Il-Kullegg tal-Kardinali. Il-kullegg tal-kardinali huma l-kardinali kollha flimkien li huma dawk il-persuni li qeghdin biex jghinnu l-Papa fit-tmexxija tal-Knisja. Huma dawk ukoll li jaghzlu l-Papa l-gdid meta jkun hemm is-sede papali vakanti. Storikament il-kullegg tal-kardinali qabel kien jigbor fih il-kleru li kien jahdem f’Ruma u dejjem kien ikollhom dmirijiet klerikali fil-parrocci ta’ Ruma. Dan il- kullegg gie ffurmat fis-sena 1069 minhabba l-indhil sekulari fil-ghazla tal-mexxejja tal-Knisja. Fis- sena 1971 l-Papa Pawlu VI b’moto proprio stabilixxa li kardinali ta’ ‘l fuq minn tmenin sena ma ghandhom vot fl-elezzjoni tal-Papa. Il-kardinali huma dejjem maghzula mill-Papa attwali. Il-kadinali huma mill-erbat’irjieh tad-dinja u ghalhekk sejrin naraw ftit minn dawn li huma wkoll fil-possibilita li jkun il-Papa ta’ ghada. Ha nsemmghu biss xi kardinali li twieldu wara s-sena 1940.

Il-Kardinal li twieled fis-sena 1944 fit-Tanzanija u huwa l-Arcisqof ta’ Dar es salaam., Huwa gie ordnat sacerdot fis-sena 1971 u ghandu d-dottorat fit-teologija morali. Kien IL-Papa Gwanni Pawlu II li ghazlu bhala kardinal fis-sena 1998. Huwa jahdem fil-qasam tal- evangelizazzjoni, fid-duttrina tal-fidi u fid-djalogu inter-religjus.

Il-Kardinal Norberto Rivera Carrera mill-Messiku, li twieled fis-sena 1942. Ghandu ohtu li hija soru wkoll. Huwa studja f’Ruma fejn kiseb id-dottorat fit-teologija u gie ordnat sacerdot mill- Papa Pawlu VI fis-sena 1966. Fis-sena 1998 huwa gie maghzul bhala Kardinal mill-Papa Gwanni Pawlu II. Fi zmienu u bit-thabrik tieghu li gie kanonizzat fis-sena 2002, dan il-qaddis huwa maghruf ghad-dehra li kellu tal-Madonna ta’ Guadalupe. Huwa kien president tal-kumitat episkopali dwar il-kultura mis-sena 2004-2006. Huwa membru fil-kunsill pontificju dwar il- familja, kongregazzjoni tal-kleru u kongregazzjoni ghat-tifhir divin.

Il-Kardinal Wilfred Fox Napier ofm mill-Afrika ta’ Isfel li twieled fis-sena 1941 u huwa l-Arcisqof ta’ Durban fl-Afrika ta’ Isfel. Huwa wiehed mill-ahwa frangiskani li huwa kardinal. Gie ordnat sacerdot fis-sena 1970 u ghaxar snin wara lahaq Isqof ta’ Kokstad. Bhala motto episkopali huwa ghazel il-frazi frangiskana Pax Et Bonum (Paci u Gid). Huwa kien li sahaq fuq il-valuri tal- bniedem u li l-mard tal-aids fl-afrika jigi kontrollat bit-taghlim u bil-valuri nsara u umani. Huwa membru fil-kongregazzjonijiet tal-evangelizazzjoni, ghall-hajja konsagrata u hajja apostolika. Membru fil-kunsill pontificju tal-kultura u kunsill specjali ghall-Afrika.

Il-Kardinal Óscar Andrés Rodríguez Maradiaga S.D.B . mill-Honduras salesjan li twieled fis-sena 1942 u gie ordnat sacerdot fis-sena 1970. Huwa kiseb dottorat fit-teologija u diploma fil- psikologija u psikoterapija. Huwa ghallem il-chemistry u l-fizika u l-muzika f’diversi kulleggi tas- salezjani f’ El Savador, Honduras u Gwatemala. Fit-8 ta’ Jannar 1993 huwa lahaq Arcisqof ta’ Tegucigalpa. Fil-present huwa l-President tal-konferenza episkopali tal-Honduras u wkoll President tal-Caritas Internationalis. Fil-21 ta’ Frar 2001 gie maghzul bhala Kardinal mill-Papa Gwanni Pawlu II.

