlenija għall­ eżistenza ta' numru konsiderevoli ta' speċi li jgħammru biss f'dawn il-Gżejjer u għaldaqstant huma meqjusa bħala speċi endemiċi. F'dan l-istudju ġbart it-tagħrif li għandna s'issa dwar il-pjanti endemiċi b'enfasi fuq il-pjanti vaskulari (Diviżjoni: Tracheophyta). Sal-1976, ħames speċi biss ta' pjanti vaskulari kienu meqjusa bħala endemiċi ta' dawn il-gżejjer u minn dawn waħda biss, il­ Palaeocyanus crassifolius, ma kinitx trattata b'element ta' dubju dwar il-validita speċifika tagħha. L-oħrajn kienu jingħataw rang infraspeċifiku jew saħansitra kienu jiġu injorati għal kollox. Raġuni ewlenija ta' dan hu l-fatt li għal bosta snin ftit li xejn kienu l-botaniċi kompetenti li taw każ tal-flora Maltija u li ħadmu id f'id ma' studjużi Maltin. Minn dak iż-żmien, sforz tar-riċerka li qiegħda sseħħ, in-numru tela' għal ħmistax u ma' dawn iridu jiżdiedu dawk li għandhom rang infraspeċifiku u dawk li għadhom qegħdin jiġu ikkaratterizzati. L-endemiżmi nistgħu naqsmuhom f'Paleoendemiċi u Neoendemiċi. Il-Paleoendemiċi fil-parti l-kbira tagħhom evolvew qabel iż-żminijiet tas-silġ u huma, jew l-antenati tagħhom, kienu jeżistu qabel is-separazzjoni ta' l-Arċipielgu Malti minn ma' Sqallija. Uħud huma speċi relitti li aktarx kienu aktar imferrxin fil­ Mediterran u li minħabba l-kesħa u fatturi oħra ta' natura klimatika u geofiżika ġew ristretti għall Ġżejjer Maltin. Tnejn minn dawn huma speċi ta' ġeneri monotipiċi. In-Neoendemiċi aktarx evolvew wara li Malta nfatmet għal kollox minn Sqallija u komplew jevolvu 142 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN f'iżolament. Dawn għalhekk għandhom biss ftit egħxur ta' eluf ta' snin ta' evoluzzjoni warajhom u huma relatati mill-qrib ma' speċi oħra. A. IL-PALEOENDEMIĊI 1. Palaeocyanus crassifolius (Bertoloni) Dostal sinonimu: Centaura spathulata Zerapha; Centaurea crassifolia Bertoloni. Familja: Asteraceae (=Compositae) Din hi magħrufa bil-Malti bħala WIDNETIL-BAĦAR 1 1i fl-1971 ġiet dikjarata uffiċjalment il-"Pjanta Nazzjonali ta' Malta". Ġiet deskritta l-ewwel darba minn ZERAPHA (1827) taħt l-isem Centaurea spathulata. B 'xorti hażina dan l-isem kien ġa ntuża minn TENORE (1811) għall-speċi differenti ta' Centaurea u għalhekk l­ isem mogħti minn Zerapha mhux validu għall-fini tar-regolamenti tan-nomenklatura botanika. Minħabba f'hekk BERTOLONI (1829) biddel isem l-ispeċi f' Centaurea ceassifolia. Il-ġeneru Centaurea hu kbir hafna iżda l-pjanta tagħna ma tantx toqgħod fih b'kumdita minħabba ċerti differenzi bħal per eżempju l-weraq imlaħħam, l­ iskwammi involukrali mingħajr xewk jew lanżit marġinali, in­ nuqqas ta' trikomi. L-abitu perenni ta' arbuxxel dejjem-aħdar hu rari ħafna fil-ġeneru Centaurea. Fi studju li sar mill-hotaniku Ċekoslovakk DOSTAL (1973,1975) taċ-Centaurea u ġeneri relatati, ġie deċiż li din l-ispeċi jistħoqqilha li tiġi separata miċ-Centaurea u titqiegħed f'ġeneru apposta għaliha li DOSTAL għammed Palaeocyanus. Dan il-ġeneru hu primittiv aktar miċ-Centaurea u l­ maġġoranza tal-ġeneri relatati. DOSTAL (komunikazzjoni personali) ixebbah il-ġeneru Palaeocyanus mal-ġeneru Centaurodendron tal-gżira Juan Fernandez fil-Lvant tal-Paċifiku­ ovvjament każ ta' evoluzzjoni konverġenti. DUTHIE (1875, 1875a) jirrimarka li f'Għawdex sab pjanta b'weraq bis-snien li FIORI (1907) jiddeskrivi bħala var. serratifolia. Jidher iżda li din mhux varjeta stabbli. Skond BORG (1927) pjanti li oriġinaw minn Wied Babu u ġew ikkultivati f'ġonna pubbliċi wkoll ġie li bdew jifformaw weraq b'xi snien. 