NOVEMBRU 2014

In Loving Memory of the Maltese Brothers who Passed away in the last 100 years.

Bro. James Calleja 31st January 2011 Bro. Philip Anthony Cauchi 13th February 1984 Bro. George Gardner Scicluna 13th February 1945 Bro. Norbert Farrugia 15th Februry 2007 Bro. Aloysius Darmanin 1st March 1974 Bro. Vincent Farrugia 8th March 2001 Bro. Anthony Farrugia 17th April 1985 Bro. Felix Agius 28th April 2002 Bro. Roger James Mangion 8th May 1970 Bro. Peter Galea 9th May 1998 Bro. Louis Camilleri 29th May 2011 Bro. Edward Henry Grech 10th June 1981 Bro. Patrice Francois Gambin 16th June 1966 Bro. Victor Privitera 18th July 2008 Bro. Alfred Spiteri 20th July 1992 Bro. Francis Muscat 2nd August 1987 Bro. William Xavier Seychell 10th August 1947 Bro. Charles Gatt 20th August 1992 Bro. Wilfred Albert Gros 13th October 1972 Bro. William Tabone 13th October 1977 Bro. Domnic Rosso 10th November 2011 Bro. Hilary Clews 21st November 1998 Bro. Sylvestre Antione Borg 25th November 1915 Bro. Robert of Mary Pace 3rd December 1970 Bro. Buttigieg 8th December 1997 Bro. Prosper Scicluna 8th December 1967

May they rest in peace, Amen 2 SIGNUM FIDEI

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

- NOVEMBRU 2014 - - S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

NIFTAKRU FidiLI QEG ĦDIN FIL- PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna għax-xahar ta’ Novembru: 1. Biex kull min ibati bis-solitudni jħoss lil Alla viċin tiegħu u l-wens tal-oħrajn. 2. Biex is-seminaristi u r-reliġjużi żgħażagħ ikollhom edukaturi għorrief u kapaċi. 3. Biex quddiem il-kuntrarju ma ninħakmux mill-qtigħ ta’ qalb iżda nfittxu li nintrabtu ma’ Kristu bit-talb.

Dati importanti għax-xahar ta’ NOVEMBRU: 1 ta’ Novembru : Festa tal-Qaddisin kollha 2 ta’ Novembru : L-Għid tal-Erwieħ 6 ta’ Novembru: Festa tal-Beati Brothers Martri ta’ Spanja 9 ta’ Novembru : Konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran 9 ta’ Novembru : Quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Addolorata b’suffraġju għall-Brothers u l-membri tal- familja Lasalljana, fl-10 ta’ filgħodu. 16 ta’ Novembru : Festa tal-Beatu Bro. Aurelio Maria u sħabu martri 17 ta’ Novembru : Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ S. Ġwann Bta. De la Salle 23 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien 30 ta’ Novembru: L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

Nota Importanti: Bejn nofsinhar tal-1 ta’ Novembru u l-jum tal-g]ada tista’ tinkiseb indul[enza plenarja b’suffra[ju g]all-mejtin. Biex ting]ata din l-indul[enza jridu ji[u osservati xi punti: a) żjara f’xi knisja. b) re`ità tal-Missierna, Kredu u talba g]all-Papa. c) qrara u tqarbina. Bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru ting]ata indul[enza plenarja lil min imur fi`-`imiterju u jitlob g]all-mejtin.

Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Novembru issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

SIGNUM FIDEI 3

Is-Sibt, 1 ta’ Novembru Solennità tal-Qaddisin Kollha

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 7: 2-4,9-14 Rajt kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha. 2. Salm 23: 1-6 Dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. 1Ġwanni 3: 1-3 Naraw ’l Alla kif inhu. 4. Mattew 5: 1-12a Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet.

SOLENNITÀ TAL-QADDISIN KOLLHA  Permezz tal-festa tas-Solennità tal-Qaddisin kollha, il-Knisja tfakkar lil kull min jinsab fil-ġenna jgawdi għal dejjem ma’ Kristu, jiġifieri l-Madonna, l-Anġli, u l- Qaddisin l-oħra kollha, dawk kanonizzati u mhumiex, ta’ kull żmien u ta’ kull post.  In-numru ta’ dawk li l-Knisja tirrikonoxxi uffiċjalment bħala qaddisin u tniżżel isimhom fl-hekk imsejjaħ Martiroloġju huwa biss ta’ ftit eluf. Imma bla dubju l- għadd ta’ dawk li wara mewthom diġà qed igawdu d-dehra ta’ Alla bilfors huwa numru li ma jingħaddx. Fil-qari li l-Knisja tagħżel għal-liturġija ta’ llum, meħud mill-ktieb tal-Apokalissi ta’ San Ġwann Appostlu, naqraw: “… Wara dan ħarist, u ara, kien hemm kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha, minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien, weqfin quddiem it-tron t’Alla u l-Ħaruf, lebsin ilbiesi twal bojod u bil-friegħi tal-palm f’idejhom. Għollew leħenhom u bdew jgħidu: ‘Is- salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna li qiegħed fuq it-tron, u lill-Ħaruf Ġesù’.” (7, 9- 11).  Fost dawn żgur jinsabu ħafna li aħna konna nafuhom personalment għax qrabatna jew ħbiebna, li kienu jgħixu fi żmienna magħna, u li issa, wara l-prova tagħhom fid-dinja, għall-ħniena ta’ Alla jinsabu jgawdu d-dehra ta’ Alla għal dejjem.  Għall-ewwel il-Knisja tal-bidu kienet tagħti qima biss lill-qaddisin martri li taw xhieda ta’ mħabbithom lejn Kristu billi ħallew ħajjithom għalih. Fid-dokument Il- Martirju ta’ San Polikarpu miktub fis-sena 155 naqraw kif l-insara kienu jiġbru l- għadam tal-martri u jidfnuhom f’post xieraq. F’dan il-post ukoll kienu jinġabru bil-ferħ u jiċċelebraw kull sena l-martirju tal-qaddis/a, biex ifakkru l-eroj li mietu qabilhom u biex iħarrġu u jħejju eroj għall-ġejjieni. Meta l-martri żdiedu, kienet ħaġa impossibbli li jfakkruhom separatament u għalhekk, fis-seklu erbgħa ġewwa Edessa, kienu jfakkru “l-martri tad-dinja kollha” fit-13 ta’ Mejju. F’Antjokja fl-istess żmien kienet issir festa bħal din fl-ewwel Ħadd wara Pentekoste. Meta fis-sena 610, il-Papa San Bonifaċju IV bidel il-bini famuż f’Ruma, magħruf bħala l-Pantheon, minn tempju pagan tal-allat foloz kollha fi