Il-Kardinal Juan Luis Cipriani Thorne mill-Peru li twieled fis-sena 1943 f’Lima. Huwa kien wiehed mill-aqwa laghba tal-basketball. Huwa studja l-inginerija industrijali u wkoll huwa membru tal- Opus Dei. Wara li ghamel zmien jahdem bhala inginier huwa dahal fis-seminarju u gie ordnat sacerdot fis-sena 1977 u ghandu d-dottorat fit-teologija. Huwa ghamel xoghol pastorali f’Lima u wkoll ghallem it-teologija. Huwa gie maghzul bhala kardinal bhal ta’ qablu fis-sena 2001. Huwa membru fil-kongregazzjoni ghall-qima divina, u anke ghall-kawzi tal-qaddisin u wkoll ghad- dixxiplina fejn jidhlu s-sagramenti.

Il-kardinal mill-Italja li twieled fis-sena 1941 f’Milan l-Italja. Kien attiv hafna fil- moviment tal-komunjoni u liberazzjoni. Huwa professor tat-teologija antropologika u anke jghallem il-kristologija fil-Unviersita pontificja Lateran f’Ruma. Fis-sena 2002 huwa lahaq Patrijarka ta’ Venezja u sentejn wara gie maghmul Kardinal. Membru fil-kongregazzjonijiet tal- kleru, qima divina u dixxiplina tas-sagramenti. Membru wkoll fil-kunsilli pontificji taz-zwigijiet, tal-lajci u tal-kultura. Jiehu hsieb wkoll l-ekonomija tal-Papa.

Il-Kardinal mill-Ghana twieled fis-sena 1948. Huwa gie ordnat sacerdot fis-sena 1975 u ghandu dottorat fl-Iskrittura. Huwa kien jiehu hsieb is-seminarju minuri u wara magguri tad-djocesi. Huwa gie maghzul bhala Kardinal fis-sena 2003 u huwa l-President tal-Kunsill Pontificju Gustizzja u Paci. Fost l-ohrajn huwa membru fil-kunsill pontificju ghall-ghaqda fost l- insara u wkoll fil-kumitat pontificju ghall-kungressi ewkaristici internazzjonali.

Il-Kardinal mill-Awstralja li twieled fis-sena 1941. Fis-sena 1966 gie ordnat sacerdot. Ghandu dottorat fil-filosija. Ghamel zmien bhala chairman tal-Caritas fl-Awstralja. Ghamel xi zmien ukoll bhala rettur fis-seminarju Corpus Christi. Huwa ghamel zmien ukoll vizitatur appostoliku ghas-seminarji nazzjonali u zar is-seminarji fost l-ohrajn ta’ New Zealand, Papa New Guinea, Solomon Islands. Fil-1996 gie maghzul bhala Arcisqof Metropolitan ta’ Melbourne, u wara ta’ Sydney. Fis-sena 2003 gie maghzul bhala Kardinal u huwa l-president tal- kumitat Vox Clara li jiehu hsieb it-translazzjoni ta’ testi liturgici.

Il-Kardinal Josip Bozanić li twieled fil-Kroazja fis-sena 1949. Huwa gie ordnat sacerdot fis-sena 1975 u ghandu licenzjat fit-telogija dommatika u fid-Dirittu Kanoniku. Fis-sena 1989 huwa sar Isqof. Fis-sena 2001 huwa gie maghzul bhala vici-president tal-kunsill tal-isqfijiet ewropej. Fisensa 1997 huwa gie maghzul bhal Arcisqof ta’ Zagreb u gie maghmul kardinal fis-sena 2003 u huwa membru fil-kunsill pontificju tal-lajci.

Il-Kardinal li twieled fis-sena 1950 ir-Rabat fil-Marokk u huwa l-Arcisqof ta Lyons Franza. Fis-sena 1977 huwa gie ordnat sacerdot. Huwa ghamel zmien bhala Kappillan f’parrocca u anke kien id-delegat djocesan ghall-ekumenizmu. Fis-sena 1998 lahaq Isqof u erba’ snin wara sar Arcisqof ta’ Lyon. Huwa l-Kancillier tal-Universita Kattolika f’Lyon. Huwa lahaq kardinal fil-koncistorju tas-sena 2003 u huwa membru fil-kongregazzjoni ghall-hajja konsagrata u istituti religjuzi.

Il-Kardinal P.S.S. membru fis-socjeta ta’ San Sulpice. Twieled fis-sena 1944 u kiseb il-licenzjat fil-filosofija u teologija u dottorat fit-teologija dommatika. Gie ordnat sacerdot fis- sena 1968. Fis-sena 2001 huwa gie ordnat Isqof mill-Papa Gwanni Pawlu II u sena wara gie maghmul Arcisqof metrolpolitan ta’ Quebec. Sena wara 2003 huwa kien maghzul bhala kardinal mill-istess Papa. Huwa membru fil-kongregazzjoni tal-kleru u tal-edukazzjoni kattolika.

