Il-Juventin Newsletter

Il-Juventin Newsletter

Il-Juventin Newsletter Novembru 2016 - Frar 2017 Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) Triq Madre Maria Theresa Spinelli B i r k i r k a r a B K R 4 9 2 0 Werrej Aħbarijiet tal-Club ...................................................................... 3 Messaġġ mingħand il-President .................................................... 3 Messaġġ mingħand is-Segretarju Ġenerali .................................... 5 Kampanja Tesseramenti 2017/18 - Juventus Club DOC 'Vero Amore' (Malta 1975) ............................. 6 Tesserament Juventus DOC 2017/18 ............................................ 8 Biljetti għall-partiti ta' Juventus ................................................... 12 Tessera del Tifoso ........................................................................ 13 Tabella ġdida mal-faċċata tal-Club .............................................. 15 Avvenimenti importanti fil-ġimgħat li ġejjin ................................ 16 Survey bi premju .......................................................................... 22 Kun involut f’waħda minn l-akbar familji Juventini fid-Dinja ....... 24 Avvenimenti li seħħew f’dawn l-aħħar xhur ................................ 25 Tesseri tal-Juventus DOC 2016/17 ............................................... 32 Stqarrija tal-Club rigward it-tesseramenti DOC 2016/17 ............. 33 Premijiet mirbuħa matul il-partiti ta' Juventus ............................ 34 Servizzi offruti fil-website ............................................................ 37 Novembru 2016 - Frar 2017 1 Votazzjoni tal-'Man of the Match' ............................................... 38 Lukanda ewlenija u ċentrali għal min jitla' Turin ......................... 39 Merchandising tal-Club ................................................................ 40 Avviżi għall-membri ..................................................................... 41 Attivitajiet Sportivi tal-Club ......................................................... 42 Club Modern, Club Social ............................................................. 43 Il-Ħamsin Stilla Juventina ......................................................... 44 Juve News ................................................................................ 51 Riżultati 2016/17 ......................................................................... 51 Kumitat 2016/17 ...................................................................... 75 Club Sponsors .......................................................................... 77 Il-Juventin Magażin uffiċjali tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) Ko-Edituri Darren Micallef Pierre Bonavia Novembru 2016 - Frar 2017 2 Aħbarijiet tal-Club Messaġġ mingħand il-President Għeżież Membri, Illum qed niktbilkom sabiex f’isem sħabi tal-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) u f’ismi personali nirringrazzjakom tal-fiduċja li dejjem urejtu lejn il-Club. Dis-sena kellna rekord ta' 1031 membru DOC miktub fil-Club tagħna, ċifra li rarissimu missejna fis-snin li għaddew. Tajjeb ngħidu wkoll li matul l-aħħar tliet snin in-numru ta' membri miktuba ttriplika u dan żgur hu sinjal ta' fiduċja lejn il- ħidma