4 SIGNUM FIDEI

knisja nisranija ddedikata lill-Madonna u lill-Qaddisin Martri kollha, allura bdiet issir f’Ruma l-Festa tal-“Martri kollha” fit-13 ta’ Mejju bħalma kien diġà jsir f’Edessa.  Il-qima lejn il-martri u l-qaddisin kotrot meta fis-seklu tmienja l-Ikonoklasti (nies li jfarrku x-xbihat) kienu kkundannati fis-seba’ Konċilju ekumeniku li sar f’Niċea fis-787. Fi żmien il-kontroversja mal-Ikonoklasti, kienet tiġi ċċelebrata solennità tal-qaddisin kollha f’diversi nħawi fil-Punent. Iżda kien bil-ħidma flimkien tal- Papa Girgor IV u l-Imperatur Lwiġi t-Twajjeb li, fis-sena 853, ġie iffissat l-1 ta’ Novembru bħala d-data uniformi għal din is-solennità tal-Qaddisin kollha fl- imperu tal-Punent.  Bla dubju bil-festa ta’ llum il-Knisja trid ukoll tfakkar lilna lkoll li s-sejħa ta’ kull wieħed u waħda minna hi li nsiru qaddisin billi naqdu sewwa u kif jixraq dmirijietna kif iridna Alla. Il-qdusija mhijiex parir għal xi wħud imma obbligu għal kull nisrani, difatti Alla nnifsu jgħidilna fil-Kotba Mqaddsa: “Kunu qaddisin għaliex jiena qaddis.”

Riflessjoni: It-tama hi xi ftit bħall-ħmira, li twessagħlek qalbek; jiġu waqtiet iebsin fil-ħajja, imma permezz tat-tama qalbna tibqa’ miexja ’l quddiem u tħares lejn dak li hemm jistenniena. Il-lum hu jum ta’ tama. Ħutna rġiel u nisa jinsabu fil-preżenza ta’ Alla u anki aħna għad inkunu hemm, sempliċement bil-grazzja tal-Mulej, jekk nimxu fit-triq ta’ Ġesù. Papa Franġisku, silta mill-omelija tal-1 ta’ Novembru, 2013

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 183, silta mill-1 punt What a joy for the to be made like God through participation in his nature and in his divine perfections! There God is truly in the saints by a holy sharing in his greatness, and the saints are in God, because their entire being is penetrated by God, so that they can think of and love only God. Today, pay homage to the saints, but let it be in God, because it is in him that you find them all. Admire how great is the happiness they enjoy in heaven, how wonderful is the glory they receive, and beg them to obtain from God for you the grace to share in their glory after your death.

TALBA O Alla, qawwi u etern, li xgħelt dik il-fjamma ta’ mħabba fil-qalb tal-qaddisin, agħmel li aħna jkollna wkoll dik l-istess fidi u qawwa ta’ mħabba li kellhom huma, u waqt li nifirħu bir-rebħa li kisbu agħmel li aħna nimxu fuq l-eżempju tagħhom, bi Kristu sidna, Ammen.

SIGNUM FIDEI 5

Missierna ... Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru L-Għid tal-Imwiet

Ta’ min jiftakar li bejn nofsinhar tal-lum u l-ġurnata ta’ għada tista’ tintrebaħ Indulġenza Plenarja kull darba. (ara l-kundizzjonijiet tal-ewwel paġna)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

għtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom. Jistrieħu fis-sliem. A Ammen.

Illum kull saċerdot jista’ jqaddes tliet quddisiet. Jitqaddsu b’dawn l-intenzjonijiet skont il-Liturġija: 1. Skont l-intenzjoni tas-saċerdot. 2. Għall-erwieħ kollha tal-Purgatorju. 3. Skont l-intenzjoni tal-Papa.

Qari: Is-saċerdot jagħżel il-Qari skont kif jixtieq hu.

Tifkira solenni tal-FIDILI MEJTIN KOLLHA  Id-drawwa li nitolbu għall-mejtin hi waħda qadima fil-Knisja. Anzi din id- drawwa sabiħa u ta’ karità kbira lejn ħutna li daħlu qabilna fl-eternità tissemma wkoll fil-ktieb tal-Makkabin fit-Testment il-Qadim.  Tertulljanu, kittieb nisrani importanti tas-seklu tlieta, isemmi d-drawwa li titqaddes quddiesa fil-jum tal-mewt ta’ nisrani kif ukoll fl-anniversarji. Fis-seklu sebgħa, Spanja kienet tfakkar il-mejtin kollha t-Tnejn ta' wara l-Pentekoste. Id- data tat-2 ta’ Novembru bħala Jum il-Mejtin kollha bdieha San Odilone fis-sena 988, li kien abbati Benedittin ta’ Cluny, li ried li l-monasteri li kienu jiddependu minn Cluny jagħmlu talb speċjali għall-mejtin kollha l-għada tal-Qaddisin kollha.  F’dan il-jum kull saċerdot jista’ jiċċelebra tliet quddisiet. Din id-drawwa bdewha d-Dumnikani fi Spanja. Sa mill-1748 din kienet estiża għas-saċerdoti kollha ta’ Spanja. Il-Papa Benedittu XV, waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija, estenda din il- fakultà lis-saċerdoti kollha tad-dinja permezz tad-digriet tal-10 t’Awwissu tal- 1915.  It-tliet quddisiet li s-saċerdoti jistgħu joffru f’dan il-jum – l-ewwel waħda skont l- intenzjoni tagħhom stess, it-tieni għall-mejtin kollha u t-tielet skont il-fehmiet tal-Papa – jirriflettu l-konvinzjoni profonda tal-Knisja li s-sagrifiċċju Ewkaristiku jisboq it-talb, l-għemil tajjeb, il-karitajiet u l-atti ta’ reliġjon li l-insara joffru għall- erwieħ tal-mejtin.

