Parlament Ewropew

Parlament Ewropew

PARLAMENT EWROPEW 2004 2009 Dokument ta' sessjoni FINALI A6-0150/2006 27.4.2006 RAPPORT dwar il-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (2004/2099(ACI)) Kumitat għall-Baġit Rapporteur: Reimer Böge MT 1/132MT PR_ACI_art120 WERREJ Page PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW......................................................4 ANNESS: FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW, IL- KUNSILL U L-KUMMISSJONI DWAR DIXXIPLINA GĦAL BAĠIT U AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA TAJBA............................................................................................................................9 NOTA SPJEGATTIVA ...........................................................................................................................29 ANNESSI GĦAN-NOTA SPJEGATTIVA ............................................................................................39 DOKUMENT TA' ĦIDMA NRU 1 DWAR IL-FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI DWAR ID- DIXXIPLINA BAĠITARJA U T-TITJIB TAL-PROĊEDURA BAĠITARJA .....................................40 DOKUMENT TA' ĦIDMA NRU 2 DWAR IL-PROPOSTI ĠODDA TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PROSPETTIVA FINANZJARJA 2007-2013: L-EWWEL KUMMENTI ........................................47 DOKUMENT TA' ĦIDMA NRU 3 DWAR PUNTI EWLENIN TAL-PE GĦAN-NEGOZJATI MAL- KUNSILL IBBAŻATI FUQ IL-POŻIZZJONI TA' NEGOZJATI TAL-PARLAMENT EWROPEW TAT-8 TA' ĠUNJU 2005 ........................................................................................................................59 DOKUMENT TA' ĦIDMA NRU 4 DWAR L-EWWEL REAZZJONI GĦALL-VERŻJONI RIVEDUTA TAL-FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI PROPOSTA MILL-KUMMISSJONI FL-1 TA' FRAR 2006 .......................................................................................................................................68 DOKUMENT TA' ĦIDMA NRU 5 DWAR IL-FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI DWAR IMMANIĠJAR FINANZJARJU SOD, RIFORMI TAQSIMA III - KUMMENTI TAR- RAPPORTEUR DWAR ID-DOKUMENT TA' ĦIDMA COM(2006)75 ..............................................73 DOKUMENT TA' ĦIDMA NRU 6 DWAR STRUMENTI FINANZJARJI ĠODDA - L-IRWOL TAL- GRUPP TAL-BANK EWROPEW GĦALL-INVESTIMENT ...............................................................78 DOKUMENT TA' ĦIDMA NRU 7 DWAR IL-FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI DWAR ID- DIXXIPLINA BAĠITARJA U L-IMMANIĠJAR FINANZJARJU SOD.............................................84 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARJIET BARRANIN.......................................................104 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP ...............................................................................107 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARJIET BARRANIN.......................................................109 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI ........................................................113 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BIEDJA U L-IŻVILUPP RURALI.........................................116 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD ..........................................................................................121 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI..........................................124 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN ..........129 PROĊEDURA .......................................................................................................................................132 MT 3/132MT PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW dwar il-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (2004/2099(ACI)) Il-Parlament Ewropew, – wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 272 tiegħu, – wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja1, u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha, – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 dwar l-Isfidi tal-Politika u l- Mezzi Baġitarji ta' l-Unjoni mkabbra 2007-20132, – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja3 – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-Prospettiva Finanzjarja u t-tiġdid tal-Ftehima Interistituzzjonali 2007- 20134 – wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni: Proposta għat-tiġdid tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja (COM(2004)0498), – wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni: Kontribuzzjoni għan-negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta għat-tiġdid tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja (COM(2006)0075), – wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni: Proposta riveduta għat-tiġdid tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal- proċedura baġitarja (COM(2006)0036), – wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tas-26 ta' Frar 2004 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Nibnu l-ġejjieni tagħna flimkien: L-Isfidi tal-Politika u l-Mezzi Baġitarji ta' l-Unjoni mkabbra 2007-2013" (COM(2004)0101) u dik ta' l-14 ta' Lulju 2004 bit-titolu "Prospettivi Finanzjarji 2007-2013" (COM(2004)0487), u d- dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2005 bit-titolu "Emendi tekniċi għall- proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013" 1 ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. Ftehima kif ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2005/708/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 14.10.2005, p. 24). 2 Testi Adottati, 8.6.2005, P6_TA-PROV(2005)0224. 3 Testi Adottati, 1.12.2005, P6_TA(2005)0453. 4 Testi Adottati, 18.1.2006, P6_TA(2006)0010. (SEC(2005)0494), – wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-linji gwida għall-proposti leġiżlattivi rigward il-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 li sar ftehim dwaru fit-18 ta' Ottubru 2005, – wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15-16 ta' Diċembru 2005 (CADREFIN 268), – wara li kkunsidra t-trijologi tat-23 ta' Jannar 2006, tal-21 ta' Frar 2006, tal-21 ta' Marzu 2006 u ta' l-4 ta' April 2006, – wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall- Affarjiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il- Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il- Ġustizzja u l-Intern (A6-0150/2006), A. billi, skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999, il-Kummissjoni bdiet il-proċess biex tipprepara l-Prospettiva Finanzjarja ġdida u l-Ftehima Interistituzzjonali ġdida billi ppreżentat proposti fl-10 ta' Frar u fl-14 ta' Lulju 2004, B. billi, wara li l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu għan-negozjati fit-8 ta' Ġunju 2005 u wara li ntlaħqet ftehima mill-Istati Membri f'Diċembru 2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta riveduta għall-Ftehima Interistituzzjonali ġdida u dokumenti tekniċi dwar l-impatt tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, u b'hekk ippermettiet li n-negozjati setgħu jibdew fuq bażi ġusta, C. billi l-Parlament kien determinat li jikseb qafas finanzjarju plurijennali sostenibbli li jirrifletti mezzi adegwati għar-rekwiżiti tal-politika għas-snin li ġejjin u strumenti xierqa u riformi li jtejbu l-implimentazzjoni, D. billi l-implimentazzjoni tal-programmi plurijennali sa l-ammont kollu tagħhom tiddependi minn konklużjoni f'waqtha b'mod preċiż tal-Ftehima Interistitzzjonali u tal-Perspettiva Finanzjarja, E. billi l-Parlament kien l-unika istituzzjoni li żviluppa strateġija ġenerali u li wettaq analiżi sħiħa u profonda tal-ħtiġijiet sabiex jidentifika l-prijoritajiet politiċi mqabbla mat-trattament tal-Kunsill ibbażat fuq limiti massimi u persentaġġi, 1. Ifakkar li, għall-ewwel darba minn kemm ilha teżisti l-Prospettiva Finananzjarja, il- Parlament iddelibera għal aktar minn tmien xhur fi ħdan kumitat temporanju li twaqqaf għal dan il-għan u adotta pożizzjoni ta' negozjati komprensiva bbażata fuq tliet pilastri bil-għan li: - iqabbel il-prijoritajiet politiċi u l-ħtiġijiet finanzjarji; MT 5/132MT - jimmodernizza l-istruttura baġitarja; - itejjeb il-kwalià ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-UE; 2. Ifakkar li hu m'aċċettax il-kunklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005 fil-forma attwali tagħhom, billi ma jipprovdux mezzi kwantitattivi u kwalitattivi lill-UE biex taffaċċja l-sfidi tal-ġejjieni, u talab lill-Kunsill sabiex jikseb mandat reali biex jinnegozja mal- Parlament; 3. Ifakkar fid-diżappunt tiegħu dwar il-mod kif intlaħaq il-ftehim fl-Unjoni Ewropea, billi interessi nazzjonali individwali saru l-punt ewlieni tan-negozjati, minflok l-għanijiet komuni Ewropej; 4. Jirrimarka li bosta drabi hu wera r-rieda tiegħu biex jidħol f'negozjati kostruttivi mal- Kunsill fuq bażi ta' pożizzjonijiet rispettivi bil-għan li jintlaħaq ftehim ibbażat fuq titjib kwantitattiv u kwalitattiv aċċettabbli fi żmien realistiku; 5. Iqis li l-ftehima li ntlaħqet mit-tliet istituzzjonijiet fl-4 ta' April 2006 kienet l-uniku kompromess possibbli li seta' jikseb il-Parlament, fi ħdan in-negozjati, għal Baġit plurijeannali bil-għan li jiggarantixxi l-kontinwità tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE, li jassigura mmaniġġjar finanzjarju sod tal-fondi ta' l-UE u li jżomm is-setgħat leġiżlattivi u baġitarji fil-perjodu ta' żmien li jmiss; 6.

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    132 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us