KUN AF ID- DAKKARA TIEGĦEK KH-01-20-107-MT-N Naħla bagħlija tas-siġar Bombus hypnorum NAĦLA DAQS 11-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 66 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 38 MOBILITÀ 17 XEWKA 32 Naħla bagħlija komuni li ħafna drabi tinstab fil-parks u fil-ġonna. Tbejjet f’toqob fis-siġar u fil-bini u xi kultant anke fil-kaxex tal-għasafar. Il-bejta hija pjuttost kbira, b’reġina u 150 ħaddiem jew iktar. In-naħla ttir fir-rebbiegħa u tħobb iżżur siġar tal-frott, lampun u għadd ta’ pjanti selvaġġi. Bombus lapidarius Bombus lapidarius NAĦLA DAQS 12-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 100 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 50 MOBILITÀ 14 XEWKA 31 Din hija naħla bagħlija sewda kbira b’warrani oranġjo jgħajjat li jispikka. Hija komuni madwar il-parti l-kbira tal-Ewropa u postha huwa kemm fl-ibliet kif ukoll fil-kampanja fil-beraħ u fl-art agrikola. Il-bejtiet ħafna drabi jsiru f’toqob abbandunati mill-ġrieden. Hija viżitatur importanti għal ħafna uċuħ tar-raba’ u fjuri selvaġġi, u ttir matul ir-rebbiegħa u s-sajf. Naħla Bagħlija Bombus bohemicus NAĦLA DAQS 16-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 10 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 16 MOBILITÀ 12 XEWKA 30 Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-naħal bagħli jibnu l-kolonji tagħhom stess, in-naħal bagħli nisa għandhom mod makakk kif jirriproduċu. Huma ma jagħmlux bejta għalihom infushom iżda minflok jisirqu l-bejtiet tan-naħal bagħli ta' denbhom abjad. Din in-naħla qatt ma tiġbor għabra tad-dakra iżda żżur il-fjuri għan-nektar. Hemm 10 tipi differenti ta’ naħal bagħli fl-Ewropa. Naħla tar-raddi bojod Lasioglossum sexnotatum NAĦLA DAQS 8.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 57 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 25 MOBILITÀ 2 XEWKA 18 Speċi mhux komuni ta’ naħal li jbejtu taħt l-art, in-naħla tar-raddi bojod tgħix fis-sġajriet u fil-ġonna rurali, fir-raba', fix-xagħri, u anke f'art moxa. In-naħla tħaffer toqob fl-art biex tbejjet fihom u ttir matul ir-rebbiegħa u s-sajf biex iżżur bosta arbuxelli u siġar iffjuriti. Naħla ta’ saqajha sofor Andrena flavipes NAĦLA DAQS 9 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 96 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 41 MOBILITÀ 3 XEWKA 6 In-naħla ta’ saqajha sofor hija viżitatur ewlieni tas-siġar tal-frott fir-rebbiegħa u hija pollinatur mill-aqwa tat-tuffieħ. Dawn in-naħal spiss ibejtu fi bliet mimlija bin-naħal f'art moxa. B’differenza mill-biċċa l-kbira tan-naħal, għandha żewġ ġenerazzjonijiet kull sena u tidher fir-rebbiegħa u għal darb’oħra fis-sajf u għalhekk hija utli b’mod doppju għad- dakra tal-uċuħ tar-raba’ u tal-fjuri selvaġġi. Naħla tal-liedna Colletes hederae NAĦLA DAQS 10 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 30 MOBILITÀ 9 XEWKA 28 Wara li ġiet skoperta biss fl-1994, in-naħla tal-liedna issa hija waħda min-naħal li qed jinxterdu l-iktar malajr fid-dinja. In-naħla ttir fil-ħarifa u tiġbor l-għabra tad-dakra mil-liedna u hija dakkar ewlieni ta’ din il-pjanta. In-naħal jista' jbejjet f’għadd kbir fi bliet kbar tan-naħal, b’ħafna għexieren ta’ eluf ta’ bejtiet ippakkjati viċin xulxin. Naħla tal-qrun twil Eucera nigrescens NAĦLA DAQS 10.