Il-Juventin Newsletter

Il-Juventin Newsletter

Il-Juventin Newsletter Mejju - Ġunju 2015 Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) Triq Madre Maria Theresa Spinelli B i r k i r k a r a Aħbarijiet tal-Club Messaġġ mingħand il-President Għeżież Membri, Wasalna fi tmiem staġun memorabbli ieħor li fih rajna lill-Juventus jirbħu l-Kampjonat u l-Coppa Italia, kif ukoll imorru qrib li jiksbu ċ-Champions League. Tpaxxejna naraw dan it-tim u nemmen li se nkomplu nieħdu gost anki fis-snin li ġejjin. F’dan l-ewwel staġun tal-Presidenza tiegħi, jien u sħabi tal-Kumitat ħdimna bla waqfien biex nibnu fuq it-tajjeb tal-passat u noħolqu attivitajiet ġodda. Mexxejna l-Club b’mod trasparenti, tajna l-aqwa servizz possibbli lilkom il- membri u wittejna t-triq biex ikollna ġejjieni mill-isbaħ. Ninsabu onorati li emmintu fina u mxejtu warajna. Kull ma jmur il-familja tagħna dejjem qiegħda tikber. Kien unur kbir għalina li din is-sena ġejna rikonoxxuti miċ- Centro Coordinamento bħala l-akbar Club barrani ta' Juventus. Saħħaħna wkoll ir-relazzjonijiet ma' Turin fejn illum, iktar minn qatt qabel, il-Club igawdi minn fama tajba. Ir-relazzjonijiet tajba għamluha possibbli li jkollna fostna lil Birindelli, Davids u Ferrara fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club. Kull anniversarju jagħtina l-oppportunità li nħarsu lura lejn x’sar fil-passat biex nieħdu spunti għall- futur. Għandna x-xorti li għandna storja sinjura. Iċċelebrajna u se nkomplu niċċelebraw dan l- anniversarju bl-iktar mod xieraq. Ħsibna wkoll li jkollna ktieb li jiġbor fih l-istorja tal-Club. ‘Iswed u Abjad’ hu dokument prezzjuż li se jħalli tifkira dejjiema tal-kisbiet fl-ewwel erbgħin sena tal-Club tagħna. Jien u sħabi tal-Kumitat inwegħdukom li se nkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li sar fil- passat biex hekk inżidu paġni memorabbli oħra f’din l-istorja daqstant rikka. Mejju - Ġunju 2015 1 Nagħlaq billi nirringrazzja lilkom tal-appoġġ li dejjem tajtuna. Ringrazzjament speċjali jmur lil sħabi tal-Kumitat li kienu indispensabbli fil-qadi ta’ dmiri. Fl-aħħar u mhux l-inqas, grazzi kbira tmur lill-isponsors li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma jkunx faċli li mmexxu l-Club. Joseph Fenech President Mejju - Ġunju 2015 2 Kampanja Tesseramenti Juventus Club DOC 'Vero Amore' (Malta 1975) Il-Kumitat għandu l-pjaċir iħabbar li l-Kampanja Tesseramenti għall-istaġun 2015/16 hija diġa' miftuha. Dan il-ftuħ antiċipat sar minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju. Ir-rati tal-membership għas-sena 2015/16 huma dawn li ġejjin: € 25 - Irġiel u nisa li għandhom 17-il sena jew iktar € 15 - Zgħażagħ li għandhom bejn 10 snin u 16-il sena b’xejn - Tfal sa 9 snin, anzjani li għandhom 65 sena jew iktar kif ukoll persuni b’diżabilità Tesserament Juventus DOC Huma biss il-membri DOC li jistgħu jinqdew biljetti facevalue mil-biljetterija uffiċjali tal-Juventus. Ir-rati tal-Juventus DOC għas-sena 2015/16 huma dawn li ġejjin: € 20 - Irġiel u nisa li għandhom 14-il sena jew iktar € 16 - Zgħażagħ li għandhom bejn 6 snin u 13-il sena Tfal sa 5 snin ta' eta ma jistgħux jgħamlu l-Juventus DOC għaliex dawn jidħlu b’xejn fil- Juventus Stadium akkumpanjati minn adult pero ma jkollhomx siġġu riservat. X'qiegħed tistenna sabiex tifforma