
L 279/56 MT Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 28.10.2017 DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1969 tas-27 ta' Ottubru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 7317) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil- kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbi­ liment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l- Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). (2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill- awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE iridu jinkludu tal-inqas iż- żoni mniżżlin bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. (3) Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bosta drabi sabiex tqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stipulati r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jippreżentaw riskju baxx ħafna għat-tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti oħra tat-tjur. (4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet ukoll sussegwentement emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard li japplikaw meta jkun hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 issa tistipula l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat tal- influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u t-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Id-Deċiżjoni ta' Implimen­ tazzjoni (UE) 2017/247 issa tistabbilixxi wkoll regoli għad-dispaċċ ta' tjur ħajjin, ta' flieles ta' ġurnata u bajd għat- tifqis miż-żoni ristretti oħra lejn Stati Membri oħra, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. (1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. (2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. (3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62). (4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16). (5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80). (6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26). 28.10.2017 MT Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 279/57 (5) Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat bosta drabi sabiex iqis il-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id- Direttiva 2005/94/KE. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1930 (1), wara n-notifika tal-Italja u tal-Bulgarija dwar tifqigħat oħra tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawn iż-żewġ Stati Membri. L-Italja nnotifikat lill- Kummissjoni dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur fir- reġjuni tal-Lombardia, tal-Veneto u tal-Emilia Romagna, u dwar it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni, żoni ta' sorveljanza u żoni ristretti oħrajn minn dak l-Istat Membru madwar l-azjendi tat-tjur infettati skont id-Direttiva 2005/94/KE. Il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas- sottotip H5N8 f'azjenda fejn jinżammu l-papri fir-reġjun ta' Dobrich, u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda agrikola infettata skont id-Direttiva 2005/94/KE. (6) Mid-data minn meta ġiet emendata l-aħħar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1930, l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur, li jinsabu fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto ta' dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Bulgarija għarrfet lill-Kummissjoni dwar tifqigħa oħra tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda tat-tjur li tinsab fir-reġjun ta' Haskovo ta' dak l-Istat Membru. (7) L-Italja u l-Bulgarija għarrfu wkoll lill-Kummissjoni li huma ħadu l-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħu dawn it-tifqigħat riċenti, inkluż l-istabbiliment taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati kollha. (8) Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadu l-Bulgarija u l-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija u tal-Italja, qegħdin 'il bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda tat-tjur li fiha kienet ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġe­ niċità għolja tas-sottotip H5N8. (9) Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Bulgarija u mal-Italja, jiġu deskritti malajr, fil- livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija u fl-Italja, skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Bulgarija u għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata f'dawk iż-żewġ Stati Membri b'rabta ma' din il- marda. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-entrati l-ġodda għaż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fir-reġjun ta' Haskovo fil-Bulgarija, u fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto fl-Italja, li issa huma soġġetti għal restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE, jiżdiedu mal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. (10) Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex din tkun tinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil- Bulgarija u fl-Italja, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk iż-żewġ Stati Membri, u t-tul tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. (11) Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. (12) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. (1) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1930 tal-20 ta' Ottubru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 18). L 279/58 MT Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 28.10.2017 Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2017.
Details
-
File Typepdf
-
Upload Time-
-
Content LanguagesEnglish
-
Upload UserAnonymous/Not logged-in
-
File Pages9 Page
-
File Size-