Bord Ta' Inkjesta- Daphne Caruana Galizia
Total Page:16
File Type:pdf, Size:1020Kb
Rapport tal-Inkjesta Pubblika Daphne Caruana Galizia Ġurnalista Assassinata fis-16 ta’ Ottubru 2017 Preżentat lil Onor. Prim Ministru Dr. Robert Abela fid-29 ta’ Lulju 2021 Chairman - Imħallef Michael Mallia Membri - Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino Onor. Imħallef Abigail Lofaro Werrej Daħla .................................................................................................................... 3 Taqsima I - Preliminari ......................................................................................... 7 Taqsima II – Osservazzjonijiet Ġenerali ............................................................. 23 Kap 1 Dwar in-natura u l-limiti tat-termini ta’ referenza ..................................... 25 Kap 2 Il-provi rilevanti għall-Inkjesta.................................................................... 53 Kap 3 Il-valur tal-ġurnaliżmu investigattiv f’demokrazija parteċipattiva ............. 61 Kap 4 Kultura ta’ Impunità u l-Poter .................................................................... 89 Kap 5 Stil ta’ tmexxija li iffavorixxa l-impunità ................................................... 114 Kap 6 L-eżerċizzju tal-poter u l-assassinju .......................................................... 147 Kap 7 Mill-pubblikazzjoni tal-Panama Papers u wara Jeskala l-livell ta’ riskju 185 Taqsima III L-ewwel terminu ta’ referenza ........................................................................ 231 Taqsima IV It-tieni terminu ta’ referenza ........................................................................... 261 Taqsima V It-Tielet terminu ta’ referenza ......................................................................... 322 Taqsima VI Konklużjonijiet ................................................................................................. 387 Taqsima VII Rakkomandazzjonijiet ...................................................................................... 419 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Daħla Paġna 3 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Daħla Illum 29 ta’ Lulju 2021 Permezz ta’ ittra datata 19 ta’ Novembru 2019 l-Imħallef Michael Mallia ġie nfurmat illi ġie maħtur Bord ta’ Inkjesta kompost minnu bħala Chairman, kif ukoll mill-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Onor. Imħallef Abigail Lofaro bħala membri sabiex jinvestigaw u jirrapportaw dwar ċirkostanzi tal-Assassinju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia. Flimkien ma’ din l-ittra kien hemm mehmuż it-Termini ta’ Riferenza illi qegħdin jiġu riprodotti f’dan ir-rapport. Biex jaqdi dan l-inkarigu l-Bord ħa tlieta u disgħin (93) seduta u sema’ mija u għoxrin (120) xhud. Dan in-numru kbir ta xhieda neċessarjament jillimita l-ammont ta’ referenzi li l-Bord jista’ jagħmel direttament għax-xhieda mismugħa. Filwaqt li l-Bord hu konsapevoli ta’ dak kollu li ntqal, huma biss il-brani rilevanti għal argument partikolari li jkun qed jiġi trattat li ser issir referenza għalihom. Mill-bqija, il- kumpless tax-xhieda servew biex fetħu tieqa fuq il-“mind set” tal- Paġna 4 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia amministrazzjoni u kif din affettwat posittivament jew negattivament iż- żminijiet u avvenimenti li qegħdin taħt il-lenti b’din l-Inkjesta. Dan japplika wkoll għax-xhieda li instemgħu fil-magħluq li fil-verità ma kienux daqshekk determinanti għal eżitu ta’ din l-inkjesta għalkemm kienu illustrattivi ta’ aspetti importanti tal-meritu u l-konklużjonijiet li l-Bord wasal għalihom. Ix- xhieda apparti dik li ttieħdet fil-magħluq ser tkun ukoll aċċessibbli għall- pubbliku bħala parti ta’ dan ir-rapport. Peress illi t-tlett kapi tat-termini ta’ referenza li l-Bord hu nkarigat jindaga huma korrelatati u l-meritu tagħhom neċessarjament jidħol waħda fuq l- oħra, il-Bord jifhem illi ċerti aspetti mill-konsiderazzjonijiet tiegħu huma pertinenti għal aktar minn terminu wieħed u hekk trattati. Jiġi rilevat pero’ li din ix-xhieda mhix “edited” jew b’xi mod mittiefsa. Hija xhieda kif mogħtija direttament mix-xhud konċernat u traskritta mit- traskrittur eżatt kif ikun semagħha. Fejn hemm puntini, jfiser li t-traskrittur ma jkunx fehem il-kelma li ntqalgħet. Ma sar l-ebda attentat biex jiġi deċifrat dak li suppost qal ix-xhud. Paġna 5 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Il-Bord jirringrazzja lill-Avukati tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, l- Avukat tal-iStat għal kooperazzjoni u lealtà li bihom ipparteċipaw f’dawn il- proċeduri. Jirringrazzja wkoll lil dawk il-persuni illi volontarjament, għax ħassew id-dover li jikkontribwixxu f’inkjesta immirata biex issaħħaħ il- ġurnaliżmu fil-pajjiż ġew ʼil quddiem biex jagħtu l-kontribut tagħhom. Fosthom, ġurnalisti, edituri u sidien ta’ media houses. Jirringrazzja lil dawk kollha li ppreżentaw noti ta’ osservazzjonijiet u referenzi meta awtoriżżati jagħmlu dan