6 SIGNUM FIDEI

 S. Wistin jgħid li l-Knisja turi li hi omm billi titlob għall-insara kollha mejtin, sabiex dawk li ma jkollhomx ġenituri, tfal, qraba jew ħbieb li jagħtuhom dan is- servizz, allura jirċevuh mill-Knisja, l-omm devota u komuni ta’ kulħadd.  Il-Papa San Ġwanni XXIII jiddiskrivi din it-tifkira tal-mejtin kollha li niċċelebraw illum bħala “meditazzjoni fuq veritajiet eterni li turina x’inhu dak li jgħaddi u x’inhu dak li jibqa’ jeżisti.” Fil-Liturġija tal-Mejtin, il-Knisja tgħidilna li għal dawk li jemmnu f’Alla l-ħajja ma tintemmx imma tinbidel, u fi tmiem iż-żmien tagħna fuq l-art darna tinbidel f’waħda għal dejjem. Dan il-kliem il-Knisja temmnu fuq kliem Kristu li qal: Jiena hu l-qawmien u l-ħajja; min jemmen fija anki jekk imut jgħix, u min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt.” (Ġw. 11, 23-26)

Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla  Din il-parabbola stramba li titkellem dwar tieġ mingħajr għarusa, dwar għarus li jasal bis-serqa bilejl, mingħajr avviż, u daqshekk tard li jsib lill-għaxar tfajliet reqdin, imbagħad fuq kollox jiddeċiedi li jeskludi nofshom mill-festa, iġġiegħelna naħsbu. ....U min hu l-għarus? Min huma t-tfajliet? I-imsiebaħ mixgħula, u fuq kollox iż-żejt, x’inhuma? Hawnhekk se nillimitaw ruħna biex nikkonċentraw fuq l-għarus li jittardja u t-tfajliet li jistennewh, u dwar l-istorja li għandha messaġġ preċiż.  Il-parabbola tirrakkontalna dwar wieħed li għandu jasal, l-għarus (li donnu jafu kulħadd) u li l-ġrajja kollha se jpoġġiha taħt il-kappa tal-imħabba, ta’ festa u tal- ferħ. Ma jistax ikun li wieħed jitlef din l-okkażjoni jekk ma jridx jibqa’ barra fid- dlam tal-lejl. L-għaxar tfajliet, id-damiġelli? Il-ħbieb tal-għarusa? Jew il-grupp li minnu riedet tintagħżel l-għarusa? Nafu biss li kienu verġni – mhux miżżewgin, jagħmlu kollha l-istess affarijiet: nafu biss li ħamsa minnhom kienu għaqlin imma ma jingħatalniex kriterju biex inkunu nafu għaliex l-oħrajn jitqiesu boloħ. Sakemm jasal l-għarus li bil-preżenza tiegħu jiċċara kollox billi jagħżel: belha hi dik li nsiet il-vażett taż-żejt. Dan kollox? Mhux biss, għax jekk m’għandhiex żejt ma tistax tixgħel il-musbieħ li bid-dawl tiegħu tista’ tagħraf lill-għarus li jasal jisilfu ftit żejt ma kienux egoisti? Fil-verita il-kwantita taż-żejt hi mkejla b’mod personaliżżat tant li l-musbieħ ma jixgħelx b’żejt li ta’ ħaddieħor.  Issa mhux diffiċli li nifhmu l-messaġġ: b’din il-parabbola Ġesu jfehemna li fl- inkwiet kollu li hemm f’qalb il-bneidem, hemm moħbija stennija ta’ Wieħed li jaf jagħti sens għal dik il-biċċa uġigħ ta’ ras li hi l-ħajja; qalb il-ħafna xewqat li ma jseħħu qatt, hemm it-tama ta’ xi ħaġa ġdida li tibdel għal dejjem ir-rotta ta’ eżistenza mimlija ħażen u tbatija! Għaliex anke l-iktar bniedem superfiċjali jaf li mhux veru dak li jridu jbellgħulna, li jekk nimpenjaw ruħna bil-forzi tagħna kollha, biex nikkontrollaw u nipprogrammaw il-ħajja u l-futur, jirnexxilna nagħmlu dinja ġdida fejn hemm biss ferħ.  Il-Vanġelu jgħidilna li se ssalvana biss xi ħaġa li ma nistennewiex kif kiteb E. Montale f’wieħed mir-rakkonti tiegħu “is-sorpriża ta’ Alla li minn fejn qiegħed jinfed hawn fejn qegħdin aħna, jissupera l-ħolm kollu tagħna, iwettaq l-iktar xewqat ambizzjużi tagħna u t-tamiet l-iktar impossibbli.” Dak li ġej hu l-Iben tiegħu Ġesu, għarus li bl-ikbar ħerqa jfittex lill-għarusa tiegħu, li hi int, hi l- SIGNUM FIDEI 7

Knisja, hi kull bniedem u l-umanita kollha (għalhekk il-parabbola ma ssemmihiex).  Imdorrijin b’maħbubin oħra, u midfunin fid-dlam tal-inkwiet tagħna, ma nistagħġbux jekk ma nagħrfuhx: għalhekk il- Mulej jistedinna nġorru magħna l- musbieħ tad-dixxerniment, mixgħul biż-żejt tal-fidi. Il-musbieħ tagħtihulek il- Knisja, imma ż-żejt trid issibu int. Kif? Billi nerġgħu inkebbsu f’qalbna dik il- ħeġġa li ġġiegħelek tfur bil-ferħ anke b’ħaġa li m’hi xejn, kif ifakkarna Don Tonino Bello; “nibqgħu sħaħ fil-fedelta ta’ kuljum biex nagħmlu r-rieda t’Alla; nishru bit-talb fl-istennija ta’ dak li għad irid jiġi; u ma nħallux l-għejjun tat-tama jinxfu f’dinja li tfittex li taqtagħlek ix-xewqat kollha,u ma tagħmel xejn aktar ħlief ixxenqek iżjed.” Minn “La Realta` e` Cristo”, Don Davide Rota

