Il-Juventin Newsletter
Total Page:16
File Type:pdf, Size:1020Kb
Il-Juventin Newsletter Marzu – Ġunju 2017 J u v e n t u s Offical Fan Club ‘ V e r o A m o r e ’ (Malta 1975) Triq Madre Maria Theresa Spinelli B i r k i r k a r a B K R 4 9 2 0 Werrej Aħbarijiet tal-Club ...................................................................... 3 Messaġġ mingħand il-President .................................................... 3 Tibdil importanti li se jolqot it-Tesserament DOC 2017/18 ........... 5 Kampanja Tesseramenti 2017/18 - Juventus Official Fan Club 'Vero Amore' (Malta 1975) .................. 6 Biljetti għall-partiti ta' Juventus ..................................................... 9 Tessera del Tifoso ........................................................................ 10 Street Party għall-Finali taċ-Champions League .......................... 11 Open Day suċċess ........................................................................ 17 Żjara ta' Mark Iuliano u Nicola Amoruso ..................................... 25 Lotterija Flokk relatat ma' Survey ................................................ 35 Avviżi għall-membri ..................................................................... 37 Tesseri tal-Juventus DOC 2016/17 ............................................... 38 Premijiet mirbuħa matul il-partiti ta' Juventus ............................ 39 Lukanda ewlenija u ċentrali għal min jitla' Turin ......................... 42 Attivitajiet Sportivi tal-Club ......................................................... 43 Club Modern, Club Social ............................................................. 44 Marzu - Ġunju 2017 1 Kun involut f’waħda minn l-akbar familji Juventini fid-dinja ....... 45 Votazzjoni tal-'Man of the Match' ............................................... 46 Servizzi offruti fil-website ............................................................ 47 Il-Ħamsin Stilla Juventina ......................................................... 48 Juve News ................................................................................ 54 Riżultati 2016/17 ......................................................................... 54 Kumitat 2017/18 ...................................................................... 88 Club Sponsors .......................................................................... 90 Il-Juventin Magażin uffiċjali Juventus Official Fan Club ‘Vero Amore’ (Malta 1975) Ko-Edituri Darren Micallef Pierre Bonavia Marzu - Ġunju 2017 2 Aħbarijiet tal-Club Messaġġ mingħand il-President Għeżież membri u ħbieb Juventini, Wasalna fi tmiem staġun ieħor mimli suċċess anki jekk spiċċajna fuq nota negattiva bit-telfa kontra Real Madrid. Kollox ma' kollox, minkejja d-delużjoni kbira fil-Finali ta' Cardiff, xorta waħda għandna għax inkunu kburin bit-tim tagħna li għas-sitt sena konsekuttiva rnexxilu jikseb riżultati kbar. Lokalment ukoll nistgħu nressqulkom bi pjaċir kbir diversi riżultati eċċellenti. Għal darb’oħra kellna fostna eks-plejers ta' Juventus. Din id-darba kien imiss lil Mark Iuliano u Nicola Amoruso. Bħal dejjem mhux se nieqfu hawn f’das-sens u se nkomplu naħdmu biex inġibu aktar personalitajiet Bianconeri lejn