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 43 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 34 MOBILITÀ 9 XEWKA 24 Din in-naħla tinstab fil-parti l-kbira tal-Ewropa. Din in-naħla tieħu isimha mill-antenni twal ħafna tan-naħal irġiel. Il-mara tippreferi tiġbor l-għabra tad-dakra mill-fjuri tal-ġulbiena u membri oħra tal-familja tal-piżelli u tista’ tinstab fil-bwar u l-mergħat mimlijin bil-fjuri f’Mejju. Hemm numru ta’ speċijiet relatati ħafna magħha, speċjalment fiż-żona tal-Mediterran. Bomblu Iswed Xylocopa violacea NAĦLA DAQS 22 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 75 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 42 MOBILITÀ 15 XEWKA 27 Ġawhra li ttir – din in-naħla sewda kbira ħafna b’riflessi blu jgħajjat fuq il-ġwienaħ tagħha hija komuni f’ħafna partijiet tan-Nofsinhar tal-Ewropa. In-nisa jħaffru ġo njam mejjet sabiex jibnu l-bejtiet tagħhom. In-naħal idumu jgħixu bħala adulti u jistgħu jgħixu għal aktar minn sena. Huma magħrufa li jdakkru siġar tal-frott fir-rebbiegħa. Naħla tal-ġonna tal-frott Osmia cornuta NAĦLA DAQS 10.6 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 71 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 44 MOBILITÀ 7 XEWKA 25 Waħda min-naħal li jtiru kmieni kull sena hija n-naħla sabiħa tal-ġonna tal-frott, li ħafna drabi tkun diġà attiva mill-bidu ta’ Marzu. In-naħal ibejjet fit-toqob fl-injam u fil-ħitan, u juża wkoll zkuk niexef fil-ġonna u fil-ġonna tal-frott, u hija residenti komuni tal-lukandi tan-naħal. Huma dakkara importanti ta’ ħafna tipi ta’ siġar tal-frott. Naħla Bennejja Osmia spinulosa NAĦLA DAQS 6 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 23 MOBILITÀ 2 XEWKA 22 In-naħla bennejja hija naħla żgħira b’dar straordinarja – peress li dejjem tbejjet fil-qxur vojt tal-bebbux. Tippreferi postijiet sħan mimlija qxur tal-bebbux u fjuri tal-familja tal-margarita, minn fejn tiġbor l-għabra tad-dakra u n-nektar. Imqass tal-Weraq Megachile rotundata NAĦLA DAQS 10.3 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 45 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 36 MOBILITÀ 2 XEWKA 19 In-naħal Ewropea imqass tal-weraq tan-nifel hija dakkara eċċellenti tan-nifel, taz-zunnariji, ta' ħaxix ieħor, u ta' xi frott. Ġiet introdotta bħala dakkara kkontrollata f’ħafna partijiet tad-dinja sabiex tgħin lill-bdiewa. Kull mara tibni l-bejta tagħha stess f’siġar qodma jew f’toqob oħra biċ-ċelloli tal-bejta magħmula minn weraq maqtugħin. Qerd il-Bumunqar Nomada fucata NAĦLA DAQS 8.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 17 MOBILITÀ 1 XEWKA 10 Għalkemm tidher qisha żunżan, din l-ispeċi hija fir-realtà naħla. Hija tidħol bil-moħbi fil-bejtiet tan-naħla ta’ saqajha sofor ospitanti u tbid il-bajd tagħha fuq l-għabra tad-dakra li jkunu ġabru. Din ukoll għandha żewġ perjodi ta’ titjir kull sena. Minkejja li ma tiġborx għabra tad-dakra, dawn in-naħal xorta jżuru l-fjuri għan-nektar, u għalhekk jistgħu jaġixxu bħala dakkara. Naħla skura Melecta albifrons NAĦLA DAQS 11.