Mill‑PARLAMENT
Total Page:16
File Type:pdf, Size:1020Kb
Nr 15 Diċembru 2016 December 2016 PARLAMENT TA’ MALTA mill‑PARLAMENT Perjodiku maħruġ mill‑Uffiċċju tal‑Ispeaker Periodical issued by the Office of the Speaker mill-PARLAMENT - Diċembru 2016 L‑Ispeaker jinawgura wirja ta’ presepji tal‑Milied imtellgħa The Speaker inaugurates a Christmas Cribs exhibition in b’kollaborazzjoni mal‑Ministeru għat‑Turiżmu u mal‑Awtorità collaboration with the Ministry for Tourism and the Malta Maltija għat‑Turiżmu (MTA) fid‑daħla tal‑Parlament. Tourism Authority (MTA) held in the Parliament foyer. 3 Daħla Ħarġa Nru 15/Issue No. 15 Foreword Diċembru 2016/December 2016 L-Istrateġija Kolonjali ta’ ‘Agħti u ħu lura’ tkompli Ippubblikat mill‑Uffiċċju tal‑Ispeaker 12 Published by the Office of the Speaker għaddejja - il-Kostituzzjonijiet tal-1887 u tal-1903 The ‘give-and-take’ colonial strategy goes on - the Constitutions of 1887 and 1903 Bord Editorjali Editorial Board Ir-Rwol tal-Parlament Malti fit-twaqqif f’Malta tal- Ray Scicluna 18 Istitut Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Josanne Paris Ancel Farrugia Migneco l-Anzjanita’ The role of the Maltese Parliament in the establishment in Malta Eleanor Scerri of the United Nations International Institute on Ageing Sarah Sciberras Eric Frendo 24 Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew Conference of Presidents of the European Parliament Indirizz Postali Postal Address 26Il-Proġett tal-Bini tal-Parlament bħala parti mill-Proġett għad-Daħla tal-Belt Valletta House of Representatives The Project of the Parliament Building as part of the Freedom Square Valletta Entrance Project Valletta VLT 1115 Malta +356 2559 6000 Qoxra: Żjara lill-Kamra tad- D e p u t a t i t a ’ M a l t a m i l l - K o n f e r e n z a www.parlament.mt tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew [email protected] Cover: Visit to the Maltese House of Representatives by the Conference ISSN 2308‑538X of Presidents of the European Parliament ISSN (online) 2308‑6637 Ritratti/Photos: Parlament ta’ Malta/DOI 2 mill-PARLAMENT - Diċembru 2016 Daħla Kif tixhed din il‑ħarġa ta’ mill-Parlament, il‑perjodu Ottubru ‑ Diċembru 2016 kien wieħed impenjattiv ħafna għas‑Sedja u għall‑Parlament. Biżżejjed ngħid li sa Diċembru fil‑Parlament kienu saru 465 seduta, aktar minn 500 laqgħa tal‑Kumitati Permanenti tal‑Kamra u ’l fuq minn 30,000 mistoqsija parlamentari. Dan minbarra li ngħataw 93 deċiżjoni mis‑Sedja. F’dan il‑perjodu s‑Sedja indirizzat madwar 12‑il attività li ttellgħu fil‑Parlament. Kien hemm laqgħat mal‑pubbliku, ma’ korpi kostitwiti u NGOs, kif ukoll diversi laqgħat ma’ ambaxxaturi. Fl‑isfond tal‑preparamenti għall‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea fl‑ewwel sitt xhur tal‑2017, is‑Sedja kellha wkoll għadd ta’ laqgħat ma’ delegazzjonijiet barranin, kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna. Wara r‑riżenja tal‑Onor. Leo Brincat minn Membru Parlamentari biex jinħatar membru tal‑Qorti Ewropea tal‑ Awdituri, saret elezzjoni każwali fuq id‑disa’ distrett elettorali li fiha ġie elett Dr Clifton Grima. Huwa ngħata l‑ġurament ta’ lealtà fis‑seduta parlamentari tal‑11 t’Ottubru. Sussegwentement, fis‑seduta parlamentari tat‑ 28 ta’ Novembru, l‑Onor. Edwin Vassallo u l‑Onor. Peter Micallef ngħataw il‑ġurament ta’ lealtà bħala Membri Parlamentari, wara sentenza mogħtija mill‑Qorti tal‑Appell (Sede Kostituzzjonali). Għaldaqstant illum il‑Parlament Malti għandu 71 Membru, l‑akbar