Ħarsa Lejn Id-Dutturi Tal-Knisja

Ħarsa Lejn Id-Dutturi Tal-Knisja

ĦARSA LEJN ID-DUTTURI TAL-KNISJA sena XXXI nru. 129 lulju – settembru 2019 Ħarsa lejn id-Dutturi tal-Knisja WERREJ Fr Raymond Gatt OP Editorjal 1 Fr Jonathan Farrugia Introduzzjoni għad-Dutturi tal-Knisja 3 Mons. Prof. Hector Scerri Id-Dutturi tal-Knisja: Mis-Seklu IV sas-Seklu VIII 13 Papas Prof. Martin Zammit It-Tliet Ġerarki Griegi 37 Fr Dr Martin Micallef San Ċirillu minn Lixandra u l-argumenti kristoloġiċi fil-kummentarju tiegħu fuq l-Evanġelju skont San Ġwann 49 Dr Pauline Dimech Id-Dutturi Nisa 61 Fr Raymond Gatt OP Bernard ta’ Clairvaux (1090-1153) 75 Fr Justin Schembri OP Aquinas, Magister in Sacra Pagina: Method as key to good theology 83 Fr Noel Muscat OFM Id-Dutturi Franġiskani tal-Knisja 95 Fr Joseph Ellul OP The Soul of Academic Life 107 Kontributuri 120 Rivista ta’ formazzjoni teoloġika li tittratta temi ta’ duttrina biblika, dommatika, morali u xjenzi umani Toħroġ kull tliet xhur Bl-approvazzjoni tal-Knisja Direzzjoni – Redazzjoni – Amministrazzjoni Knisja 2000 Kunvent Patrijiet Dumnikani Pjazza San Duminku Rabat RBT 2521 Malta Telefon: 21 454592 Fax: 21 450503 Editur: P. Raymond Gatt O.P. [email protected] Setting: Joe Cassar Cover design: Mark Mercieca Stampat: Printcare, San Ġwann. Tel. 21 497206 Copyright: Pubblikazzjonijiet Dumnikani websajt: www.opmalta.org Editorjal Ħarsa lejn id-Dutturi tal-Knisja Fr Raymond Gatt OP It-titlu ta’ ‘Duttur tal-Knisja’ huwa titlu mogħti lill-irġiel u nisa li ġew rikonoxxuti mill-Knisja Kattolika bħala nies li wrew qdusija u għerf fit-tagħlim imxandar u miktub tagħhom. B’kollox insibu 36 duttur li huma mifruxin matul l-elfejn sena storja tal-Knisja. Dawn id-dutturi juru li Alla qatt ma jitlaq lill-poplu tiegħu imma jibqa’ jieħu ħsiebu permezz ta’ nies li jdawluh matul it-triq li twassal għas-salvazzjoni. It-tema tal-konverżjoni tiddomina l-predikazzjoni ta’ Ġesù Kristu u tal-Knisja tiegħu. U hija din it-tema li l-iktar insibuha trattata minn seklu għall-ieħor, skont iċ-ċirkustanzi taż-żmien, fil-kitba tad-dutturi tal-Knisja. L-oriġini tal-għoti tat-titlu ‘Duttur tal-Knisja’ beda fl-1298, meta l-Papa Bonifazju VIII ddikjara erba’ teoloġi Latini tal-Knisja bħala dutturi. Dawn kienu San Ambroġ (340-397), Santu Wistin (354-430), San Ġilormu (347-420) u San Girgor il-Kbir (540-604). Meta nħarsu mill-qrib lejn dawn id-dutturi, mill-ewwel nintlaqtu bl-għerf tagħhom li jimla volumi sħaħ ta’ kitba. Ibda mis-seklu 4 w.K bit-duttur Grieg Atanasju ta’ Lixandra sad-duttura Karmelitana Skalza Tereża ta’ Lisieux fis-seklu 19, naraw kif ir-riflessjoni fuq il-fidi Nisranija ġiet mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra b’lingwaġġ u bi stili ta’ kitba differenti biex tasal għand il-Poplu t’Alla biex iddawlu fil-mixja tiegħu lejn Alla. Matul is-sekli, id-dutturi tal-Knisja esprimew u żviluppaw l-għarfien tagħhom fi Kristu bis-sehem ta’ xi wħud minnhom fl-ewwel Konċilji, dak ta’ Niċea I fit-325 w.K u ta’ Kalċedonja fl-451 w.K. Santu Wistin (354-430) u San Girgor il-Kbir (540-604) jispikkaw fl-għerf wara dawn il-Konċilji tal-bidu. Fiż-Żmien tan-Nofs niltaqgħu ma’ dutturi li 2 KNISJA 2000 n 129 għamlu sintesi teoloġika tat-tagħlim Nisrani. Hawn