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 20 MOBILITÀ 6 XEWKA 12 Din in-naħla kbira distintiva hija bulebbiet fil-bejtiet tan-naħla komuni tal-fjuri ta’ saqajha sufin, u, bħall-ospitanti tagħha, tista’ tinstab kemm fl-ibliet kif ukoll fil-kampanja usa’. L-irġiel u n-nisa huma simili ħafna għal xulxin u fir-rebbiegħa ssibhom iżuru diversi fjuri, purament għan-nektar. Żunżan ħanfusa Clytus arietis ĦANFUSA DAQS 10 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 24 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 19 MOBILITÀ 5 XEWKA 0 Il-kulur iswed u isfar ta’ din il-ħanfusa jipproteġiha mill-predaturi għaliex jagħtiha dehra ta' żunżana tax-xewka. Il-ħniex jgħixu fl-injam mejjet u l-adulti spiss tarahom fit-truf tal-boskijiet iżuru l-fjuri u jfittxu l-għabra tad-dakra u n-nektar. Farfett tax-Xewk Vanessa cardui FARFETT DAQS 29 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 14 MOBILITÀ 20 XEWKA 0 Insett sbejjaħ li jivvjaġġa sewwa, il-farfett tax-Xewk huwa farfett migranti fit-tul immarkat bi lwien jgħajtu li kull rebbiegħa jimxi lejn it-Tramuntana mill-artijiet xitwin tiegħu fl-Afrika ta’ Fuq. Ix-xgħat jieklu tfief u kultant qaqoċċ. Jinstab madwar id-dinja kollha. Farfett tal-Kaboċċi Pieris brassicae FARFETT DAQS 32 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 13 MOBILITÀ 20 XEWKA 0 Insett familjari, huwa komuni ħafna fil-ġonna u kull fejn jiġi mkabbra l-kaboċċi għall-ikel. Il-popolazzjonijiet jieħdu spinta permezz tal-migrazzjoni fuq medda twila kull sajf. Filwaqt li x-xgħat igerrmu l-kaboċċi u l-pastard, il-friefet adulti jħobbu jieklu l-pjanti bħall-arbuxell tal-farfett u l-lavanda. Farfett is-Sultan Charaxes jasius FARFETT DAQS 41 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 0 MOBILITÀ 12 XEWKA 0 Insett tal-għaġeb b’dieta ta' frott imħassar, huwa wieħed mill-akbar u mill-isbaħ friefet fl-Ewropa. Farfett is-Sultan huwa ristrett għall-art moxa tal-kosta tal-punent tal-Mediterran. Ix-xgħat jieklu l-weraq tax-xitla tal-frawli. L-adulti mhumiex dakkara tajbin, u jippreferu l-meraq tal-frott misjur milli l-fjuri. Farfett Ikħal Phengaris nausithous FARFETT DAQS 18-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 33 MOBILITÀ 4 XEWKA 0 Il-Farfett Ikħal huwa farfett rari li ġeneralment jinstab fil-mergħat niedja mhux maħsuda fejn tikber is-Sanguisorba officinalis. Ix-xgħat jipproduċu likwidu biz-zokkor li jattira n-nemel, li mbagħad iġorruhom fil-bejtiet tagħhom. Ix-xgħat jgħix fil-bejta tan-nemla sakemm il-farfett ifaqqas fl-eqqel tax-xhur sajfin. Dubbiena tal-Għasel Eristalis tenax DUBBIENA DAQS 13-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 39 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 20 MOBILITÀ 18 XEWKA 0 Forsi l-iktar dubbiena li ttir wieqfa komuni fl-Ewropa, ħafna drabi hija tiġi konfuża man-naħal tal-għasel għax tidher simili ħafna. In-numri fl-Ewropa tat-Tramuntana jistgħu jiżdiedu minħabba immigrazzjoni tal-massa. Il-larva hija magħrufa bħala d-dud tad-dubbien ta’ denbu tal-far u jiżviluppaw fl-għadajjar u l-fosos. Dubbiena tal-Bullar Episyrphus balteatus DUBBIENA DAQS 10 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 41 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 16 MOBILITÀ 20 XEWKA 0 Dubbiena żgħira li ttir wieqfa u komuni madwar l-Ewropa, id-dubbiena tal-bullar iżżur il-fjuri matul is-sena għall-għabra tad-dakra u n-nektar, iżda l-larva tiekol l-afidi. L-adulti jistgħu jemigraw f'numri kbar, u dan jista' jallarmja lin-nies minħabba li jixbħu liż-żnażan.
Details
-
File Typepdf
-
Upload Time-
-
Content LanguagesEnglish
-
Upload UserAnonymous/Not logged-in
-
File Pages43 Page
-
File Size-