Unuri U Għotjiet 2019 L-Ordni Nazzjonali Tal-Meritu

Unuri U Għotjiet 2019 L-Ordni Nazzjonali Tal-Meritu

UNURI U GĦOTJIET 2019 L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERITU KUMPANN KARMENU VELLA KOM Karmenu Vella li twieled iż-Żurrieq fl-1950 huwa gradwat bħala Perit mill- Università ta’ Malta u wara kiseb Master of Science in Tourism Management mill- Università ta’ Sheffield. Vella serva u kkontribwixxa fil-proċess demokratiku Malti għall- perjodu ta’ ’l fuq minn erbgħin sena. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1976 u baqa jiġi elett fl-elezzjonijiet sussegwenti għal disa’ darbiet konsekuttivi. Matul il-karriera politika tiegħu huwa nħatar Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Ministru għall- Industrija u darbtejn oħra bħala Ministru għat-Turiżmu. Karmenu Vella, ċeda s-siġġu parlamentari tiegħu fl-2014, wara li ġie nominat bħala Kummissarju Ewropew. Waqt li kien Kummissarju Ewropew responsabbli għall- Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd, Vella indirizza fost l-aktar kwistjonijiet ambjentali urġenti ta’ żminijietna u b’hekk għen biex itejjeb il-benesseri taċ-ċittadini u tal-pjaneta. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-Unjoni Ewropeja adottat u mplimentat fis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni għall- Ekonomija Ċirkolari, adottat regoli ġodda biex jitnaqqas l-użu ta’ prodotti single-use plastic, aġġornat il-leġiżlazzjoni tal-iskart kif ukoll żiedet l-azzjoni biex ittejjeb il- kwalità tal-arja madwar l-Ewropa kif ukoll għamlet progress biex twaqqaf it-tnaqqis tal-bijodiversità tal- Unjoni Ewropea. Matul il-mandat tiegħu, Karmenu Vella żviluppa wkoll rwol internazzjonali ewlieni għall-Unjoni Ewropeja fil-qasam tal-governanza tal-oċean, ippromwova l-Blue Economy b’żieda ta’ investiment u ħadem sabiex itejjeb s-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali tas-sajd fl-Ewropa u madwar id-dinja. UFFIĊJAL ONORARJU IL-PROF. JOVAN KURBALIJA UOM Il-Prof. Jovan Kurbalija għandu esperjenza professjonali u akkademika fil-liġi internazzjonali, fid-diplomazija, u fit-Teknoloġija Informatika. Huwa kien pijunier fil-qasam tad-diplomazija ċibernetika sa mill-1992, minn meta waqqaf l-Unità għat- Teknoloġija Informatika u d-Diplomazija fi ħdan l-Akkademja Mediterranja għall- Istudji Diplomatiċi f’Malta. Il-Prof. Kurbalija huwa d-Direttur Fundatur ta’ DiploFoundation u l-Kap tal- Pjattaforma għall-Internet ta’ Ġinevra. Id-DiploFoundation ilha għal aktar minn 15-il sena minn ta’ quddiem fi programmi ta’ riċerka u l-iżvilupp tal-kapaċità tat-teknoloġija diġitali bil-għan li tippromwovi l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu tat-Teknoloġija Informatika fil-qasam tad- diplomazija u r-relazzjonijiet internazzjonali. Taħt it- tmexxija tal- Prof. Kurbalija, u permezz tal-appoġġ ta’ Malta u l-Iżvizzera, din il- fondazzjoni progressivament stabbilixxiet ruħha bħala attur validu u importanti fix-xena internazzjonali bi rwol magħruf kemm għall- iżvilupp kif ukoll għat-tixrid ta’ ideat relatati mal-politika diġitali u l-governanza tal-Internet. Sa mill-1997, ir-riċerka u l-artikli tal-Prof. Kurbalija dwar id-diplomazija ċibernetika taw forma lill-argument dwar ir-riċerka u l-politika tal- impatt tal-Internet fuq id- diplomazija u r-relazzjonijiet internazzjonali. Il-Prof. Kurbalija jagħti lezzjonijiet dwar id-diplomazija elettronika u l-governanza tal-internet f’istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ taħriġ f’ħafna pajjiżi, inklużi l-Awstrija, il-Belġju, l-Iżvizzera, l-Istati Uniti u Malta. Il-PROF. RAYMOND MANGION MOM