tajjeb li nsemmu lid-Dumnikan San Tumas t’Akwinu (1225-1274) u lill-Franġiskan San Bonaventura (1221-1274). Fost id-dutturi nsibu erba’ nisa li huma Hildegard ta’ Bingen (1098- 1179), Santa Katerina ta’ Siena (1347-1380), Santa Tereża ta’ Avila (1515-1582) u Santa Tereża ta’ Lisieux (1873-1897). Fil-kitbiet ta’ dawn id-dutturi nisa jispikka l-element femminili kif in-Nisrani jrid jgħix fi Kristu. Il-konverżjoni lejn Kristu titlob mid-dixxiplu li jkun f’għaqda dejjem mal-Knisja u raġġ ta’ dawl għad-dinja għax wara kollox din hija l-missjoni tal-Knisja f’kull żmien, li twelled lil Kristu Salvatur lil kull bniedem. U dan il-Knisja għamlitu u għadha tagħmlu permezz ta’ nisa u rġiel għorrief li huma l-qaddisin t’Alla. F’din il-ħarġa tal-Knisja 2000 għandkom issibu artikli li jixħtu dawl fuq il-kontribut li taw id-‘Dutturi tal-Knisja’ matul iż-żminijiet. Għalhekk il-kontribuzzjonijiet se jkunu: introduzzjoni ġenerali għad- Dutturi. Wara artikli fuq id-Dutturi Latini, id-Dutturi Griegi, id-Dutturi Franġiskani u d-Dutturi Nisa. Imbagħad kitba fuq tliet Dutturi minn tliet perjodi differenti u fl-aħħar insibu l-lectio magistralis li għamel Fr Joseph Ellul OP fl-għoti tal-Maġisteru fit-Teoloġija mill-Ordni Dumnikan. Ringrazzjament speċjali jmur għal Fr Jonathan Farrugia li hu lettur fl-Università ta’ Malta, għall-għajnuna esperta tiegħu f’din il-pubblikazzjoni. Niddedikaw din il-ħarġa lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kitbiet tal-għorrief tal-Knisja. Introduzzjoni għad-Dutturi tal-Knisja Fr Jonathan Farrugia Xi xhur ilu ħareġ il-volum 125 tas-sensiela “Knisja 2000” bl-isem ta’ Ħarsa lejn Missirijiet il-Knisja. Dan il-volum li għandkom f’idejkom issa, li jfittex li jagħti tagħrif dwar id-Dutturi tal-Knisja nistgħu ngħidu li huwa konsegwenza tal-volum li semmejt qabel. Ħafna nies ma jafux id-differenza bejn il-Missirijiet u d-Dutturi – forsi waħda mir-raġunijiet hi li numru sew mid-Dutturi jingħaddu fost il-Missirijiet ukoll. Il-għan ta’ din l-introduzzjoni huwa biex nuru xi ftit aħjar id-differenza ta’ bejniethom, u anke biex naraw min huma d-Dutturi kollha. L-ewwel differenza li għandna nsemmu hija li waqt li l-Missirijiet tal-Knisja huma għorrief insara marbuta ma’ epoka partikulari – dik tal-Knisja sas-seklu tmienja – id-Dutturi huma għorrief insara li jistgħu jkunu minn kull żmien; u filwaqt li n-numru tal-Missirijiet ma jistax jiżdied, dak tad-Dutturi minn żmien għal żmien jiżdied. Differenza notevoli oħra hija li t-titlu ta’ “Missier tal-Knisja” ingħata lill-individwi partikulari mit-tradizzjoni, ġeneralment minħabba l-erba’ kriterji li semmejna fl-introduzzjoni tal-volum 125; fl-ebda mument ma kien hemm xi dikjarazzjoni uffiċjali mill-Knisja li kittieb għandu jibda jitqies bħala “Missier.” Dan ma jgħoddx għad-Dutturi. It-titlu ta’ “Duttur” huwa titlu uffiċjali mogħti lil individwu mill-Papa bħala ġest ta’ rikonoxximent għall-kontribut straordinarju li l-persuna tkun tat fit-tifsir u l-interpretazzjoni tal-Iskrittura u fl-iżvilupp tad-Duttrina Nisranija. Waqt li t-titlu ta’ “Missier” ingħata lil kull min kiteb xi ħaġa fl-ewwel tmien sekli u żamm mal-ortodossija tal-fidi, anke jekk ma jkun qal xejn ġdid, dawk li jingħataw it-titlu ta’ “Duttur” iridu jkunu taw xi forma ta’ kontribut ġdid fl-għarfien u fl-esperjenza tal-fidi. Għal dan il-għan, mhix il-kwantità ta’ kitba li tgħodd, imma l-kwalità; hemm fil-fatt Dutturi li 4 KNISJA 2000 n 129 kitbu ftit ħafna,1 imma b’xi mod dak il-ftit għen biex jiġi magħruf aspett ieħor tal-mixja tan-nisrani fuq l-art lejn Alla. Ħaġa oħra li tajjeb li nsemmu, hija li waqt li l-Missirijiet setgħu jkunu biss irġiel, id-Dutturi jistgħu jkunu wkoll nisa; fil-fatt għandna fil-lista erba’ nisa li bil-kitbiet li ħallewlna fetħu toroq ġodda ta’ kif wieħed jista’ jgħix il-qdusija matul ħajtu fid-dinja. Semmejna li t-titlu ta’ “Duttur tal-Knisja” jingħata b’mod uffiċjali mill-Papa, u għalhekk hemm kriterji ċari li għandhom jiġu sodisfatti biex dan it-titlu jkun jista’ jingħata. Il-kriterji huma tlieta: a. l-ewwel nett iridu jkunu nies li l-qdusija tagħhom trid tkun tispikka, anke meta mqabbla mal-qdusija ta’ qaddisin oħrajn (insignis vitae sanctitatis); b. it-tieni jridu jkunu nies li jafu sewwa d-duttrina nisranija u li fir- riflessjonijiet tagħhom ikunu daħlu f’ċerta profondità eminens( doctrina); c. fl-aħħar iridu jkunu ħallew kitbiet li l-Knisja tista’ tipproponi bħala espressjoni tat-Tradizzjoni Kattolika awtentika li tagħti l-ħajja fl-ispirtu lil min jagħżel li jimxi magħha (ecclesiae declaratio). Mil-listi li se noffru f’din l-introduzzjoni, nifhmu li l-għarfien ta’ persuni bħala Dutturi tal-Knisja jieħu ħafna żmien. Insibu qaddisin li għexu kważi elfejn sena ilu li ġew dikjarati Dutturi ftit mijiet ta’ snin ilu, proprju għax il-kitbiet tagħhom kienu għadhom qed jiġu skoperti u studjati. Mill-banda l-oħra nsibu oħrajn li ma damux wisq biex ħadu dan it-titlu wara li ġew dikjarati qaddisin, proprju għax l-impatt li ħallew kitbiethom sa minn żmien ħajjithom kien wieħed notevoli ħafna. Fl-aħħar nett insibu kittieba li kellhom fama ta’ qdusija tant li ġew dikjarati qaddisin ftit xhur jew snin wara mewthom, imma li damu ma daħlu fil-lista tad-Dutturi għax kitbiethom ftit li xejn kienu ġew studjati. Il-lista kronoloġika tad-dutturi Sal-2019 il-Knisja tipproponielna lista ta’ 36 raġel u mara li ġejjin minn kull żmien fl-istorja tal-Kristjaneżmu. Kif għedna, fost dawn hemm erba’ nisa, u jissemmew ukoll erbgħa u għoxrin li nsibu referenzi għall-kitbiet tagħhom fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Fatt notevoli KNISJA 2000 n 129 5 huwa li dawn is-36 persuna kienu kollha jew saċerdoti jew monaċi jew reliġjużi; ma nsibux lajċi fost id-Dutturi!2 Fil-bidu għedna li fost id-Dutturi nsibu numru ta’ rġiel li jingħaddu fost il-Missirijiet tal-Knisja ukoll. Minn dawn hemm tmienja – erbgħa kittieba tal-Punent u erbgħa oħra kittieba tal-Lvant – li kienu kollha isqfijiet għajr wieħed u li baqgħu magħrufa wkoll bħala “l-Missirijiet Ekumeniċi” minħabba l-għarfien tagħhom fid-dinja nisranija kollha u mhux biss fl-artijiet fejn għexu.3 Dawn huma: 1. San Atanasju, patrijarka ta’ Lixandra (295-373) 2. San Bażilju l-Kbir, isqof ta’ Ċesarija (330-379) 3. San Girgor Nazjanzenu, patrijarka ta’ Kostantinopli (330-390) 4. San Ambroġ, isqof ta’ Milan (340-397) 5.

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    128 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us