Riflessjoni: Il-qawmien tiegħu mhux ħaġa tal-imgħoddi; fih hemm qawwa ta’ ħajja li daħlet u xterdet mad-dinja. Fejn donnu kollox mejjet, jerġgħu jispuntaw minn kullimkien ir- rimjiet tal-qawmien. Hi qawwa li m’hemmx bħalha. Hu minnu li spiss jidher qisu Alla ma jeżistix: naraw madwarna inġustizzji, ħażen, indifferenzi u kefrija li ma jonqsux. Imma dasqhekk ieħor hu ċert li qalb din id-dalma dejjem tibda tixtered xi ħaġa ġdida, li llum jew għada se tagħmel il-frott. F’għalqa kollha xewk terġa’ titfaċċa l-ħajja, stinata u qatt mirbuħa. Papa Franġisku, silta mill-Ferħ tal-Vanġelu

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.185, it-2 punt There is for us an element of obligation to pray often to God for the suffering souls in purgatory. First, God has abandoned them to his divine justice for as long as he wills, according to the gravity of their sins and the little care they took in this world to do penance for them. God does not allow them after death any other means than the suffrages of the faithful who are still in this life, which they can apply to the holy souls by prayers, by fasting and other penances, by alms, by the holy Sacrifice of the Mass, or by any other works of satisfaction that there might be. Second, we are united with these holy souls by an external union, because we are all members of the Church and of Jesus Christ. We are also united with them in Jesus Christ through sanctifying grace, which we share with them. These two kinds of union ought to inspire us with sentiments of compassion for these suffering souls.

TALBA Sinjur Alla, Missier, li ma ddaħħal ‘il ħadd fir-renju tal-beatitudni tiegħek jekk ikollu anki l-inqas tebgħa, aħfer id-dejn li fadlilhom mal-ġustizzja tiegħek, dawk ħutna l-mejta li nstabu diġà denji tal-benedizzjoni eterna tiegħek, billi ħarġu mid-dinja fl-istat tal-grazzja tiegħek. San Ġorġ Preca Missierna ...

8 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 3 ta’ Novembru San Martin De Porres - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 2: 1-4 Kunu fehma waħda u imlewni bil-ferħ. 2. Salm 130: 1-3 Mulej, ħarisli ruħi fis-sliem. 3. Luqa 14: 12-14 Stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja.

SAN MARTIN DE PORRES (1579-1639) - reliġjuż  Dan il-qaddis ġie mniżżel fir-reġistru tal-magħmudija bħala “iben missier mhux magħruf” għax Ġwanni de Porres, nobbli Spanjol u gvernatur futur tal- Panama, irrifjuta li jagħraf lil ibnu meta ra l-kulur sewdieni tal-ġilda tiegħu.  Għal diversi snin Martin għex fil-faqar ma’ ommu Anna Velasquez, mara sewda li ma kinitx miżżewġa. Dan kollu għen lit-tifel biex isir umli u baqa’ hekk għomru kollu.  Fl-aħħar Martin rebaħ qalb missieru li beda jieħu interess fl-edukazzjoni tiegħu u daħħlu jitgħallem is-sengħa ta’ barbier.  Iżda l-ġuvnott induna li kellu sejħa reliġjuża. Id-Dumnikani laqgħuh bħala ajk u terzjarju u kien biss wara disa’ snin li pprofessa bħala membru sħiħ. Kien bniedem tal-għaġeb għas-sempliċità, l-innoċenza u l-fidi tiegħu. Kellu devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u l-Passjoni ta’ Kristu; kien iħobb jgħin lill- fqar, li kienu jmorru għandu bi ħġarhom.  Billi kien jifhem fil-mediċina, kien idur bil-morda bi mħabba kbira. Lil dawk ta’ ġilda ta’ kulur skur, kien jgħallimhom il-fidi nisranija, kien jurihom li għandhom dinjità ta’ bnedmin u ta’ wlied Alla u li kienu daqs razez oħra inklużi l-Ispanjoli.  Martin kien jieħu ħsieb anke tal-annimali u fl-istampi narawh jiġbor il-ġrieden mill-kxaxen tal-knisja, jeħodhom barra, jitmagħhom u jwissihom biex ma jagħmlux ħsara lill-uċuħ tar-raba’ u biex ma jmorrux fi knejjes.  Meta darba naqas l-ikel mill-kunvent għax ma kellhomx flus biex jixtru, Martin offra lilu nnifsu lill-pirjol biex ibiegħu bħala lsir u b’hekk idaħħal xi ħaġa tal-flus. Naturalment is-superjur tiegħu ma aċċettax, imma ma setax ma jammirax il- ġenerożità kbira tiegħu.  Martin ma ried javvanza b’ebda kariga fil-kunvent iżda baqa’ sa mewtu jieħu ħsieb l-infermerija. Kien jgħakkes lil ġismu b’sawm u b’penitenzi ħorox, u donnu qatt ma kien jaqta’ mit-talb, l-iżjed bil-lejl, u mit-talb kiseb għerf spiritwali hekk kbir li għaġġeb saħansitra lill-għorrief.  San Martin de Porres miet fit-3 ta’ Novembru 1639 fl-għomor ta’ 70 sena.  Għall-umiltà u l-ħlewwa tiegħu, dan ir-reliġjuż Dumnikan ġibed il-qlub tal-popli, l-aktar dawk tal-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel.  Kien iddikjarat qaddis mill-Papa San Ġovanni XXIII fis-6 ta’ Mejju 1962. Hu l- qaddis patrun tal-parrukkiera u tal-ġustizzja interrazzjali. SIGNUM FIDEI 9

Riflessjoni: Meta għaraf li Kristu bata għalina u tgħabba bi dnubietna sa fuq is-salib, Martin tqanqal bi mħabba liema bħalha għal Kristu imsallab, u meta kien jikkontempla t- tbatijiet ħorox li l-Mulej ġarrab għalina, ma kienx jista’ jżomm id-dmugħ. San Ġwanni XXIII

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 189, silta mill-1 punt Every day you are with the poor, and you are commissioned by God to clothe them with Jesus Christ and with his Spirit. Have you been careful, before undertaking such a holy ministry, to be clothed with him in order to communicate this grace to them? For, says Paul, no one knows God’s thoughts but the Spirit of God, and this Spirit of God, he adds, penetrates everything, even the deepest and most hidden mysteries in God. Pray, therefore, to the Spirit of God to make known to you the gifts that God has given you, as Saint Paul says, so that you may announce them to those whom you are commissioned to instruct, not with discourses that use human wisdom but with what the Spirit of God inspires in his ministers.