1. Isem użat l-ewwel darba minn Borg (1927) EDWIN LANFRANCO 143 Il-Palaeocyanus crassifolius jikber biss ma' l-irdum tan­ nofsinhar u l-punent ta' Malta u n-nofsinhar u l-punent ta' Għawdex. 2. Cremnophyton lanfrancoi Brullo et Pavone Familja: Chenopodiaceae Ġiet deskritta reċentement minn BRULLO u P AVONE (1987) bħala speċi unika tal-ġeneru ġdid monotipiku Cremnophyton. Minkejja dan din il-pjanta ilha magħrufa għal bosta żmien iżda dejjem ġiet konfuża mal-Halimione portulacoides (L. )Aellen (=Atriplex portulacoides L., Obione portulacoides (L.) Moq., Halimus portulacoides (1.) Wallroth). Il-Halimione portulacoides tabilħaqq li tinsab f'Malta iżda meta flejt is-senjalazzjonijiet kollha (p.e. GRECH DELICATA, 1853; GULIA ,1874; SOMMIER u CARUANA GATTO, 1915; HASLAM et a1., 1979) ħareġ evidenti li dawn kienu kollha japplikaw għall-Cremnophyton lanfrancoi. Il­ Halimione portulacoides tikber f'ambjent kompletament differenti u fil-fatt tinsab l-aktar assoċjata ma' agħdajjar mielħa u xi drabi wkoll fir-ramel; rari ħafna fil-blat (LANFRANCO 1989a). Iż-żewġ speċi huma distinti ħafna u l-konfużjoni ssir biss meta wieħed jeżamina friegħi sterili iżolati. Irrealizzajt li din kienet speċi ġdida fl- 1977 (LANFRANCO, 1989). Meta din il-pjanta ġiet studjata dettaljatament minn Brullo u Pavone nstab li dillla setgħet toqgħod fil-ġeneru Halimione u l-anqas fil-ġeneru kbir Atriplex. Dawn iż­ żewġ ġeneri jixtiebhu ħafna bejniethom tant li l-Halimione spiss jiġi inkluż ġewwa l-Atriplex. Il-ġeneru Cremnophyton jiddifferixxi minnhom minħabba l-fjuri tetrameri, sitwazzjoni insolita ħafna fl­ A triplexl Halimione u minħabba li l-fjur għandu skwamula li ma tinstabx fiż-żewġ ġeneri l-oħra. Iżda forsi l-akbar argument biex il­ Cremnophyton jitqies separat hu li dan għandu 20 kromosoma, jiġifieri b'numru bażiku ta' 10 filwaqt li l-Atriplexl Halimione dejjem għandhom numru kromosomiku bażiku ta' 9. Il-Cremnophyton huwa ġeneru qadim ħafna u aktarx huwa relatat ma' l-antenati ta' l-Atriplex. Il-Cremnophyton lanfrancoi jikber ma' l-irdum fl-inħawi ta' Miġra Ferħa, Għar Ħassan u Fomm ir-Riħ (Malta) u Ta' Ċenċ, San Dimitri u d-Dwejra - inkluża Ħaġret il-Ġeneral (Għawdex). Minħabba li din l-ispeċi tikber 144 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN f'imkejjen inaċċessabbli aktarx li għad tinsab f'xi rdumijiet oħra wkoll. Minħabba li ma nafu b'ebda isem bil-Malti, jien nirreferi għaliha bħala BJANKA TA' L-IRDUM (LANFRANCO, 1989, 1989a) minħabba li l-iżjed pjanta magħrufa li wieħed jista jxebbahha magħha hi l-BJANKA (Atriplex halimus L.). 3. Darniella melitensis (Botschantzev) Brullo sinonimu: Salsola melitensis Botschantzev Familja: Chenopodiaceae Ġiet deskritta l-ewwel darba mill-botaniku Sovjetiku BOTSCHANTZEV (1976) taħt l-isem ta' Salsola melitensis. Bħal fil­ każ tal-Cremnophyton lanfrancoi din l-ispeċi wkoll ilha magħrufa għal bosta snin iżda kienet ġiet konfuża mas-Salsola vermiculata li ssemmiet għall-ewwel minn SOMMIER u CARUANA GATTO (1915), speċi li fil-fatt ma' teżisti x f'Malta. Kien hemm konfużjoni wkoll ma' l-arbuxxell komuni Suaeda vera l.F. Gmelin (=Suaeda fruticosa Ilyin) li tikber f'ambjent simili u li superfiċjalment tixbaħ id-Darniella melitensis. Kien lejn nofs is-snin sebgħin li ntbaħt li Malta hawn speċi ġdida ta' Salsola meta ridt nivverifika l-eżistenza f'Malta tas-Salsola