tagħna. In-numri waħidhom ma jfissru xejn jekk ma nagħtux ħarsa lejn x’hemm warajhom. Kif għidt ittriplikajna n- numru tal-membri minkejja l-isfidi kbar tal-preżent. Għamilna għażliet kuraġġjużi bħal li noffru biljetti bi prezz facevalue, għażla li minn banda setgħet tfisser inqas dħul għal Club imma li fl-istess ħin uriet biċ-ċar prinċipju li aħna nħaddnu: il-Club qiegħed hemm biex jagħti servizz lill-membri, mhux biex ibigħ u jaqla'. F’dawn it-tliet snin ħdimna qatta' bla ħabel ħalli nattiraw membri ġodda lejn il-Club. Saħħaħna s- servizzi li tradizzjonalment dejjem offrejna u żidna affarijiet ġodda. Kburin li għat-tielet sena konsekuttiva se nkunu qed nagħtukom l-opportunità li tiltaqgħu ma’ eks-plejers ta' Juventus. Bqajna u se nibqgħu nżommu kuntatt magħkom kuljum mill-website u permezz tas-social media. Insomma, ħidma kbira u jkolli ngħid li rnexxilna nirħbu l-fiduċja tal-membri, kif fil-fatt jixhed in-numru ta' membri msiehba. Grazzi minn qalbna talli tibqgħu dejjem warajna u temmnu fina. Il-Club mhuwiex biss tal-Kumitat. Il- Club hu magħmul mill-membri kollha flimkien li jemmnu u jħaddnu prinċipji komuni. Intom il-qalb ta' dan il-Club u bil-parteċipazzjoni tagħkom tagħtu l-opportunità lill-Club biex jibqa' miexi ‘l quddiem. Flimkien, bl-għaqda u bil-ħbiberija nistgħu naslu tassew ‘il bogħod. Novembru 2016 - Frar 2017 3 Nagħlaq billi bħal dejjem nappella li kulmin għandu xi ilment jew suġġeriment dwar il-Club, għandu jagħmel kuntatt magħna. Il-feedback tagħkom ngħożżuh mitqlu deheb u jservi biex jagħtina d- direzzjoni tal-ħidma għas-snin li ġejin. Grazzi mill-qalb! Joseph Fenech President Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) Novembru 2016 - Frar 2017 4 Messaġġ mingħand is-Segretarju Ġenerali Għeżież Juventini, Nhar it-Tlieta 28 ta' Frar kien l-aħħar jum li fih stajna ndaħħlu lilkom il-membri tal-Club fil-familja Juventus DOC. Dan l-istaġun l-ammont ta' membri li għoġobhom jinkitbu f’din l-għadqa bi pjaċir rajnieh ikompli jikber fuq dak tas-sena l-oħra u issa li għandna n-numru finali fi jdejna nistgħu nħabbru li wasalna għan-numru sabiħ ta' 1031 membru DOC. Grazzi kbira mil-qalb għalhekk għandha tmur lilkom il-membri tal-fiduċja li għandkom fina li żgur mingħajrkom il-Club ma jkun xejn. Club li dejjem u se jibqa' jappella għall-għaqda fost il- Juventini Maltin u Għawdxin kollha. Inħeġġukom biex apparti li tkunu membri mal-Club, tkomplu tipparteċipaw għall-attivitajiet li norganizzaw u hawnhekk qiegħed nirreferi b’mod partikolari għall-Open Day fil-Club li sejra ssir nhar il- Ħadd 26 ta' Marzu mid-9.00 am il-quddiem kif ukoll għaż-żjara ta' Mark Iuliano u Nicola Amoruso li se jkunu preżenti għal ikla ġewwa l-lukanda Hilton nhar is-Sibt 8 ta' April. F’ismi u f’isem sħabi tal-Kumitat kollu mil-ġdid ngħidulkom GRAZZI u biex tkomplu ssegwuna. Joe Shields Segretarju Ġenerali Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) Novembru 2016 - Frar 2017 5 Kampanja Tesseramenti 2017/18 - Juventus Club DOC 'Vero Amore' (Malta 1975) Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) ħaseb biex għall-istaġun li jmiss ikompli bl-istess skema ta' sħubija mraħħsa u li tkun l-iktar waħda vantaġġjuża lokalment. Kull sħubija li qiegħda ssir minn wara l-1 ta' Marzu qiegħda tingħata s-sħubija għall-istaġun