TALBA O Mulej, f’dawn iż-żminijiet meta s-suppervja tal-bniedem qiegħda tnessi l-preżenza tiegħek, fakkarna fl-għeġubijiet li int wettaqt bl-għajnuna tal-qaddej umli tiegħek Martin de Porres. Nitolbuk sabiex id-dinja kollha tagħraf lil San Martin de Porres speċjalment fil-virtù eċċezzjonali tal-umiltà, li dan il-qaddis kien tant jipprattika. Dan nitolbuh bi Kristu sidna, Ammen. Missierna ...

It-Tlieta, 4 ta’ Novembru San Karlu Borromeo – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 2: 5-11 Ċekken lilu nnifsu, għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet. 2. Salm 21: 26-32 Mulej, nagħtik it-tifħir tiegħi f’ġemgħa kbira. 3. Luqa 14: 15-24 Oħroġ fil-mogħdijiet u fl-għelieqi, u ġiegħel in-nies tidħol, ħalli dari timtela. 10 SIGNUM FIDEI

SAN KARLU BORROMEO (1538-1584) - isqof  San Karlu hu figura mill-aktar importanti fi żmien il-kontro-riforma. Kien ġej minn familja nobbli u għanja. Twieled fil-kastell ta’ Aroma, fuq il-Lago Maggiore, it-tieni iben ta’ Gilbert Borromeo u Margerita De’ Medici. Studja f’Milan u fl-Università ta’ Pavia.  F’Diċembru 1559, ħu ommu, Angelo de’ Medici, ġie elett Papa bl-isem ta’ Piju IV. Ftit jiem wara l-Papa ġdid sejjaħ lil Karlu Ruma u għamlu kardinal u nnominah biex ikun l-amministratur tal-arċidjoċesi ta’ Milan, minkejja li kien għadu mhux ordnat saċerdot. Karlu kien igawdi ħafna setgħa, imma hu uża l- influwenza kbira tiegħu dejjem favur il-Knisja. Kien bis-saħħa tiegħu li tkompla l-Konċilju ta’ Trentu, li kien ilu wieqaf 10 snin u saru disa’ sessjonijiet. Hu għen ukoll fil-kompilazzjoni tal-famuż Katekiżmu tal-Konċilju, kif ukoll fil-konklavi li għażel lil Piju V.  Il-mewt għal għarrieda ta’ ħuh akbar minnu fl-1562 ħalliet effett kbir fuqu. Kellu dik il-ħabta 24 sena. Sa dak iż-żmien kien qiegħed jgħix ħajja nisranija tajba; imma minn issa ’l quddiem beda jgħix il-ħajja ta’ qaddis. Kontra dak li riedet il- familja tiegħu, li sfurzatu biex iħalli l-karriera ekklesjastika u jiżżewweġ, hu malajr ħa l-ordni sagri u ordna saċerdot; imbagħad ippjana biex iħalli l-qorti tal- Papa. Kien aktar liberu meta miet zijuh Papa Piju IV fl-1565. Huwa rritorna fid- djoċesi tiegħu (Milan) u minn hemm ’il quddiem iddedika l-bqija ta’ ħajtu fir- riforma tagħha skont il-prinċipji tal-konċilju ta’ Trentu.  Il-qaddis, mill-ġid tiegħu, waqqaf seminarji, skejjel u sptarijiet. Hu kellu jsib ma’ wiċċu nuqqas ta’ popolarità, kalunnji, saħansitra anki attentant għall-mewt. Hu ġġieled u rnexxielu jrażżan l-abbużi li kien hemm fost l-irħieb u l-kleru; waqqaf kull xorta ta’ istituzzjonijiet biex iqajjem il-fervur reliġjuż, anki sejjaħ il-Ġiżwiti biex imorru jaħdmu f’Milan. Huwa waqqaf il-Konfraternità tad-Duttrina Nisranija u minħabba f’hekk hu miżmum bħala qaddis patrun tal-katekisti.  Kuljum kien jagħmel żewġ meditazzjonijiet ta’ siegħa, kien jgħid l-Uffiċċju tas- Sigħat (Brevjar) għarkupptejh, kien tista’ tgħid isum kuljum ħobż u ilma, jorqod imlibbes fuq il-qiegħa. Qabbad żewġ qassisin biex jgħidulu bid-difetti tiegħu. Għen eluf ta’ foqra, biegħ il-platt tad-deheb li kellu, għalihom, saħansitra anki tahom is-sodda tiegħu. Il-pesta tal-1576 kienet okkażjoni biex jidhru l-eroiżmu u l-karità tiegħu li għalihom għadu tant magħruf.  San Karlu Borromeo miet fl-4 ta’ Novembru 1584 ta’ 46 sena, bil-kelmiet: “Ecce venio”, li tfisser: “Arani, Mulej, ġej.” Huwa kien iddikjarat qaddis fl-1610, 26 sena wara mewtu.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, Ir-Raba’ Ktieb, kap. XIII: Kemm tabilħaqq għandek qalbek tajba, Mulej, li biex turi l-imħabba tiegħek lejn uliedek, int tpaxxihom bil-ħobż tal-ħajja nieżel mis-sema! Għaliex, liema ġens hu hekk kbir li għandu l-allat qrib lejh, bħalma hu l-Mulej, Alla tagħna, kull meta nsejħulu? (Dewteronomju IV, 7) li, sabiex kuljum thennihom u terfgħalhom qalbhom lejn is-sema, tagħtihom lilek innifsek b’ikel u b’faraġ tagħhom?

SIGNUM FIDEI 11

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 50, l-1 punt You are the ones whom the Eternal Father today invites to his banquet in order to receive his Son, Jesus Christ, in the Eucharist. Worldly people excuse themselves from attending. One says that he has bought a farm and must therefore go out and inspect it; another wishes to test five yoke of oxen that he has acquired; a third says that he is married. Some excuse themselves because of their business; others, because of the pleasures they want to enjoy. Both prefer their affairs and their personal satisfaction to the practices of piety and of religion, and especially to the greatest honor they can ever enjoy on earth—and which ought to be supremely agreeable to them in this world—namely, to receive Jesus Christ in the Eucharist. Deplore the blindness of those who live in the world and who follow worldly maxims. They prefer temporal advantages to sharing in this most delightful food, which is Jesus Christ, who by coming to them, makes them participants in the divinity.

