Naħla Bagħlija Tas-Siġar Bombus Hypnorum

Naħla Bagħlija Tas-Siġar Bombus Hypnorum

ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 1 23-06-20 14:36:17 Naħla bagħlija tas-siġar Bombus hypnorum NAĦLA DAQS 11-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 66 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 38 MOBILITÀ 17 XEWKA 32 Naħla bagħlija komuni li ħafna drabi tinstab fil-parks u fil-ġonna. Tbejjet f’toqob fis-siġar u fil-bini u xi kultant anke fil-kaxex tal-għasafar. Il-bejta hija pjuttost kbira, b’reġina u 150 ħaddiem jew iktar. In-naħla ttir fir-rebbiegħa u tħobb iżżur siġar tal-frott, lampun u għadd ta’ pjanti selvaġġi. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 2 23-06-20 14:36:28 Bombus lapidarius Bombus lapidarius NAĦLA DAQS 12-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 100 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 50 MOBILITÀ 14 XEWKA 31 Din hija naħla bagħlija sewda kbira b’warrani oranġjo jgħajjat li jispikka. Hija komuni madwar il-parti l-kbira tal-Ewropa u postha huwa kemm fl-ibliet kif ukoll fil-kampanja fil-beraħ u fl-art agrikola. Il-bejtiet ħafna drabi jsiru f’toqob abbandunati mill-ġrieden. Hija viżitatur importanti għal ħafna uċuħ tar-raba’ u fjuri selvaġġi, u ttir matul ir-rebbiegħa u s-sajf. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 3 23-06-20 14:36:30 Naħla Bagħlija Bombus bohemicus NAĦLA DAQS 16-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 10 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 16 MOBILITÀ 12 XEWKA 30 Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-naħal bagħli jibnu l-kolonji tagħhom stess, in-naħal bagħli nisa għandhom mod makakk kif jirriproduċu. Huma ma jagħmlux bejta għalihom infushom iżda minflok jisirqu l-bejtiet tan-naħal bagħli ta' denbhom abjad. Din in-naħla qatt ma tiġbor għabra tad-dakra iżda żżur il-fjuri għan-nektar. Hemm 10 tipi differenti ta’ naħal bagħli fl-Ewropa. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 4 23-06-20 14:36:34 Naħla tar-raddi bojod Lasioglossum sexnotatum NAĦLA DAQS 8.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 57 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 25 MOBILITÀ 2 XEWKA 18 Speċi mhux komuni ta’ naħal li jbejtu taħt l-art, in-naħla tar-raddi bojod tgħix fis-sġajriet u fil-ġonna rurali, fir-raba', fix-xagħri, u anke f'art moxa. In-naħla tħaffer toqob fl-art biex tbejjet fihom u ttir matul ir-rebbiegħa u s-sajf biex iżżur bosta arbuxelli u siġar iffjuriti. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 5 23-06-20 14:36:36 Naħla ta’ saqajha sofor Andrena flavipes NAĦLA DAQS 9 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 96 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 41 MOBILITÀ 3 XEWKA 6 In-naħla ta’ saqajha sofor hija viżitatur ewlieni tas-siġar tal-frott fir-rebbiegħa u hija pollinatur mill-aqwa tat-tuffieħ. Dawn in-naħal spiss ibejtu fi bliet mimlija bin-naħal f'art moxa. B’differenza mill-biċċa l-kbira tan-naħal, għandha żewġ ġenerazzjonijiet kull sena u tidher fir-rebbiegħa u għal darb’oħra fis-sajf u għalhekk hija utli b’mod doppju għad- dakra tal-uċuħ tar-raba’ u tal-fjuri selvaġġi. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 6 23-06-20 14:36:38 Naħla tal-liedna Colletes hederae NAĦLA DAQS 10 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 30 MOBILITÀ 9 XEWKA 28 Wara li ġiet skoperta biss fl-1994, in-naħla tal-liedna issa hija waħda min-naħal li qed jinxterdu l-iktar malajr fid-dinja. In-naħla ttir fil-ħarifa u tiġbor l-għabra tad-dakra mil-liedna u hija dakkar ewlieni ta’ din il-pjanta. In-naħal jista' jbejjet f’għadd kbir fi bliet kbar tan-naħal, b’ħafna għexieren ta’ eluf ta’ bejtiet ippakkjati viċin xulxin. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 7 23-06-20 14:36:40 Naħla tal-qrun twil Eucera nigrescens NAĦLA DAQS 10.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 43 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 34 MOBILITÀ 9 XEWKA 24 Din in-naħla tinstab fil-parti l-kbira tal-Ewropa. Din in-naħla tieħu isimha mill-antenni twal ħafna tan-naħal irġiel. Il-mara tippreferi tiġbor l-għabra tad-dakra mill-fjuri tal-ġulbiena u membri oħra tal-familja tal-piżelli u tista’ tinstab fil-bwar u l-mergħat mimlijin bil-fjuri f’Mejju. Hemm numru ta’ speċijiet relatati ħafna magħha, speċjalment fiż-żona tal-Mediterran. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 8 23-06-20 14:36:43 Bomblu Iswed Xylocopa violacea NAĦLA DAQS 22 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 75 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 42 MOBILITÀ 15 XEWKA 27 Ġawhra li ttir – din in-naħla sewda kbira ħafna b’riflessi blu jgħajjat fuq il-ġwienaħ tagħha hija komuni f’ħafna partijiet tan-Nofsinhar tal-Ewropa. In-nisa jħaffru ġo njam mejjet sabiex jibnu l-bejtiet tagħhom. In-naħal idumu jgħixu bħala adulti u jistgħu jgħixu għal aktar minn sena. Huma magħrufa li jdakkru siġar tal-frott fir-rebbiegħa. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 9 23-06-20 14:36:45 Naħla tal-ġonna tal-frott Osmia cornuta NAĦLA DAQS 10.6 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 71 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 44 MOBILITÀ 7 XEWKA 25 Waħda min-naħal li jtiru kmieni kull sena hija n-naħla sabiħa tal-ġonna tal-frott, li ħafna drabi tkun diġà attiva mill-bidu ta’ Marzu. In-naħal ibejjet fit-toqob fl-injam u fil-ħitan, u juża wkoll zkuk niexef fil-ġonna u fil-ġonna tal-frott, u hija residenti komuni tal-lukandi tan-naħal. Huma dakkara importanti ta’ ħafna tipi ta’ siġar tal-frott. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 10 23-06-20 14:36:49 Naħla Bennejja Osmia spinulosa NAĦLA DAQS 6 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 23 MOBILITÀ 2 XEWKA 22 In-naħla bennejja hija naħla żgħira b’dar straordinarja – peress li dejjem tbejjet fil-qxur vojt tal-bebbux. Tippreferi postijiet sħan mimlija qxur tal-bebbux u fjuri tal-familja tal-margarita, minn fejn tiġbor l-għabra tad-dakra u n-nektar. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 11 23-06-20 14:36:52 Imqass tal-Weraq Megachile rotundata NAĦLA DAQS 10.3 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 45 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 36 MOBILITÀ 2 XEWKA 19 In-naħal Ewropea imqass tal-weraq tan-nifel hija dakkara eċċellenti tan-nifel, taz-zunnariji, ta' ħaxix ieħor, u ta' xi frott. Ġiet introdotta bħala dakkara kkontrollata f’ħafna partijiet tad-dinja sabiex tgħin lill-bdiewa. Kull mara tibni l-bejta tagħha stess f’siġar qodma jew f’toqob oħra biċ-ċelloli tal-bejta magħmula minn weraq maqtugħin. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 12 23-06-20 14:36:55 Qerd il-Bumunqar Nomada fucata NAĦLA DAQS 8.