pajjiżna. Bqajna anki noffru biljetti għall-partiti ta' Juventus bi prezz face value, fatt li jixhed li aħna qiegħdin hemm biex inkunu ta' servizz għall-membri u mhux biex nagħmlu l-flus. Komplejna anki nsaħħu s-servizzi kollha li noffru lilkom il-membri u fejn stajna, komplejna tejjibna s-servizzi tagħna. Żgur li l-akbar riżultat għalina kien in-numru rekord ta' 1031 membru DOC miktub mal-Club tagħna. Kull sena qiegħdin dejjem nattiraw iktar Juventini ġodda u kemm ilha titħaddem is-sistema DOC qatt ma kellna numru kbir hekk. Grazzi tal-appoġġ. Inwiegħdukom li se nkomplu naħdmu għall-ġid tal-Juventini Maltin u Għawdxin. Marzu - Ġunju 2017 3 Fl-aħħar nett nagħlaq b’ringrazzjamenti lejn sħabi tal-Kumitat u l-isponsors kollha. M’għandix dubju li mingħajr l-għajnuna tagħhom il-Club tagħna ma jistax ikun fil-livelli li jinsab fihom bħalissa. Inselli għalikom, Joseph Fenech President Juventus Official Fan Club ‘Vero Amore’ (Malta 1975) Marzu - Ġunju 2017 4 Tibdil importanti li se jolqot it-Tesserament DOC 2017/18 Issa li dalwaqt jibda t-taħriġ għal staġun ieħor, nisperaw tant ieħor entusjasmanti imma bi tmiem iktar feliċi, ġejna reċentement informati b’ċertu tibdil li se jidħol fis-seħħ b’mod immedjat. Il-kelma DOC li tant ilna mdorrijin biha issa ġiet eliminata u minflokha se nibdew nużaw il-frażi ‘Fan Club’. Għaldaqstant, it-tesserament mad-DOC issa se jsir tesserament mal-‘Fan Club’. Dan il-kit tal-‘Fan Club’ se jkun jikkonsisti minn dan li ġej:- Tessera uffiċjali Juventus Official Fan Club roħs ta' 10% fuq il-prodotti uffiċjali ta' Juventus ġewwa kull Juventus Store roħs ta' 10% validu għal tliet akkwisti online minn store.juventus.com sat-30 ta' Ġunju 2018 tariffa imraħħsa għall-akkwist tal-biljetti tal-Juventus Museum, Stadium Tour u Juventus City Tour, roħs ta' 5% mil-JMedical kif ukoll roħs ta' 50% fuq il-JMedical Card Juventus għażlu wkoll li minkejja kif jidher hawn fuq ma hu se jkun hemm ebda rigal inkluż, sfortunatament li jgħollu l-prezz tal-kategorija ‘Adulti’ (kull min twieled qabel il-31 ta’ Diċembru 2001) u minn €20 issa se ssir tiswa' €25. Min laħaq issieħeb fil-Fan Club għall-istaġun li jmiss ghalhekk hu mitlub biex jaqra l-avviż f’paġna 37. Żagħzagħ taħt is-16-il sena (imwielda wara 1 ta' Jannar 2002) iħallsu €16. Tfal ta' 6 snin jew inqas mhux possibbli li jissieħbu fil-Fan Club iżda jidħlu fil-Juventus Stadium b’xejn akkumpanjati minn adult u ma jkollhomx siġġu riservat. Din it-tessera tal-Fan Club se tibqa' tagħti l-istess drittijiet li kienet tagħti t-tesserament DOC li takkwistaw biljetti bi prezz face value (flimkien ma' €10 fuq kull biljett bħala spejjeż ta' amministrazzjoni) mil-Club tagħna. Għal iktar informazzjoni nistidnukom iżżuruna l-uffiċju tal-Club matul il-ħinijiet tal-ftuħ jew tibgħatu email fuq [email protected] Marzu - Ġunju 2017 5 Kampanja Tesseramenti 2017/18 - Juventus Official Fan Club 'Vero Amore' (Malta 1975) Bħala parti minn l-istrateġija ġdida tal-marketing ta' Juventus imħabbra ftit tax-xhur ilu biex jintlaħqu iktar Juventini minn madwar id-dinja, il-Club tagħna mhux se jibqa' jissejjaħ uffiċjalment Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) iżda sar Juventus Official Fan Club ‘Vero Amore’ (Malta 1975) Il-Kampanja