parti minn dan il-Club glorjuż li din is-sena għalaq 40 sena... Għandna iktar sorpriżi maħsuba li l-MEMBRI BISS jkunu jistgħu jgawdu minnhom! Mela irkeb issa fuq il-karru tagħna u gawdi magħna! Mejju - Ġunju 2015 3 Avviż dwar it-tesseri u r-rigal lill-membri DOC 2014/15 Kemm it-tesseri kif ukoll ir-rigal relatat ma' kull tessera DOC jistgħu jinġabru biss mill-Ufficju tal- Club matul il-ħinijiet tal-ftuħ. M’aħniex nibgħatuhom bil-posta propju minħabba r-rigal li huwa kemmxejn kbir. Ghad fadal hafna tesseri x’jinġabru ghalhekk nissuġġerulkom li tiġu u tiġbruha mill- aktar fis. Tista' tinkiteb bħala membru mal-Club billi tiġi l-uffiċju tal-Club kull nhar ta' Tlieta jew Ħamis bejn is-6.30pm u t-8.00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita tal-Juventus jew is-Showroom ta’ Fenech Arredamenti bejn 9.00am-12.00pm u 4.00pm-7.00pm jew permezz tal-website minn http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/ u tħallas bil-Paypal jew tiddawnlowdja l-applikazzjoni minn https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/10152778841547411/ u tibgħatha mimliha flimkien ma' cheque f’isem il-Juventus Club Vero Amore Għal kwalunkwe informazjoni fuq membership tistgħu tkellmu lill-membri tal-Kumitat, tibgħatu email fuq [email protected] jew iċċemplu 21480851 waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Mejju - Ġunju 2015 4 Biljetti għal-logħob tal-Juventus Kull min tiela jew jixtieq jitla' jara partita ġewwa l-Juventus Stadium, qabel ma tixtru l-biljett dejjem żuru il-website tal-Juventus http://www.juventus.com/juve/en/campo/biglietteria/prezzi/index sabiex tkunu certi LI MA TĦALLSUX IKTAR TAL-BILJETT Infakkru li l-Club tagħna jaqdi lill-membri tieghu bil-biljetti FACE VALUE u jiċċarġja €10 administration fee BISS fuq kull biljett! Mejju - Ġunju 2015 5 Lukanda ewlenija u ċentrali għal min jitla' Turin Bħala Club ilhaqna ftehim mal-Concord Hotel, lukanda ewlenija ta' 4 stilel u li tinsab fl-iktar punt aċċessibli fil-qalba taċ-ċentru ta' Turin, sabiex il-membri tagħna jkunu jistgħu jieħdu akkomodazzjoni fiha bil-prezzijiet eccellenti hawn taħt imsemmija: € 75 - kamra għal persuna waħda, kull lejl € 85 - kamra għal żewġ persuni, kull lejl € 105 - kamra għal tliet persuni, kull lejl Irridu nghamluha ċara li ħadd ma hu obbligat li jieħu l-offerta tal-lukanda flimkien mal-biljett tal- partita. Għal aktar informazzjoni tistgħu tirrikorru l-Club. Mejju - Ġunju 2015 6 L-attendenza matul il-partiti tal-Juventus fil-Club Mertu wkoll tar-riżultati pożittivi li l-Juventus kellhom matul dan l-istaġun, kellna attendenza dejjem numeruża fis-sede. Nirringrazzjaw lilkom u anke l-istaff kollu tal-Bar li dejjem għamlu mezz biex jagħtuna l-aħjar servizz. Grazzi! Mejju - Ġunju 2015 7 Armar u tiżjin fil-Club għar-rebħ tat-33 Scudetto Il-Kumitat xtaq li l-Club ikollu tiżjijn xieraq għar-rebħ tal-Kampjonat għalhekk qabel il-logħba li tatna l-punt deċiziv li kien jonqosna, il-Bar area libset kostum ċelebrattiv li jfakkar ir-rebħ tar-raba' Scudetto konsekuttiv kif ukoll mal-faċċata ddendel it-tricolore u nfetħet il-bandiera Juventina sabiex għal sena ohra jerġgħu jperpru għat-trijonf li l-Juventus reġgħat wettqet ġewwa l-Italja. Mejju - Ġunju 2015 8 Mejju - Ġunju 2015 9 13 ta' Mejju – Real Madrid - Juventus 1-1 Mwittija