li jmiss 2017/18 ukoll. Id-dettalji tal-Kampanja Tesseramenti 2017/18 huma dawn: Sħubija mal-Club biss – Adult (18 – 64 sena ) – €25 – Youth (14 – 17 sena) – €15 – Elderly (65 sena +) – €5 – Child (0 – 13-il sena) – FREE – Family (2 Adulti + 1 Youth minimum) – 2 Adulti għal €25 kull persuna Kull zagħzugħ fil-kategorija Youth għal €10 Il-vantaġġi ta’ din l-iskema huma dawn • Żidna l-età tas-sħubija mal-Club b’xejn minn 9 snin sa 13-il sena. • Introduċejna l-iskema Family fejn kull wild fil-kategorija Youth (mingħajr ebda numru massimu jew restrizzjonijiet oħra) jgawdi minn €5 roħs fuq is-sħubija mal-Club. Novembru 2016 - Frar 2017 6 Sħubija mal-Club u Sħubija DOC – Adult (18 – 64 sena) – €40 – Youth (14 – 17 sena ) – €35 – Elderly (65 sena +) – €25 – Child (7 – 13-il sena ) – €16 – Family (2 Adulti + 1 Youth / Child minimum) – 2 Adulti għal €40 kull persuna Kull zagħzugħ fil-kategorija Youth għal €30 Tfal fil-kategorija Child għal €15 Il-vantaġġi ta' din l-iskema marbuta mad-DOC huma dawn • Kull Adult (18 – 64 sena) se jgawdi minn roħs ta' €5 għaliex qiegħdin nagħtu s-sħubija DOC għall- prezz speċjali ta' €15 minflok €20. • Fl-iskema Family, apparti lill-Adulti, qiegħdin nestendu din l-offerta wkoll għall-kull wild fil- kategorija Youth u Child (mingħajr ebda numru massimu jew restrizzjonijiet oħra) li se jkunu qiegħdin jieħdu d-DOC għall-prezz speċjali ta' €15 ukoll minflok €20 (Youth) jew €16 (Child). Novembru 2016 - Frar 2017 7 Tesserament Juventus DOC 2017/18 Id-DOC hija skema ta' sħubija direttament ma' Juventus fejn permezz tagħħa tkun tista' tinqeda biljett għall-partiti ta' Juventus tal-Kampjonat jew Champions League ġewwa l-Juventus Stadium għall-prezz face value mil-Club. Dawn ta' hawn taħt huma l-prezzijiet kif suppost huma tas-sħubija DOC izda l-Club tagħna qiegħed joffri rati iktar imraħħsa – Adult (14 –il sena +) – €20 – Child (7 – 13-il sena) – €16 – Child (0 – 6 snin) – Sħubija DOC mhux possibbli li ssir. Tfal f’din l-età jidħlu fil-Juventus Stadium b’xejn akkumpanjati minn adult u ma jkollhomx siġġu riservat. Bħalma tistgħu taraw allura l-ikbar vantaġġi li qiegħdin noffru huma marbutin mal-isħubija DOC. Filwaqt li nfakkrukom li ma' kull sħubija mal-Club jingħata rigal sabiħ ukoll, tistgħu tagħmlu s- sħubija tagħkom mil-kumdità tad-dar billi ssegwu dan il- link http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/ u tagħmlu l-ħlas permezz tal-PayPal. Sadanittant, l-uffiċju tal-Club jkun miftuħ kull nhar ta' Tlieta u Ħamis bejn is-6.30pm u 8pm. Il-Kumitat sħiħ jixtieq jirringrazzjakom tal-fiduċja kbira li turu f’dan il-Club fejn ta' kull sena qiegħed ikollna numri kbar ħafna. X'qiegħed tistenna sabiex tifforma parti minn dan il-Club glorjuż li wara li għalaq 40 sena lest għal aktar unuri? Għandna iktar sorpriżi maħsuba li l-MEMBRI BISS jkunu jistgħu jgawdu minnhom! Mela irkeb issa fuq il-karru tagħna u gawdi magħna! Novembru 2016 - Frar 2017 8 Minħabba l-fatt li qbiżna nofs l-istaġun, matul ix-xahar ta' Frar kollu offrejna s-sħubija mal-Club għall-kumplament ta' dan l-istaġun kif ukoll is-sħubija DOC għall-prezz komplessiv ta' €25 minflok €40. Nirringrazzjaw lil kull min ħa din

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    81 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us