TALBA Missier ħanin, kemm ninsabu grati li ġejna mistiedna għall-pranzu tiegħek. Kull nhar ta’ Ħadd aħna nagħarfu lilna nfusna bħala l-fqar, iz-zopop, l-għomja u l-magħtubin mistiednin fuq il-mejda tiegħek. Ammen. Fr. Francis Martin Missierna ...

L-Erbgħa, 5 ta’ Novembru Beata Franġiska t’Amboise – reliġjuża Il-Qaddisin kollha tal-Kumpanija ta’ Ġesù San Żakkarija u Santa Eliżabetta Santa Silvja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 2: 12-18 Ħabirku għas-salvazzjoni tagħkom. 2. Salm 26 : 1,4,13,14 Il-Mulej, id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Luqa 14: 25-33 Ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu.

12 SIGNUM FIDEI

IL-BEATA FRANĠISKA (FRANCOISE) D’AMBOISE (FRANZA) (†1485)  Fl-1431, Ġwanni V, Duka ta’ Brittanja (Franza), għamel alleanza bejn is-saltna tiegħu u dik ta’ Louis d’Amboise.  Louis bagħat lil bintu ta’ 4 snin, Francoise, biex titrabba fil-familja tar-Re Ġwanni V.  Ta’ 15-il sena, iżżewġet lil Peter – it-tifel tad-Duka, u ftit wara ntebħet kemm kien supperv, għajjur u vjolenti.  Ħadet ħafna paċenzja bih, u kienet kaġun li kkalmat l-inkwiet li kien jinqala’ bejn il-familji. Ma kellhiex ulied.  Pietru sar id-Duka u Francoise approfittat ruħha biex tagħmel opri ta’ karità.  Bniet kunvent fil-belt ta’ Nantes (Franza), għall-Klarissi.  Fl-1457, Pietru miet u s-suċċessuri tiegħu ma riedu li jkollhom xejn x’jaqsmu ma’ Francoise.  Inqatgħet mill-ħajja pubblika u rreżistiet l-avvanzi tar-Re Louis XI ta’ Franza, biex tiżżewġu.  Kienet tgħaddi ħafna żmien fil-kunvent tal-Karmelitani ta’ Nantes, u għenithom ħafna, permezz tal-inkoraġġiment li kien jagħtiha l-Beatu John Soreth, is- Superjur Ġenerali tal-Karmelitani.  Kienet mara ta’ viżjoni u ta’ kalibru ta’ waħda Fundatriċi, tant li kienet ipprovdiet is-servizz ta’ konfessur straordinarju għas-sorijiet.  Fl-1468, daħlet mas-sorijiet Karmelitani ta’ Vannes. Il-Beatu John Soreth taha l-libsa ta’ soru.  Kienet tieħu ħsieb il-morda tal-kunvent. Wara 4 snin saret il-prijura tal-kunvent ta’ Vannes. Fetħet kunvent ieħor, qrib Vannes, fejn mietet fl-1485.  Il-Beata Francoise d’Amboise kienet hi li għenet lill-Beatu John Soreth idaħħal is-sorijiet Karmelitani fi Franza.

Riflessjoni: “Ix-xirka tal-insara ... ma tistax titqarraq fil-fidi, dan turih permezz tas-sens sopranaturali tal-fidi li għandu l-poplu kollu ta’ Alla, meta l-fidili kollha, “mill-isqfijiet sa lanqas wieħed fost il-lajċi”, juru li jaqblu lkoll flimkien f’dak li għandu x’jaqsam mal-fidi u mal-morali (Lumen Gentium). “Permezz ta’ dan is-sens tal-fidi, imqanqal u msaħħaħ mill-Ispirtu tal-verità, il-poplu kollu ta’ Alla, immexxi minn dawk li għandhom is-setgħa li jgħallmu ... jintrabat għal dejjem mal-fidi mogħtija darba lill-qaddisin, jifhimha aktar fil-fond, ifissirha kif jixraq u jgħixha aktar f’ħajtu.” Katekeżi tal-Knisja Kattolika, punti 92-93

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 50, silta mit-2 punt If, as our Lord says, the body is more important than the clothing, what is the body compared with the soul? Is it not more reasonable to disregard the body and everything temporal in order to think first of all of the soul and to provide what it needs? If a king wanted to honor his people, who were taken up with worldly concerns, and proposed to visit them in their homes, would they offer him such frivolous excuses SIGNUM FIDEI 13 for not welcoming him? We can, therefore, with much reason apply to those who generally refuse to receive Communion because of their temporal affairs what Jesus Christ says in the Gospel: When the Son of Man comes, that is, when he offers himself to be the spiritual nourishment of his people, do you think he will find faith on earth? A lack of faith, indeed, makes people stay away from Communion.

TALBA Lilek biss inħobb, Mulej, warajk biss irrid nimxi. Lilek biss irrid infittex u lilek biss irrid naqdi. Nitolbok, Mulej, ikkmandani dak li trid. Irrid naqdik bil-ferħ kollu ta’ qalbi Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba qiegħda ssejjaħli lejk. Agħmel, Mulej, li nkun kapaċi nisma’ dak li int tixtieq minni. Għinni ngħix dak li tikkmandani u kkmandani dak li trid. Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistriħux. Fik biss tinsab il-hena u l-mistrieħ tagħna. Int għamiltna għalik, o Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet, Jekk ma tistrieħx fik. Santu Wistin Missierna ...

Il-Ħamis, 6 ta’ Novembru Il-Beati Brothers Martri ta’ Spanja San Leonardu - abbati Beatu Alfons Navarrati u sħabu martri tal-Ġappun Beata Ġużeppa Naval Girbes – verġni Beatu Ewsebju tal-Bambin Ġesù - martri Beatu Ewfrazju tal-Bambin Ġesù - presbiteru u martri Beatu Alfonz Lopez – presbiteru u martri Beata Elena Enselmini – verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 3: 3-8a Dak kollu li għalija kien qligħ, jien għaddejtu bħala telf minħabba Kristu. 2. Salm 104 : 2-7 Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej! 3. Luqa 15: 1-10 Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li jindem.