t-triq lejn il-Finali. Ferħ kbir ġewwa l-Club! Min jattendi l-Club biex isegwi l-partiti tal-Juventus jaf kemm jiehu gost allura tistgħu timmaġinaw ix-xeni ta' delirju u pjaċir li kien hemm hekk kif ir-referee saffar tmiem il-tieni leg tas-Semifinali tac- Champions League kontra r-Real Madrid. Kellna ħafna okkażjonijiet bħal dawn dan l-istaġun! Mejju - Ġunju 2015 10 Ir-rebħ tal-Coppa Italia. Briju u spettakklu ġewwa l-Club L-Erbgħa 20 ta' Mejju 2015 hija data li tibqa' minquxa fl-istorja Juventina għaliex intrebħet l-10 Coppa Italia. Trofew li konna ilna nieqsin minnu għal 20 sena sħaħ. B’hekk issa apparti t-tielet stilla li jikkommemoraw l-iScudetti, il-Juventus saret l-ewwel Club fl-Italja li nghatat l-istilla tal-fidda! Sadanittant, bħall-ġimgħa ta' qabel kontra Real Madrid, il-Club kien mimli kollu biex mat-tisfira finali l-Juventini preżenti reġgħu għal darb’oħra ċċelebraw bil-kbir dan it-tieni suċċess tal-istaġun. Mejju - Ġunju 2015 11 Ix-xogħol bla waqfien tal-President barra minn xtutna għall- anniversarju tal-40 sena Meta għaqda tagħlaq 40 sena żgur li jkun tragward sabiħ u allura jkun jixraq li jitfasslu festeġġamenti li jixirqu l-okkażjoni. Għalhekk il-Kumitat ħadem bis-sħiħ sabiex ikollna festa memorabbli li tibqa' fil-memorja tal-poplu Juventin Malti. Il-President tagħna Joseph Fenech żar Turin għexieren ta' drabi partikolarment f’dawn l-aħħar tnax il-xahar sabiex isaħħaħ il-kuntatti mat- tmexxija u l-ambjent Juventin. Ta' dan nirringrazzjawħ minn qalbna għaliex iġibu magħhom sagrifiċċji kbar. Mejju - Ġunju 2015 12 Solidarjetà – Donazzjoni Puttinu Cares/Maratona tal-Futbol Bħall kull sena l-Club tagħna jagħti wirja ta' solidarjetà meta jagħti l-kontribut tiegħu biex jghin il- missjoni ta' Puttinu Cares bil-parteċipazzjoni fil-maratona tal-futbol kif ukoll bi ġbir ta' donazzjonijiet matul l-intervall tal-partiti tal-Juventus. Din is-sena wkoll kellna l-okkażjoni biex inżidu l-ammont miġbur permezz ta' ritratti ma' replika tat- tazza tac-Champions League li saru qabel it-tieni leg taċ-Champions League kontra Real Madrid. Ir-ritratti tistgħu ssibuhom fis-sezzjoni tar-ritratti fuq il-paġna Facebook tal-Club. B’qalb kbira nistgħu ngħidu li rnexxielna niġbru l-ammont sabiħ ta' €700. Dawn il-flus marru biex iservu ta’ għajnuna lejn min hu tassew fil-bżonn. NIRRINGRAZJAWKOM TAL-ĠENEROZITA! Mejju - Ġunju 2015 13 Street Party għall-Finali taċ-Champions League Il-Kumitat ħaseb biex jorganizza Street Party u Big Screen għall-Finali taċ-Champions League bejn Juventus u Barcelona. Madankollu r-riżultat sportiv, l-avveniment kien suċċess fuq kull aspett. Kull min ma kienx membru ngħata voucher innumerata mal-bieb allura stajna nikkonfermaw li kellna kwantità kbira ħafna ta’ non members preżenti. Bosta għexieren minnhom għażlu tajjeb ukoll li jsarrfu l-€5 voucher sabiex jissieħbu mal-Club tagħna għall-ewwel darba. Dan apparti l-fatt li l-Club fuq kien totalment mimli. Nirringrazzjaw lil kull min attenda u l-isponsors li għenu biex dan kollu jkun mill-aqwa . Mejju - Ġunju 2015 14 Riċeviment għall-40 sena tal-Club. Nhar l-Erbgħa 10 ta' Ġunju 2015 saret is-serata għall-okkazjoni tal-40 sena mit-twaqqif tal-Club.

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    63 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us