numru ta’ Membri Parlamentari fl‑istorja tal‑Parlament tagħna. Parteċipazzjoni tas‑Sedja f’laqgħat barra mill‑pajjiż F’Ottubru ‑s Sedja pparteċipat fis‑summit tal‑Presidenti tal‑Parlamenti tal‑Unjoni Ewropea li sar fi Bratislava fejn id‑diskussjonijiet iffokaw l‑aktar fuq id‑drittijiet tal‑bniedem u kif l‑Unjoni Ewropea trid tkun il‑magna politika biex l‑Ewropa tkompli tissaħħaħ, speċjalment fil‑kontest tal‑iżviluppi li qed iseħħu madwar id‑dinja. Fid‑diskors tagħha s‑Sedja enfasizzat fuq il‑ħtieġa li l‑Ewropa tkun eqreb lejn iċ‑ċittadin biex iċ‑ċittadini tal‑Ewropa jifhmu x’qed isir fl‑Unjoni Ewropea u jħossuhom parti minnha, u kkonkludiet id‑diskors tagħha b’dan il‑kliem: “As Speakers we must represent our parliaments through setting the right example. We must feel European ourselves before leading our citizens to feel European themselves.” F’Diċembru sar il‑ħames Parliamentary Intelligence‑Security Forum li ttella’ mill‑Kungress Amerikan f’Washington. Waqt il‑forum is‑Sedja għamlet diversi interventi dwar il‑problema tat‑trasferiment ta’ flus illeċiti għall‑finanzjament tat‑terroriżmu u staqsiet lid‑diversi esperti li ħadu sehem dwar ir‑rwol tal‑Amerika fil‑kunflitt Sirjan. Fil‑laqgħa li saret bejn is‑Sedja u l‑Ispeaker tal‑Kungress Amerikan, Paul Ryan, ġiet diskussa l‑possibbiltà 3 mill-PARLAMENT - Diċembru 2016 Daħla (Kont.) li l‑iSpeaker Ryan imexxi delegazzjoni mill‑Kungress Amerikan għal‑laqgħa tat‑Trans‑Atlantic Dialogue li ssir f’pajjiżna matul il‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea. Waqt il‑35 konferenza tal‑iSmall Branches fi ħdan il‑Commonwealth Parliamentary Association (CPA), li saret f’Londra f’Diċembru, ġejt elett Chairperson tas‑CPA Small Branches, l‑ewwel darba li dan il‑forum għandu Chairperson Malti. Ir‑rwol ta’ Chairperson huwa li jmexxi l‑laqgħat kollha u jħejji l‑istrateġija għat‑tmexxija ta’ din is‑sezzjoni tas‑CPA li tiġbor fiha 43 pajjiż b’popolazzjoni ta’ inqas minn nofs miljun. Waqt din il‑konferenza, id‑delegazzjoni Maltija li kienet tinkludi lill‑Ministru Carmelo Abela, l‑Onor. Clifton Grima u l‑Onor. David Agius, sabet ftit ħin biex iżżur xi Maltin li kienu jinsabu Londra għal raġunijiet ta’ mard. Bi preparazzjoni għall‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea, is‑Sedja kellha l‑opportunità li tmexxi delegazzjoni fit‑Turkija għal laqgħat mal‑Ispeaker tal‑Parlament Tork, mal‑Prim Ministru Tork u mal‑President Recep Tayyip Erdoğan. Fit‑taħditiet mal‑President Tork ġie diskuss is‑sehem tat‑Turkija għal aktar stabilità fil‑ Mediterran, kif ukoll ir‑relazzjoni bejn it‑Turkija u l‑Unjoni Ewropea. Is‑Sedja assigurat lill‑awtoritajiet Torok li fil‑laqgħat interparlamentari li se jkunu qed isiru matul il‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea, it‑ Turkija se jkollha d‑dritt li tipparteċipa fil‑kapaċità ta’ osservatur. Żjarat lill‑Parlament Malti F’Ottubru żar il‑Parlament l‑ewwel Viċi President tal‑Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, li kellu laqgħat dwar il‑preparamenti għal‑laqgħat interparlamentari li se jiġu organizzati mill‑Parlament Malti matul il‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea. Timmermans enfasizza li l‑Membri Parlamentari kollha għandu jkollhom sehem attiv fid‑dimensjoni parlamentari tal‑Presidenza. 