Il-Kardinal Christoph Schönborn dumnikan. Twieled fi-sena 1945 fir-Repubblika Ceka. Gie ordnat fi-sena 1970 u kiseb il-licenzjat fit-teologija u dottorat fis-sena 1974 f’Parigi. Kien Kappillan tal-Universita ta’ Graz. Hadem hafna f’kummissjonijiet ta’ djalogu ma knejjes insara ohra. Ghal hames snin kien segretarju fil-kummissjoni li hadet hsieb thejji l-katekizmu tal-Knisja. Fil-1995 lahaq Arcisqof ta’ Vjenna u sena wara ghamel l-ezercizzi spiritwali tar-randan lill-Papa u lill-Kurja rumana, huwa kittieb gharef fil-kamp teologiku. Sar Kardinal fis-sena 1998 meta kellu 43 sena. Huwa membru fil-kongregazzjoni ghall-knejjes orjentali u ghall-kultura u wirt kulturali tal-Knisja.

Il-Kardinal Péter Erdő li twieled fis-sena 1952 f’Budapest l-Ungerija u gie ordnat sacerdot fis- sena 1975 u ghandu d-dottorat fit-teologija u d-Dirittu Kanoniku. Fis-sena 2002 huwa gie ordnat Arcisqof ta’ Budapest u l-primat tal-Ungerija. Huwa kittieb maghruf fil-kamp teologiku. Fis-sena 2006 huwa nhatar President tal-kunsill tal-konferenzi tal-isqfijiet ewropej (CCEE). Huwa kien proklamat Kardinal fis-sena 2003 u hu membru tal-kongregazzjoni ghall-edukazzjoni kattolika fost l-ohrajn.

Il-Kardinal Jorge Urosa li twieled fis-sena 1942 fil-Venezwela. Ordnat sacerdot fis-sena 1967 u ghandu d-dottorat fit-teologija. Fis-sena 1990 huwa gie maghzul bhala Arcisqof ta’ Valencia u fis-sena 2005 Papa Benedittu hatru bhala Arcisqof ta’ Caracas u sena wara proklamah bhala Kardinal. Huwa membru fil-kongregazzjoni tal-kleru u fil-kunsill pontificju tal-gustizzja u paci u fil-kummissjoni pontificja ghall-Amerika Latina.

Il-Kardinal Jean-Pierre Ricard li twieled f’Marsielle gewwa Franza fis-sena 1944, u ta’ 24 sena huwa gie ordnat sacerdot. Fis-sena 1993 huwa rcieva l-ordinazzjoni episkopali u tlett snin wara sar Isqof ta’ Montpellier. Fis-sena 2000 huwa zar il-Libanu biex jiltaqa’ mal-mexxejja religjuzi u civili ta’ hemmhekk. Huwa hadem hafna biex itejjeb ir-relazzjoni mal-lhud, u hadem ghal aktar koperazzjoni bejn il-Knisja fl-Afrika u Franza. Fis-sena 2003 ippublika ktieb bl-isem is-seba’ sfidi tal-Knisja. Huwa gie proklamat Kardinal mill-Papa presenti fis-sena 2006. Huwa membru fil- kummisjoni pontificja Ecclesia Dei.

Il-Kardinal Antonio Cañizares Llovera ta’ Spanja li twieled fis-sena 1945 u ordna sacerdot fis- sena 1970 u ghandu dottorat fit-teologija. Fil-bidu tal-appostolat tieghu kien kappillan u kien segretarju ghall-kummissjoni episkopali tad-duttrina tal-fidi. Fis-sena 1992 huwa gie mlahhaq Isqof ta’ Avila. Bhala Isqof huwa l-fundatur tal-Universita kattolika Santa Tereza ta’ Gesu f’Avila. Fis-sena 1996 huwa sar l-Arcisqof ta’ Granada, u fis-sena 2002 ta’ Toledo u Primat ta’ Spanja. Fis-sena 2008 huwa gie maghzul bhala l-Prefett tal-kongergazzjoni tal-qima divina. Fis-sena 2006 huwa gie maghzul bhala Kardinal.

Il-kardinal Seán Patrick O'Malley ofm.cap . li twieled fis-sena 1944 u gie ordnat sacerdot fis- sena 1970 u ghandu d-dottorat fil-letteratura spanjola u portugiza. L-arcidjocesi ta’ Washington kienet afdat f’idejh Il-komunita spanjola t’hemmhekk. Fis-sena 1984 sar Isqof ta’ Virgin Islands u jibqa msemmi ghax-xoghol siewi tieghu ma’ dawk li ma ghandhomx dar u ghad-dar li fetah ghal dawk morda bil-aids. Fis-sena 2002 huwa gie mahtur Isqof ta’ Palm Beach u fis-sena ta’wara sar l-Arcisqof ta’ Boston. Fis-sena 2006 gie maghzul bhala Kardinal. Huwa kappuccin u ghalhekk huwa membru fil- kongregazzjoni tal-hajja konsagrata.