IL-BROTHERS TA’ TARRAGONA Meta l-persekuzzjoni kienet fl-aqwa tagħha, ma kienx possibli li l-Brothers jgħixu trankwillament fil-komunitajiet tagħhom. Għalhekk kienu mitluba biex ifittxu refuġju xi

14 SIGNUM FIDEI mkien ieħor. Biss il-periklu li xi ħadd jikxifhom kien dejjem possibli. Hekk ġralhom sitt Brothers li kienu qed jistaħbew ġewwa lukanda f’Tarragona, taparsi turisti. Hekk kif xi ħadd kixifhom, is-sitta li huma, inkluż sid il-lukanda li ospitahom, ġew maqtula. Żewġ Brothers oħra f’Cambril, fejn wieħed kien marid u l-ieħor kien qed jieħu ħsiebu, ġew mitfugħa ġewwa vann u ħaduhom barra mill-belt. Wieħed mill-membri tar- rivoluzzjoni kien ordnat biex joqtolhom. Dan kien jaf lil dawn iż-żewġ Frères peress li kien impjegat fid-dar tal-Brothers u rrfjuta li jagħmel dan l-att. Imma dan kien mhedded li jinqatel magħhom u kien sfurzat jisparalhom f’rashom waqt li sħabu qagħdu jgħajjruhom u jidgħulhom. Il-kumplament tal-Brothers ġew arrestati u mitfugħa ġewwa vapur li kien sar ħabs, u ma’ oħrajn kienu ġew ikkundannati bla difiża u maqtula.

IL-BROTHERS TA’ MADRID Fi Grinón, il-Brothers kellhom ċentru ta’ formazzjoni, Juniorate, novizzjat u skola. Kien hemm ukoll dar għall-Brothers morda u rtirati. Fit-28 ta’ Lulju, għall-ħabta tas- siegħa ta’ wara nofsinhar, trakkijiet mimlija bis-suldati tal-armata dawru l-propjetà. Kif saru jafu li wħud mill-Brothers kienu telqu lejn Madrid, infurjaw għax sabu għaxra biss. Ordnaw lill-Brothers biex joqogħdu quddiem il-kappella waqt li grupp ta’ suldati daħlu fil-kappella u bdew ikissru kull ħaġa sagra li ġiet fi jdejhom. Wieħed ħaddiem José Gorastazu pprova jwaqqafhom, imma spiċċa xkubettjat. Wara l-Brothers flimkien ma’ Brother Angel Gregorio, li stqarr li hu kien reliġjuż ukoll, ġew maqtula quddiem il-kappella minn skwadra tal-armata u ħallewhom hemm. Kif in-nies tar- raħal semgħu b’dan il-massakru, difnu lill-Brothers kif kien xieraq. Ħdax-il Brother ieħor ġew maqtula fi nħawi differenti. Tmien Brothers oħra li kienu jaħdmu ġewwa stamperija tal-kotba, ġew mitfugħa f’vann u ħaduhom f’parti ta’ Madrid imsejħa “Casa de Campo’ u ġew maqtula. Tmien Brothers oħra ta’ komunitajiet differenti ġewwa Madrid spiċċaw bħal sħabhom.

Riflessjoni: Il-Knisja hi appostolika għax hi mibgħuta biex twassal il-Vanġelu lid-dinja kollha. Hi tissokta fil-mixja tal-istorja, l-istess missjoni li Ġesù fada lill-Appostli: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal- Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien” (Mt. 28:19-20). Dan hu dak li Ġesù talabna nagħmlu! Ninsisti fuq dan l-aspett tal-missjonarjetà, għax Kristu lil kulħadd qed jistieden biex “immorru” niltaqgħu mal-oħrajn, jibgħatna, jitlobna niċċaqilqu minn postna biex inwasslu l-ferħ tal-Vanġelu! Nistaqsu lilna nfusna għal darb’oħra: qed inkunu missjunarji permezz ta’ kliemna, imma fuq kollox bil-ħajja nisranija tagħna, bix-xhieda tagħna? Jew aħna nsara magħluqa fil-qalb tagħna u fil-knejjes tagħna, insara tas-sagristija? Insara tat-tpaċpiċ biss, imma li jgħixu ta’ pagani? Irridu nagħmluhom dawn il-mistoqsijiet, li mhumiex ċanfira. Anki jien nistaqsi lili nnifsi: kif qed inkun nisrani, bix-xhieda vera? Papa Franġisku, fl-Udjenza Ġenerali nhar l-10 t’Ottubru, 2013

SIGNUM FIDEI 15

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 184, silta mill-1 punt God invites us to practice this devotion by the infinite number of miracles he has performed through the holy relics of his servants. We see this at the tombs of the and the holy confessors, which are, as the councils say, fountains of salvation that Jesus Christ has left us, from which flow all sorts of relief for the sick and where we can find a source of healing to cure illnesses and disperse evil sadness and temptations through the power of Jesus Christ, which remains in them. We see this happen at the transfer of the relics of , the first , and of various other saints, so that we cannot doubt that God, according to his word, does indeed honor the ashes and bones of his servants, who were living members and active temples of his Holy Spirit. For this same reason, he even sent his angels to bury the body of Saint Catherine and revealed the presence of saints’ bodies by miraculous lights, so that they might not remain unknown in a common or undignified burial place and we might learn to venerate them for the welfare of our own body and soul. TALBA Int issejjaħli Mulej, biex nimxi t-triq miegħek. Iva! Jien nimxi lejk mimli tama fik. Mexxini int Mulej, imla lil qalbi bi mħabba, b’tenerezza, b’sentimenti ta’ ħniena u b’tama. Jiena nixtieq inwassal il-Bxara t-Tajba lil dawk li llum ser tlaqqgħani magħhom. Ammen. Bro. Louis Missierna ...

Il-Ġimgħa, 7 ta’ Novembru Beatu Franġisk Palau ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi - presbiteru San Willibrord - isqof Beatu Grazzja ta’ Kotor - reliġjuż Beata Maria Assunta - reliġjuża Beatu Antonio Baldinucci

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 3: 17 – ; 4:1 Nistennew jiġi lis-salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu. 2. Salm 121 : 1-5 Sejrin ferħana f’dar il-Mulej. 3. Luqa 16: 1-8 Ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl ma’ min hu tal-qatgħa tagħhom.

16 SIGNUM FIDEI

Il-BEATU ANTONIO BALDINUCCI (1665-1717) – ġiżwita u konfessur  Twieled Firenze, fid-dar fejn kien jgħammar San Alwiġi Gonzaga meta kien f’dik il-belt. Ta’ 12-il sena bagħtuh fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti, fejn sħabu laqqmuh “l- anġlu”, għax kien iħobb joqgħod jitlob fil-knejjes speċjalment f’dik tad- Dumnikani.  Ħuh il-kbir kien Dumnikan, u hu wkoll, ta’ 15-il sena wera x-xewqa li jidħol Dumnikan. Missieru stagħġeb, għax kien jaħseb li Antonju kien għal Ġiżwita, u għalhekk talbu biex jagħmel l-eżerċizzi ta’ Sant’Injazju qabel ma jiddeċiedi. Waqt l-irtir ħass li hu kien għal Ġiżwita u daħal fl-1681.  Xtaq li jibagħtuh missjunarju l-Indja, iżda billi kien delikat f’saħħtu, bagħtuh Terni u Ruma jgħallem liż-żgħażagħ. Ordna ta’ tletin sena (1695), u reġa’ talab il-missjoni. Minflok bagħtuh Viterbo, Frascati u fl-inħawi fejn baqa’ sa mewtu jipprietka u jaħdem bħala missjunarju qalb il-poplu.  Kien jorganizza purċissjonijiet għall-penitenti u huwa kien jimxi quddiem b’salib tqil fuq spallejh u bil-ktajjen f’riġlejh. Wara li kienu jaslu fil-pjazza kien jipprietka. Kien jagħlaq b’ħuġġieġa ta’ stampi u kotba ħżiena. Ħafna kienu jikkonvertu tassew u jagħtu ruħhom għal opri tajba.  Biex il-ġid iseħħ, kien iwaqqaf kongregazzjonijiet tal-ħaddiema, tal- professjonisti, tan-neguzjanti, tal-mewt tajba - u b’hekk kien jikseb frott dejjiemi.  Matul għoxrin sena pprietka 448 missjoni fi tlettax-il djoċesi tal-Abruzzi u tar- Romagna. Ħafna prietki u struzzjonijiet kien jiktibhom u kien iżomm korrispondenza estiża.  Fl-1708, ipprietka r-Randan, Livorno. Wasal ħafi b’libsa mqatta’ bil-kaxxa fuq spallejh. Għall-ewwel il-fidili ma ridux imorru jisimgħuh. Fl-aħħar ħareġ rebbieħ u s-snin ta’ wara kellu jipprietka r-Randan f’xi waħda mill-ibliet ewlenin tal-Italja.  Ma kienx jorqod aktar minn tliet sigħat, fuq twavel, u kien isum tliet darbiet fil- ġimgħa.  Fl-1716, waqa’ ġuħ kbir fl-Italja Ċentrali: il-Beatu ħaseb għal erba’ mitt ruħ. Kien għad għandu 52, iżda mqadded bil-ħidma u bil-penitenzi ma felaħx aktar.  Miet Pofio, ħdejn Veroli, fis-7 ta’ November tas-sena ta’ wara, waqt missjoni Carpineto, fejn kien jgħix mal-familja Pecci.  Il-Papa Ljun XIII bbeatifikah fl-1893.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tielet Ktieb, kap. 44: Ibni, f’bosta drabi jeħtieġlek tqis li ma titqarraqx, u tagħmel ruħek b’mejjet fuq din l- art, bħallikieku mingħalik id-dinja msallba u mejta. Jeħtieġlek ukoll tkun attent għal bosta ħwejjeġ, u tfittex aktar x’inhu li jista’ jagħtik il-paċi. Aħjar iddawwar għajnejk minn fuq argumenti bla bżonn, u tħalli lil kulħadd bil-fehma tiegħu, milli toqgħod tagħti ruħek għat-tmerija u l-ġlied. Jekk tkun sewwa m’Alla, u dejjem tiftakar li hu għad irid jgħarblek, ma teħodhiex bi kbira li tħalliha tgħaddi tagħhom.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 61, l-1 punt A manager was accused of wasting the property of his employer, who called him and said: What is this that I hear about you? Give me an account of your management. SIGNUM FIDEI 17

You are in a holy work where God has placed you. You must be convinced that these words are addressed to you. At the close of each day and at the end of each performance of your work, you ought to reflect that God calls you to give him an account of the way you have behaved. For this reason you must reflect on and examine this account, so that you will always be ready to give it. You must act in such a way that God, to whom you have to make this report, will find no fault with it. If you wait to prepare your account until God comes to ask it of you, you must greatly fear that he will find you wanting.

TALBA Agħtina, mela li nifhmu sewwa kull ma ngħidu, dawwal il-fehma tagħna, agħmel li nibżgħu għall-ġieħ tal-ħwejjeġ li nitkellmu fuqhom, imliena bil-fidi fil-verità. Agħmel li ngħidu dak li nemmnu. San Ilarju, isqof u duttur tal-Knisja. Missierna ...

Is-Sibt, 8 ta’ Novembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt Beata Eliżabetta tat-Trinità – verġni Beatu Ġwann Duns Scotus - presbiteru San Goffredo – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 4: 10-19 Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini. 2. Salm 111: 1,2,5,6,8a,9 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Luqa 16: 9-15 Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru?

SAN GOFFREDO (1065-1115) - isqof  San Goffredo, li fostna aktarx insibuh Godfrey jew Geoffrey, twieled fi Soissons, fi Franza, fl-1065. Meta kien għad kellu biss ħames snin tqiegħed taħt il-kura tal-Abbati tal-Abbazija ta’ Mont-Saint-Quentin. Hu trabba hemm sakemm kiber u daħal raħeb.  Kien ordnat saċerdot u maħtur abbati (superjur) tal-Abbazija ta’ Notre Dame f’Nogent fid-djoċesi ta’ Rheims, li kienet fi stat ħażin ħafna, kemm f’dak li hu

18 SIGNUM FIDEI

bini kif ukoll f’dik li hi komunità. