Bord Ta' Inkjesta- Daphne Caruana Galizia

Bord Ta' Inkjesta- Daphne Caruana Galizia

Werrej Daħla .................................................................................................................... 3 Taqsima I - Preliminari ......................................................................................... 7 Taqsima II – Osservazzjonijiet Ġenerali ............................................................. 23 Kap 1 Dwar in-natura u l-limiti tat-termini ta’ referenza ..................................... 25 Kap 2 Il-provi rilevanti għall-Inkjesta.................................................................... 53 Kap 3 Il-valur tal-ġurnaliżmu investigattiv f’demokrazija parteċipattiva ............. 61 Kap 4 Kultura ta’ Impunità u l-Poter .................................................................... 89 Kap 5 Stil ta’ tmexxija li iffavorixxa l-impunità ................................................... 114 Kap 6 L-eżerċizzju tal-poter u l-assassinju .......................................................... 147 Kap 7 Mill-pubblikazzjoni tal-Panama Papers u wara Jeskala l-livell ta’ riskju 185 Taqsima III L-ewwel terminu ta’ referenza ........................................................................ 231 Taqsima IV It-tieni terminu ta’ referenza ........................................................................... 261 Taqsima V It-Tielet terminu ta’ referenza ......................................................................... 322 Taqsima VI Konklużjonijiet ................................................................................................. 387 Taqsima VII Rakkomandazzjonijiet ...................................................................................... 419 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Daħla Paġna 3 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Daħla Illum 29 ta’ Lulju 2021 Permezz ta’ ittra datata 19 ta’ Novembru 2019 l-Imħallef Michael Mallia ġie nfurmat illi ġie maħtur Bord ta’ Inkjesta kompost minnu bħala Chairman, kif ukoll mill-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Onor. Imħallef Abigail Lofaro bħala membri sabiex jinvestigaw u jirrapportaw dwar ċirkostanzi tal-Assassinju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia. Flimkien ma’ din l-ittra kien hemm mehmuż it-Termini ta’ Riferenza illi qegħdin jiġu riprodotti f’dan ir-rapport. Biex jaqdi dan l-inkarigu l-Bord ħa tlieta u disgħin (93) seduta u sema’ mija u għoxrin (120) xhud. Dan in-numru kbir ta xhieda neċessarjament jillimita l-ammont ta’ referenzi li l-Bord jista’ jagħmel direttament għax-xhieda mismugħa. Filwaqt li l-Bord hu konsapevoli ta’ dak kollu li ntqal, huma biss il-brani rilevanti għal argument partikolari li jkun qed jiġi trattat li ser issir referenza għalihom. Mill-bqija, il- kumpless tax-xhieda servew biex fetħu tieqa fuq il-“mind set” tal- Paġna 4 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia amministrazzjoni u kif din affettwat posittivament jew negattivament iż- żminijiet u avvenimenti li qegħdin taħt il-lenti b’din l-Inkjesta. Dan japplika wkoll għax-xhieda li instemgħu fil-magħluq li fil-verità ma kienux daqshekk determinanti għal eżitu ta’ din l-inkjesta għalkemm kienu illustrattivi ta’ aspetti importanti tal-meritu u l-konklużjonijiet li l-Bord wasal għalihom. Ix- xhieda apparti dik li ttieħdet fil-magħluq ser tkun ukoll aċċessibbli għall- pubbliku bħala parti ta’ dan ir-rapport. Peress illi t-tlett kapi tat-termini ta’ referenza li l-Bord hu nkarigat jindaga huma korrelatati u l-meritu tagħhom neċessarjament jidħol waħda fuq l- oħra, il-Bord jifhem illi ċerti aspetti mill-konsiderazzjonijiet tiegħu huma pertinenti għal aktar minn terminu wieħed u hekk trattati. Jiġi rilevat pero’ li din ix-xhieda mhix “edited” jew b’xi mod mittiefsa. Hija xhieda kif mogħtija direttament mix-xhud konċernat u traskritta mit- traskrittur eżatt kif ikun semagħha. Fejn hemm puntini, jfiser li t-traskrittur ma jkunx fehem il-kelma li ntqalgħet. Ma sar l-ebda attentat biex jiġi deċifrat dak li suppost qal ix-xhud. Paġna 5 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Il-Bord jirringrazzja lill-Avukati tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, l- Avukat tal-iStat għal kooperazzjoni u lealtà li bihom ipparteċipaw f’dawn il- proċeduri. Jirringrazzja wkoll lil dawk il-persuni illi volontarjament, għax ħassew id-dover li jikkontribwixxu f’inkjesta immirata biex issaħħaħ il- ġurnaliżmu fil-pajjiż ġew ʼil quddiem biex jagħtu l-kontribut tagħhom. Fosthom, ġurnalisti, edituri u sidien ta’ media houses. Jirringrazzja lil dawk kollha li ppreżentaw noti ta’ osservazzjonijiet u referenzi meta awtoriżżati jagħmlu dan mill-Bord, b’mod partikolari lill-Avukati tal-familja. Dawn in-noti ta’ osservazzjonijiet flimkien max-xhieda ser jiġu ppubblikati ma’ dan ir- rapport għax jitfgħu dawl rilevanti għal meritu ta’ din l-Inkjesta. Il-Bord jiddikjara li, kif dirett fit-termini ta’ referenza ser jippubblika dan ir- rapport fl-interezza tiegħu billi ma jqisx li jeħtieġlu jirrestrinġi l-isvelar ta’ xi partijiet għal raġunijiet indikati fl-istess termini ta’ referenza. Dana qed jagħmlu biex jissodisfa l-element ta’ pubbliċita’ li kien il-karatteristika ewlenija ta’ din l-Inkjesta. Il-pubblikazzjoni elettronika ser issir permezz tad- Dipartiment tal-Informazzjoni. Paġna 6 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Taqsima I - Preliminari Paġna 7 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia Taqsima I Termini ta’ Referenza: It-termini ta’ referenza tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia huma s-segwenti:- “It-termini ta’ dan il-bord hu biex tinvestiga b’mod indipendenti u tirraporta lill-Prim Ministru wara r-riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati tat-tnax (12) ta’ Diċembru 2018 u r-riżoluzzjoni tal-assembleja parlamentari tal-Kunsill tal- Ewropa tas-sitta u għoxrin (26) ta’ Ġunju 2019 dwar l-assassinju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia fis-sittax (16) ta’ Ottubru 2017 u dwar l-avvenimenti li ppreċedew li kienu nvoluti u li segwew dak l-assassinju bl-għan illi: 1. Jiġi determinat jekk xi att jew ommissjoni illeċita minn jew fi ħdan xi entità tal-istat iffaċilitatx l-assassinju jew naqsitx milli tipprevenih b’mod partikolari jekk: Paġna 8 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia a. Xi entità tal-istat kienetx taf jew kelliex tkun taf dwar jew ikkawżatx riskju reali u immedjat inkluż mill-aġir kriminali ta’ terza persuna għall-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia; u b. Naqset milli tieħu miżuri fi ħdan il-firxa tas-setgħat tagħha li b’ġudizzju raġonevoli kien mistenni minnha li tieħu biex tevita dak ir-riskju. 