4 mill-PARLAMENT - Diċembru 2016 Daħla (Kont.) Matul dan il‑perjodu s‑Sedja kellha diversi żjarat ta’ kortesija minn personalitajiet barranin. Fost dawn kien hemm il‑President tar‑Repubblika tal‑Bulgarija, Rosen Asenov Plevneliev u l‑President tar‑Repubblika tal‑Kosovo, Hashim Thaçi. F’dawn iż‑żewġ laqgħat ġiet diskussa l‑possibbiltà ta’ aktar kooperazzjoni bejn il‑Parlament Malti u l‑parlamenti tal‑pajjiżi rispettivi. Id‑Deputy Speaker Ċensu Galea laqa’ wkoll lill‑President tal‑Kunsill tal‑Istat tal‑Libja, Fayez al‑Sarraj, u lill‑ Ministru għall‑Affarijiet Barranin Libjan. Fost it‑temi li ġew diskussi kien hemm il‑ħidma tal‑kumitati permanenti tal‑Parlament Malti. Żjara interessanti kienet dik li saret mill‑Kumitat tal‑Assoċjazzjoni Ewropea tal‑Ġurnalisti. Id‑delegazzjoni ħadet impressjoni pożittiva ħafna tat‑trasparenza li biha jitmexxew il‑proċedimenti fil‑Parlament Malti permezz tax‑xandir televiżiv u l‑online streaming tas‑seduti parlamentari, tal‑laqgħat tal‑kumitati parlamentari u tal‑ attivitajiet kollha li jsiru fil‑Parlament, kif ukoll bil‑mod immedjat li d‑dokumenti li jitpoġġew fuq il‑Mejda tal‑ Kamra jkunu aċċessibbli permezz tal‑internet. Il‑Parlament Malti laqa’ wkoll grupp ta’ tradutturi mid‑Direttorat Ġenerali għat‑traduzzjoni tal‑Parlament Ewropew li kienu f’Malta bħala parti mill‑programm ta’ tħejjijiet għall‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea. F’dan il‑kuntest ġew diskussi diversi punti importanti biex jiġi assigurat li s‑servizz tat‑traduzzjoni jkun ta’ livell professjonali. Żjara oħra interessanti kienet dik li saret minn delegazzjoni tal‑Canada‑Europe Parliamentary Association, Assoċjazzjoni li twaqqfet fl‑1980 bl‑għan li jkun hemm forum strutturat għal skambju ta’ informazzjoni u ideat bejn parlamentari Kanadiżi u parlamentari Ewropej. Id‑delegazzjoni ltaqgħet mas‑Sedja u ma’ Membri Parlamentari miż‑żewġ naħat tal‑Kamra u wriet interess qawwi fil‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea li tista’ sservi bħala l‑ewwel opportunità biex il‑parlamenti nazzjonali tal‑Unjoni Ewropea jiddiskutu ideat li jistgħu jkunu wkoll ta’ interess għall‑parlamenti tal‑kontinent Amerikan, b’mod speċjali tal‑Kanada. 5 mill-PARLAMENT - Diċembru 2016 Daħla (Kont.) Il‑gruppi ta’ ħbiberija interparlamentari bejn il‑Parlament Malti u parlamenti barranin kienu impenjati wkoll matul dan il‑perjdou. Waqt żjara li saret minn delegazzjoni tal‑grupp ta’ ħbiberija interparlamentari tal‑Arabja Sawdita, immexxija mill‑iSpeaker Abdullah Mohammed Asheikh, kien diskuss ir‑rwol ta’ Malta bħala pont bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Arabja Sawdita, partikolarment waqt il‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea. Anke l‑grupp ta’ ħbiberija interparlamentari bejn Franza u Malta għamel żjara lill‑Parlament Malti. Id‑delegazzjoni Franċiża, li kienet tinkludi lill‑Membru Parlamentari prominenti Franċiż George Fenech li huwa ta’ dixxendenza Maltija, kellha laqgħat ma’ membri parlamentari Maltin miż‑żewġ naħat tal‑Kamra u mas‑Sedja. Waqt it‑taħditiet li saru saret referenza għall‑fatt li fi Franza hemm madwar kwart ta’ miljun persuna b’kunjom Malti li kollha għandhom dixxendenza Maltija, u li numru minnhom huma attivi ħafna f’diversi rwoli politiċi, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll reġjonali. Attivitajiet li ttellgħu fil‑Parlament Fit‑8 ta’ Diċembru l‑Parlament ospita l‑Konferenza tal‑Presidenti tal‑Parlament Ewropew li għaliha, fost oħrajn, kien preżenti l‑President tal‑Parlament Ewropew Martin Schulz li kellu wkoll laqgħa mad‑Deputy Speaker Ċensu Galea. F’din il‑ħarġa nsibu artiklu li jagħti ħarsa dettaljata lejn dak li ġie diskuss waqt din il‑konferenza.