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 17 MOBILITÀ 1 XEWKA 10 Għalkemm tidher qisha żunżan, din l-ispeċi hija fir-realtà naħla. Hija tidħol bil-moħbi fil-bejtiet tan-naħla ta’ saqajha sofor ospitanti u tbid il-bajd tagħha fuq l-għabra tad-dakra li jkunu ġabru. Din ukoll għandha żewġ perjodi ta’ titjir kull sena. Minkejja li ma tiġborx għabra tad-dakra, dawn in-naħal xorta jżuru l-fjuri għan-nektar, u għalhekk jistgħu jaġixxu bħala dakkara. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 13 23-06-20 14:36:58 Naħla skura Melecta albifrons NAĦLA DAQS 11.5 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 20 MOBILITÀ 6 XEWKA 12 Din in-naħla kbira distintiva hija bulebbiet fil-bejtiet tan-naħla komuni tal-fjuri ta’ saqajha sufin, u, bħall-ospitanti tagħha, tista’ tinstab kemm fl-ibliet kif ukoll fil-kampanja usa’. L-irġiel u n-nisa huma simili ħafna għal xulxin u fir-rebbiegħa ssibhom iżuru diversi fjuri, purament għan-nektar. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 14 23-06-20 14:37:03 Żunżan ħanfusa Clytus arietis ĦANFUSA DAQS 10 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 24 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 19 MOBILITÀ 5 XEWKA 0 Il-kulur iswed u isfar ta’ din il-ħanfusa jipproteġiha mill-predaturi għaliex jagħtiha dehra ta' żunżana tax-xewka. Il-ħniex jgħixu fl-injam mejjet u l-adulti spiss tarahom fit-truf tal-boskijiet iżuru l-fjuri u jfittxu l-għabra tad-dakra u n-nektar. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 15 23-06-20 14:37:08 Farfett tax-Xewk Vanessa cardui FARFETT DAQS 29 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 14 MOBILITÀ 20 XEWKA 0 Insett sbejjaħ li jivvjaġġa sewwa, il-farfett tax-Xewk huwa farfett migranti fit-tul immarkat bi lwien jgħajtu li kull rebbiegħa jimxi lejn it-Tramuntana mill-artijiet xitwin tiegħu fl-Afrika ta’ Fuq. Ix-xgħat jieklu tfief u kultant qaqoċċ. Jinstab madwar id-dinja kollha. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 16 23-06-20 14:37:11 Farfett tal-Kaboċċi Pieris brassicae FARFETT DAQS 32 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 13 MOBILITÀ 20 XEWKA 0 Insett familjari, huwa komuni ħafna fil-ġonna u kull fejn jiġi mkabbra l-kaboċċi għall-ikel. Il-popolazzjonijiet jieħdu spinta permezz tal-migrazzjoni fuq medda twila kull sajf. Filwaqt li x-xgħat igerrmu l-kaboċċi u l-pastard, il-friefet adulti jħobbu jieklu l-pjanti bħall-arbuxell tal-farfett u l-lavanda. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 17 23-06-20 14:37:15 Farfett is-Sultan Charaxes jasius FARFETT DAQS 41 mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 0 MOBILITÀ 12 XEWKA 0 Insett tal-għaġeb b’dieta ta' frott imħassar, huwa wieħed mill-akbar u mill-isbaħ friefet fl-Ewropa. Farfett is-Sultan huwa ristrett għall-art moxa tal-kosta tal-punent tal-Mediterran. Ix-xgħat jieklu l-weraq tax-xitla tal-frawli. L-adulti mhumiex dakkara tajbin, u jippreferu l-meraq tal-frott misjur milli l-fjuri. ENV-19-006_card_insects_MT_final.indd 18 23-06-20 14:37:18 Farfett Ikħal Phengaris nausithous FARFETT DAQS 18-IL mm KONTRIBUZZJONI GĦALL-IKEL 0 IMPORTANZA GĦALL-FJURI SELVAĠĠI 33 MOBILITÀ 4 XEWKA 0 Il-Farfett Ikħal huwa farfett rari li ġeneralment jinstab fil-mergħat niedja mhux maħsuda fejn tikber is-Sanguisorba officinalis.

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    34 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us