Tesseramenti għall-istaġun li jmiss issa hija uffiċjalment miftuħa. Minkejja li għadna fix- xahar ta' Ġunju, l-entusjasmu li hemm madwar Juventus diġa' wassal biex mijiet ta' membri jissieħbu bil-lest għall-istaġun li jmiss. Id-dettalji tal-Kampanja Tesseramenti 2017/18 huma dawn: Sħubija mal-Club biss – Adult (18 – 64 sena ) – €25 – Youth (14 – 17-il sena) – €15 – Elderly (65 sena +) – €5 – Child (0 – 13-il sena) – FREE Sħubija mal-Club u Sħubija fil-Fan Club – Adult (18 – 64 sena) – €50 – Youth (16 – 17-il sena ) – €40 – Minor (14 – 15-il sena) – €31 – Elderly (65 sena +) – €30 – Child (7 – 15-il sena ) – €16 Marzu - Ġunju 2017 6 Marzu - Ġunju 2017 7 Tista' tinkiteb bħala membru mal-Club billi żżur l-uffiċju tal-Club kull nhar ta' Tlieta jew Ħamis bejn is-6.30pm u t-8.00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta' Juventus jew is-Showroom ta’ Fenech Arredamenti bejn 9.00am-12.00pm u 4.00pm-7.00pm jew permezz tal-website minn http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/ u tħallas bil-Paypal jew tiddawnlowdja l-applikazzjoni minn https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/files/ u tibgħatha mimliha flimkien ma' cheque f’isem il-Juventus Club Vero Amore Għal kwalunkwe informazjoni fuq sħubija mal-Club tistgħu tkellmu lill-membri tal-Kumitat, tibgħatu email fuq [email protected] jew iċċemplu jew tibgħatu sms fuq 79618994. Tistgħu wkoll iċċemplu fuq 21480851 waqt il-ħinijiet tal-uffiċju. Marzu - Ġunju 2017 8 Biljetti għall-partiti ta' Juventus Huma dawk il-membri li huma msieħba fil-Fan Club biss li jkollhom id-dritt li jirriservaw biljetti għall-partiti ġewwa l-Juventus Stadium. Dawn il-biljetti jistgħu jiġu riservati permezz ta' depositu fuq bażi ta' first come first served ġewwa l- uffiċju tal-Club. Infakkru li l-Club tagħna jaqdi lill-membri tiegħu bil-biljetti FACE VALUE U jiċċarġja €10 administration fee BISS fuq kull biljett! Kull min tiela jew jixtieq jitla' jara partita ġewwa l-Juventus Stadium, qabel ma tixtru l-biljett dejjem żuru l-website uffiċjali ta' Juventus sabiex tkunu ċerti LI MA TĦALLSUX IKTAR TAL-BILJETT http://www.juventus.com/en/tickets/prices-and-purchasing/index.php Marzu - Ġunju 2017 9 Tessera del Tifoso Il-Kumitat iħeġġeġ dawk il-membri kollha li xi darba jew oħra bi ħsiebhom imorru jaraw il-Juventus ġewwa Turin biex apparti li jkunu membri fil-Fan Club ikollhom ukoll it-Tessera del Tifoso. Din it-Tessera tagħti aktar opportunità ta' dħul għall-partiti tas-Serie A jekk ikun il-kas li ma nkunux nistgħu naqdukom mis-sistema tal-Fan Club għaliex il-partita tkun sold out jew għaliex iż-żmien biex napplikaw għall-biljetti ikun laħaq skada. Il-membri li jinqdew permezz tat-Tessera del Tifoso minflok jingħataw biljett ikunu qieghdin jagħmlu użu minn wieħed mil-ħafna season tickets li l-Club jamministra u allura jiksbu aċċess xorta waħda għall-partita magħżula minnhom. Minn Settembru 2016 il-Club tagħna kiseb il-mezzi biex japplika f’isem il-membri tal-Fan Club biss biex dawn jiksbu t-Tessera tal-Tifoso fi żmien ftit ġimgħat. Min japplika għal rasu mil-website uffiċjali ta' Juventus qiegħdin jieħdu saħansitra 3 xhur u iktar sabiex isiru. Kull ma għandkom tagħmlu huwa li żżuru l-uffiċju tal-Club fil-ħinijet