2. Tistabilixxi jekk l-istat kellux u għandux fis-seħħ dispożizzjonijiet ta’ liġi kriminali effettivi u mezzi oħra prattiċi biex jevita li jiżviluppa stat ta’ de facto impunità bl-okkorrenza spissa ta’ atti kriminali li ma jiġux solvuti u biex jiddiswadi mit-twettiq ta’ reati kriminali serji bl-appoġġ ta’ makkinarju ta’ infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni soprasessjoni l-investigazzjoni u l-kastig tal- vjolazzjoni serji tal-liġi. 3. Tiddetermina jekk l-istat wettaqx jew jekk huwiex qiegħed iwettaq l- obbligu pożittiv billi jieħu miżuri operazzjonali ta’ prevenzjoni biex jipproteġi lil dawk l-individwi li l-ħajja tagħhom tkun fir-riskju minn atti kriminali u dan b’mod partikolari fil-kaz tal-gurnalisti. Paġna 9 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia 4. Li l-inkjesta titmexxa b’mod illi ma timpedix u ma tikkompromettix xi investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali jew l-integrità tagħha. 5. L-inkjesta għandha ssir bil-pubbliku iżda l-bord tal-inkjesta jista’ meta jikkunsidra li jkun strettament hekk meħtieġ imexxi seduti partikolari fil- magħluq jew jimponi restrizzjonijiet fuq l-izvelar jew il-publikazzjoni ta’ kull dokument jew xhieda mogħtija jew li jkun sar aċċess għaliha fl-inkjesta b’mod illi tkun protetta l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjonijiet ta’ informazzjoni li tkun waslet taħt obbligu ta’ kunfidenzjalità iżda biss meta l- kunfidenzjalità ta’ dawk l-investigazzjonijiet jew informazzjoni tkun protetta bil-liġi u/jew meta l-bord tal-inkjesta jidhirlu li s-smigħ bil-magħluq jew ir- restrizzjoni tal-iżvelar jew il-publikazzjoni ta’ dokumenti jew xhieda jkunu strettament meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà u tad-drittijiet tax-xhieda, ta’ informazzjoni sensittiva mill-att ta’ sigurtà nazzjonali jew b’mod ieħor li saħansitra ta’ preġudizzju ta’ proċeduri oħra. 6. Il-bord tal-inkjesta jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha miżmuma mill-entitajiet tal-istat u għandu jimxi skont l-att dwar l-inkjesti u għandu soġġett għal dawn it-termini ta’ referenza jirregola l-proċeduri tiegħu fuq il- ħwejjeġ kollha inklużi kwistjonijiet dwar l-aċċess għal u l-parteċipazzjoni tal- Paġna 10 Bord ta’ Inkjesta- Daphne Caruana Galizia familja tal-mejta u tal-pubbliku li fil- jew għall-proċeduri tal-atti tal-inkjesta. Il-bord tal-inkjesta jkollu s-setgħa li jaħtar dik il-persuna jew persuni nklużi assistenti tekniċi u esperti f’oqsma partikolari biex jassistu fl-inkjesta kif jidhirlu li jkun meħtieġ, b’dan iżda ma’ dan kollu li persuni hekk maħtura għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ indipendenza u imparzjalità fuq l-istess livell kif ikun meħtieġ fil-Qorti ta’ Ġustizzja. Il-bord tal-inkjesta għandu: 1. Jippreżenta kopja tar-rapport: (i) (a) Lill-Prim Ministru u (b) lill-Avukat Ġenerali; (ii) jagħti avviż pubbliku li jkun ikkonkluda r-rapport tiegħu u li jkun ippreżenta kopja lill-Prim Ministru; (iii) jippubblika r-rapport fi żmien tmint (8) ijiem tax-xogħol minn mindu jkun għadda kopja tiegħu lill-Prim Ministru. Il-Prim Ministru għandu jqiegħed ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta jirċevih. Dwar ir-rapport li jkun ser jiġi ppubblikat il-Bord tal-Inkjesta

View Full Text

Details

  • File Type
    pdf
  • Upload Time
    -
  • Content Languages
    English
  • Upload User
    Anonymous/Not logged-in
  • File Pages
    437 Page
  • File Size
    -

Download

Channel Download Status
Express Download Enable

Copyright

We respect the copyrights and intellectual property rights of all users. All uploaded documents are either original works of the uploader or authorized works of the rightful owners.

  • Not to be reproduced or distributed without explicit permission.
  • Not used for commercial purposes outside of approved use cases.
  • Not used to infringe on the rights of the original creators.
  • If you believe any content infringes your copyright, please contact us immediately.

Support

For help with questions, suggestions, or problems, please contact us