Raymond Mangion twieled il-Ħamrun fl-1959. Huwa kien l-awtur tal- iskritt ta’ programmi tar-rediffusion u tar-radju f’età żagħżugħa ħafna. Fl-1978, kien l-ewwel persuna fl-istorja tax-Xandir f’Malta li nieda sensiela dwar il-bliet u l-irħula Maltin kif ukoll dwar il-bijografija ta’ persunaġġi Maltin. Fl-1981, beda jdur Malta biex jiġbor il-memorja kollettiva tan-nazzjon Maltija u li issa tikkonsisti fil-konservazzjoni ta’ mijiet ta’ tifkiriet. Fl- istess sena assista lill- President ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Dr Anton Buttigieg fin-nisġa tal-ktieb awto- bijografiku: ‘Il-Minġel tal-Gwerra’. Fl-1997, Raymond wettaq riċerka intensiva fl-Arkivji ta’ Palermo, Sqallija, u rnexxielu jsib il-kopja tal-Kapitula u tal-Kostituzzjonijiet ta’ Apulus (1497) li kienu japplikaw għal Malta fl-aħħar taż-Żminijiet Nofsana. Fl-istess sena, bil-permess tal- Kamra tad-Deputati, għamel traskrizzjoni tal-Minuti tal-Ewwel Kunsill tal-Gvern Malti (1835- 1849). Huwa assikura l-konservazzjoni ta’ manuskritt ta’ importanza storika kbira. Raymond huwa gradwat fil-Liġi, fl-Istorja, fil-Patristika, fil-Lingwistika, fil- Letteratura kif ukoll fl-Istudji dwar il-Komunikazzjoni. Huwa ntagħżel mill- Università ta’ Malta biex jissokta bl-istudji tiegħu fl- Università ta’ Oxford, l- Ingilterra, mnejn kiseb it-tieni Dottorat fil-Liġi b’enfasi fuq l-Istorja tal-Leġislazzjoni. Huwa l-kittieb u l-editur ta’ diversi kotba u l-ewwel persuna li ppubblika ktieb komprensiv dwar l-Istorja tal-Leġiżlazzjoni f’Malta taħt l-Inglizi (1814-1964). Kien ukoll ta bidu għall-kodifikazzjoni tar-Rulings tal- Presidenti tal-Parlament Malti (1921-1964). Raymond Mangion huwa Professur tal-Liġi u tal-Istorja Legali fil- Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta. TONY ZAHRA MOM Tony Zahra li twieled f’Tas-Sliema fl-1945 huwa l-President tal- Assoċjazzjoni tal- Lukandi u Ristoranti Maltin (MHRA). Zahra huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-pijunieri fl-industrija tat- turiżmu f’Malta u matul il-karriera tiegħu kellu u mexxa numru ta’ kumpaniji tal-ivvjaġġar fl- Ingilterra u l-Olanda, kif ukoll lukandi u akkomodazzjonijet oħra f’ Malta. Ta’ 18-il sena huwa beda l-karriera tiegħu billi investa f’kumpanija tal- karozzi tal- kiri. Dan kien fi żmien li Malta kienet qed tkabbar l-industrija tat-turiżmu. Fl-1995 meta l-industrija tas-Servizzi Finanzjarji kienet għada fil-bidu, huwa waqqaf il- kumpanija Fexserv Financial Services, kumpanija li kienet tieħu ħsieb il-kambju barrani u trasferiment ta’ flus. Matul is-snin din l-attività fil-qasam tas-servizzi finanzjarji ġiet estiża biex tinkludi Fund Management, Fund Administration u aktar riċenti Pensjonijiet. Zahra kellu wkoll interessi fil-manifattura u kien Viċi President tal- Federazzjoni tal- Industriji matul il-perjodu 1981 – 1984. Fl-1976, Tony inħatar Direttur fuq il-Bord tal-Malta Development Corporation, illum magħrufa bħala l-Malta Enterprise. Kien ukoll Direttur fil- Malta International Airport li dak iż-żmien kienet tal-Gvern, Direttur fl-Airmalta, Chairman tal-Malta Industrial Parks Ltd u aktar riċenti membru fil-bord konsultattiv tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali. Huwa wkoll membru fundatur tal-Mediterranean Tourism Foundation, li jaħdem biex jgħaqqad il-partijiet interessati mill-pajjiżi tal-Mediterran biex jikkoperaw fil-qasam tat- Turiżmu. Fl-1994, Tony Zahra inħatar bħala Konslu Ġenerali Onorarju għar- Repubblika tal- Litwanja. Tony huwa l-President tal-Malta Tourism Foundation u parti mill-Lisa Maria Foundation, fondazzjoni mhux governattiva u li taħdem