vermiculata. Meta eżaminajt l-arbuxxelli tas­ Salsola li tikber hawn ma stajt inqabbilhom ma' ebda waħda oħra magħrufa għax-xjenza u għalhekk, flimkien ma' Brullo konna sejrin niddeskrivu speċi ġdida. Iżda fl-istess żmien u indipendentement Botschantzev kien qed jistudja dan il-ġeneru u sab eżemplar tal­ pjanta Maltija fI-erbarju ta' Leningrad; induna li kienet speċi mhux deskritta u għalhekk iddeskriviha validament. Aktar tard f'reviżjoni li wettaq BRULLO (1984) iddeċieda li ċerti speċi arbustivi ta'Salsola għandhom jinqatgħu f'ġeneru għalihom, Darniella, li oriġinalment kien maħluq minn Maire u Weiller fI-1939 iżda li kien ġie inkluż f'Salsola. Id-Darniella melitensis li bil-Malti tissejjaħ XEBB jew SIĠRA TAL-IRMIED tikber l-aktar ma' l-irdum qrib il-baħar f'bosta mkejjen ta' Malta, Għawdex u Kemmuna. F'Għawdex tikber 'il ġewwa mill-baħar bħal mal-fortifikazzjonijiet taċ-Ċittadella u taħt ix-Xagħra. Teżisti riferenza għall-pjanti taċ-Ċittadella f'rapport ta' Blondel wara ż-żjara tiegħu f'Għawdex wara t-terremot ta' 1-1693 li tindika l-użu tal-pjanta għall-irmied tagħha kif ukoll dwar il-ħsara li setgħet tagħmel fis-swar (PACE u PACE, 1980). EDWIN LANFRANCO 145 4. Chiliadenus bocconei Brullo Familja: Asteraceae (=Compositae) Fis-seklu sbatax l-isqalli Paolo Boccone iddeskriva pjanta Maltija li kien urieh l-istudjuż Malti G. F. Bonamico fl-1668 waqt żjara f'Malta u li semma "Conyza melitnisis retusis foliis" u li tagħha jagħti wkoll figura (BOCCONE, 1674). LINNAEUS (1763) inkluda l­ pjanta ta' Boccone fil-binomju tiegħu Inula foetida. Din iżda hi fil­ fatt pjanta Sud-Afrikana li m'għandha x'taqsam xejn mal-pjanta Maltija (BRULLO, 1979). ZERAPHA (1827) juża l-isem ta' Linnaeus. Eventwalment ħafna awturi identifikaw il-pjanta Maltija bħala Jasonia glutinosa (L.) De. liema speċi hi bbażata fuq l­ Erigeron glutinosus ta' LINNAEUS (1767) li hu isem ambigwu minħabba li hu bbażat fuq materjal mhux identifikabbli b'ċertezza. Pjanti mill-kosta Mediterranja ta' Franza, Spanja, Majorka u t­ tramuntana tal-Marokk ġew askritti wkoll għal din l-ispeċi. Sadanittant intużaw ukoll ismijiet oħra biex ikopru dawn il-pjanti bħal p.e: Orsina camphorata (BERTOLONI, 1829) u Chiliadenus camphoratus (CASSINI, 1825). Kien GUSSONE (1844) li deherlu li l­ pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa kienu differenti minn dawk Franko-Iberiċi. Il-pjanti Franko-Iberiċi għandhom basjonimu tajjeb: Inula saxatilis Lamarck li ngħata fl-1778 iżda l-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa m'għandhomx għaliex basjonimi bħall­ Erigeron glutinosus u Orsina camphorata mħumiex bażati fuq materjal identifikabbli. Għal hekk meta Brullo għamel l-istudju tiegħu fl-1979 dwar il-ġenera Jasonia u Chiliadenus ħass il-bżonn li jiddeskrivi mill-ġdid il-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa u jagħtihom isem ġdid. Il-pjanti ta' Malta għammidhom Chiliadenus bocconei biex tibqa' mfakkra l-kontribuzzjoni ta' Boccone waqt li dawk ta' Lampedusa ssemmew Chiliadenus lopadusanus. Il-ġeneru Chiliadenus iħaddan disa' speċi. Tnejn limitati għal Lampedusa u l-Gżejjer Maltin. Fil-punent tal-Mediterran insibu il­ Chiliadenus saxatilis (De.) Brullo li hi essenzjalment Franko­ Iberika u l-Chiliadenus rupestris (Pomel) Brullo fil-Marokk u l­ punent tal-Alġerija.

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    24 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us