mill-Bord, b’mod partikolari lill-Avukati tal-familja. Dawn in-noti ta’ osservazzjonijiet flimkien max-xhieda ser jiġu ppubblikati ma’ dan ir- rapport għax jitfgħu dawl rilevanti għal meritu ta’ din l-Inkjesta. Il-Bord jiddikjara li, kif dirett fit-termini ta’ referenza ser jippubblika dan ir- rapport fl-interezza tiegħu billi ma jqisx li jeħtieġlu jirrestrinġi l-isvelar ta’ xi partijiet għal raġunijiet indikati fl-istess termini ta’ referenza. Dana qed jagħmlu biex jissodisfa l-element ta’ pubbliċita’ li kien il-karatteristika ewlenija ta’ din l-Inkjesta. Il-pubblikazzjoni elettronika ser issir permezz tad- Dipartiment tal-Informazzjoni. Paġna 6 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Taqsima I - Preliminari Paġna 7 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Taqsima I Termini ta’ Referenza: It-termini ta’ referenza tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia huma s-segwenti:- “It-termini ta’ dan il-bord hu biex tinvestiga b’mod indipendenti u tirraporta lill-Prim Ministru wara r-riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati tat-tnax (12) ta’ Diċembru 2018 u r-riżoluzzjoni tal-assembleja parlamentari tal-Kunsill tal- Ewropa tas-sitta u għoxrin (26) ta’ Ġunju 2019 dwar l-assassinju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia fis-sittax (16) ta’ Ottubru 2017 u dwar l-avvenimenti li ppreċedew li kienu nvoluti u li segwew dak l-assassinju bl-għan illi: 1. Jiġi determinat jekk xi att jew ommissjoni illeċita minn jew fi ħdan xi entità tal-istat iffaċilitatx l-assassinju jew naqsitx milli tipprevenih b’mod partikolari jekk: Paġna 8 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia a. Xi entità tal-istat kienetx taf jew kelliex tkun taf dwar jew ikkawżatx riskju reali u immedjat inkluż mill-aġir kriminali ta’ terza persuna għall-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia; u b. Naqset milli tieħu miżuri fi ħdan il-firxa tas-setgħat tagħha li b’ġudizzju raġonevoli kien mistenni minnha li tieħu biex tevita dak ir-riskju. 2. Tistabilixxi jekk l-istat kellux u għandux fis-seħħ dispożizzjonijiet ta’ liġi kriminali effettivi u mezzi oħra prattiċi biex jevita li jiżviluppa stat ta’ de facto impunità bl-okkorrenza spissa ta’ atti kriminali li ma jiġux solvuti u biex jiddiswadi mit-twettiq ta’ reati kriminali serji bl-appoġġ ta’ makkinarju ta’ infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni soprasessjoni l-investigazzjoni u l-kastig tal- vjolazzjoni serji tal-liġi. 3. Tiddetermina jekk l-istat wettaqx jew jekk huwiex qiegħed iwettaq l- obbligu pożittiv billi jieħu miżuri operazzjonali ta’ prevenzjoni biex jipproteġi lil dawk l-individwi li l-ħajja tagħhom tkun fir-riskju minn atti kriminali u dan b’mod partikolari fil-kaz tal-gurnalisti. Paġna 9 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia 4. Li l-inkjesta titmexxa b’mod illi ma timpedix u ma tikkompromettix xi investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali jew l-integrità tagħha. 5. L-inkjesta għandha ssir bil-pubbliku iżda l-bord tal-inkjesta jista’ meta jikkunsidra li jkun strettament hekk meħtieġ imexxi seduti partikolari fil- magħluq jew jimponi restrizzjonijiet fuq l-izvelar jew il-publikazzjoni ta’ kull dokument jew xhieda mogħtija jew li jkun sar aċċess għaliha fl-inkjesta b’mod illi tkun protetta l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjonijiet ta’ informazzjoni li tkun waslet taħt obbligu ta’ kunfidenzjalità iżda biss meta l- kunfidenzjalità ta’ dawk l-investigazzjonijiet jew informazzjoni tkun protetta bil-liġi u/jew meta l-bord tal-inkjesta jidhirlu li s-smigħ bil-magħluq jew ir- restrizzjoni tal-iżvelar jew il-publikazzjoni ta’ dokumenti jew xhieda jkunu strettament meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà u tad-drittijiet tax-xhieda, ta’ informazzjoni sensittiva mill-att ta’ sigurtà nazzjonali jew b’mod ieħor li saħansitra ta’ preġudizzju ta’ proċeduri oħra. 6. Il-bord tal-inkjesta jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha miżmuma mill-entitajiet tal-istat u għandu jimxi skont l-att dwar l-inkjesti u għandu soġġett għal dawn it-termini ta’ referenza jirregola l-proċeduri tiegħu fuq il- ħwejjeġ kollha inklużi kwistjonijiet dwar l-aċċess għal u l-parteċipazzjoni tal- Paġna 10 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia familja tal-mejta u tal-pubbliku li fil- jew għall-proċeduri tal-atti tal-inkjesta. Il-bord tal-inkjesta jkollu s-setgħa li jaħtar dik il-persuna jew persuni nklużi assistenti tekniċi u esperti f’oqsma partikolari biex jassistu fl-inkjesta kif jidhirlu li jkun meħtieġ, b’dan iżda ma’ dan kollu li persuni hekk maħtura għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ indipendenza u imparzjalità fuq l-istess livell kif ikun meħtieġ fil-Qorti ta’ Ġustizzja. Il-bord tal-inkjesta għandu: 1. Jippreżenta kopja tar-rapport: (i) (a) Lill-Prim Ministru u (b) lill-Avukat Ġenerali; (ii) jagħti avviż pubbliku li jkun ikkonkluda r-rapport tiegħu u li jkun ippreżenta kopja lill-Prim Ministru; (iii)