mingħajr qligħ li twaqqfet bl-għan li tissalvagwardja tfal u żgħażagħ mill-perikli. MEMBRU ONORARJU IL-PROF. JOSEPH A BUTTIGIEG MOM (WARA MEWTU) Imwieled Il-Ħamrun fl-1947, il-Professur Joseph A. Buttigieg studja ġewwa l- Università ta’ Malta u kiseb ukoll post-graduate degree, B.Phil mill-Kulleġġ Heythrop ġewwa Oxford. Wara kien emigra lejn l-Istati Uniti sabiex ikompli għad-dottorat fl- Ingliż fl-iState University ta’ New York fejn, fl-1976, kiseb Ph.D b’dissertazzjoni fuq l-estetika tan-novella ‘A Portrait of the Artist as a Young Man’ ta’ James Joyce. Fl- istess sena huwa mar Las Cruces fi New Mexico fejn beda jgħallem ġewwa Università tal-Istat ta’ New Mexico. Fl-1979 huwa ħa ċittadinanza Amerikana. Buttigieg speċjalizza fil-letteratura u teorija Ewropeja moderna fejn ippublika diversi artikli, komponimenti u kotba. Huwa ttraduċa u editja t-tliet volumi tal-verżjoni Ingliża ‘Prison Notebooks’ ta’ Antonio Gramsci. Huwa kien ukoll membru fundatur u President tal- International Gramsci Society. Fl-Università ta’ Notre Dame ġewwa l-Indiana, Buttigieg okkupa diversi rwoli kemm amministrattivi kif ukoll ta’ tmexxija, fosthom kien President tad-Dipartiment tal- Ingliż, Direttur tal-London Program u Direttur tal-Hesburgh-Yusko Scholars Program fejn assista fost l-aktar student promittenti tal-Kulleġġ, b’enfasi fuq servizz u tmexxija. Il-MIDALJA GĦALL-QADI TAR-REPUBBLIKA ANTHONY BEZZINA MQR Anthony Bezzina twieled ir-Raħal Ġdid fl-1948. Huwa imprenditur magħruf u kkunsidrat bħala wieħed mill-pijunieri fil-qasam marittimu lokali. Huwa wkoll rispettat ħafna fil-lokalità tiegħu għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-qasam soċjali u filantropiku. Wara li temm l-istudji tiegħu, Bezzina ingħaqad ma’ missieru fin- negozju tal-familja. Minkejja l-età żgħira li kellu huwa wera inizjattiva u maturità li għenitu biex avvanza fil-karriera, fejn preżentement qed jokkupa l-pożizjoni ta’ Direttur tal-kumpaniji li jagħmlu parti minn Bezzina Group. Dan il-Grupp jikkonsisti minn 4 kumpaniji, Salv Bezzina and Sons Ltd, Bezzina Maritime Services Ltd, Bezzina Ship Repair Yard u Bezzina Steel Fabrications Ltd. Għal dawn l-aħħar 38 sena, Anthony Bezzina kien ukoll il-President tal- Hibernians FC. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Hibernians FC waqfu nursery tal-futbol fejn tfal mill- lokalità u l-viċinanzi setgħu jtejbu l-ħiliet tekniċi fil-futbol f’ambjent strutturat u sikur. DUN ĠANMARI CAUCHI MQR Kan. John Mary Cauchi, jew kif inhu aktar magħruf, Dun Ġanmari Cauchi, twieled fl-1942 ġewwa l-Għarb, Għawdex. Fis sena 1963, meta kellu 21 sena kien mar il- Brażil sabiex ikompli l-istudjI tiegħu fuq it- teoloġija. Dun Ġanmari Cauchi ġie ordnat qassis mill-Arcisqof José Maria Pires fid-djoċesi ta’ Paraiba ġewwa l-Brażil fl-1967, fejn baqa’ jaħdem hemm bħala qassis għal madwar 50 sena. Huwa kien kappillan ta’ diversi parroċċi u kien jgħin lill-bdiewa permezz ta’ organizazzjoni tal-Knisja Kattolika Brażiljana msejħa Land Pastoral Commission. Din kienet tagħti għajnuna lill-bdiewa foqra sabiex jakkwistaw l-art li, xi drabi, kienu jkunu ilhom jgħixu fiha. Il-ħidma tiegħu mhux dejjem kienet aċċettata speċjalment mis-sidien tal-artijiet fejn kemm-il darba kien mhedded, saħansitra b’arma tan-nar. Meta għalaq 75 sena u kien ilu 50 sena qassis ġewwa l-Brazil, huwa ddeċieda li jirritorna lura lejn il-gżira Għawdxija fejn għadu jagħti s-servizz tiegħu fis-Santwarju Ta’ Pinu u d-Dar tal-Anzjani ta’ Pompej sal-ġurnata tal-lum.

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    16 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us