Il-Kardinal André Vingt-Trois twieled fis-sena 1942 f’Parigi u ghandu dottorat fit-teologija morali. Fis-sena 1981 beda jservi bhala vigarju generali ta’ Parigi fejn ha hsieb b’mod specjali l- formazzjoni. Fis-sena 1988 huwa sar Isqof u fis-sena 1999 kien maghzul bhala Arcisqof ta’ Tours. Fis-sena 2005 sar Arcisqof ta’ Parigi u l-ordinarju ghall-kattolici tar-rit bizantin. Huwa gie proklamat Kardinal fis-sena 2007 u huwa membru fil-kunsill pontificju tal-familja.

Il-Kardinal twieled f’Bombay fis-sena 1944 u gie ordnat sacerdot fis-sena 1970 u ghandu d-dottorat fil-ligi kanonika. Fis-sena 200 huwa gie maghzul bhala Arcisqof ta’ Agra u sitt snin wara dik ta’ Bombay. Huwa hadem hafna fit-tribunal taz-zwigijiet u kien il-President tas-socjeta tal-ligi kanonika fl-Indja. Huwa bhalissa il-President tal-konferenza episkopali ta’ l- Indja. Huwa gie mahtur Kardinal fis-sena 2007.

Il-kardinal Daniel DiNardo twieled fl-Ohio fis-sena 1949 u gie ordnat sacerdot ta’ 28 sena. Fis- sena 1984 gie msejjah Ruma biex jahdem fil-kongregazzjoni pontificja tal-isqfijiet. Fis-sena 1998 huwa lahaq Isqof ta’ Sioux City u fis-sena 2006 huwa lahaq Arcisqof ta’ Galveston-Houston, fis- sena 2007 l-Papa Benedittu ghazlu bhala Kardinal. Huwa membru fil-kunsill pontificju ghall-kura pastorali tal-emigranti.

Il-Kardinal Jean-Louis Tauran li twieled fis-sena 1943 fi Franza u gie ordnat sacerdot fis-sena 1969 u fis-sena 1975 dahal fil-korp diplomatiku tas-Santa Sede u kien n-nunzju appostoliku tar- repubblika domenikana, u wara tal-Libanu. Fis-sena 2003 huwa gie nominat bhala l-arkivista u l- l-librar tal-Knisja Kattolika Rumana. Fis-sena 2007 huwa nhatar bhala l-President tal-kunsill pontificju inter-religjuz. Huwa gie proklamat Kardinal mill-Papa Gwanni Pawlu II fis-sena 2003. Huwa membru fl-amministrazzjoni u l-patrimonju tas-Santa Sede.

Il-kardinal twieled fl-Argentina fis-sena 1943 u huwa wild genituri emigranti minn Trento. Fis-sena 1997 huwa gie elett bhala Arcisqof titulari ta’ Cittanova u nunzju appostoliku tal-Venezwela, u wara ftit sar in-nunzju tal-Messiku. Bhala sostitut tas-segreterija tal-Istat kien hu li habbar il-mewt tal-Papa Gwanni Pawlu II, huwa kien ukoll li akkumpanja lil Papa fi vjaggi appostolici fosthom Malta peres li kien is-suttitut ghall-affarijiet generali. Il-Papa Benedittu XVI ghazlu bhala prefett ghall-kongregazzjoni tal-knejjes orjentali, u hatru bhala kardinal fis-sena 2007.

Il-Kardinal twieled fis-sena 1943 f’Sorano l-Italja u qaddes fis-sena 1968 u sena wara beda jahdem fil-kongregazzjoni tal-isqfijiet. Kien ukoll id-direttur spiritwali tas- seminarju ruman minuri u assistant kappillan fil-habs ta’ Regina Caeli. Ghal hdax il-sena kien kappillan gewwa Porto San Stefano u hemmhekk kienet zaritu Mother Theresa li maghha huwa kien tant vicin. Wara kien sar predient tac-centru nazzjonali ghall-vokazzjonijiet. Fis-sena 2005 huwa gie mahtur bhala vigarju tal-Istat tal-Vatikan. Huwa kien ukoll darba ghamel l-ezercizzi spiritwali tar-randan lill-Papa Gwanni Pawlu II. Fis-sena 2007 huwa gie maghzul bhala Kardinal.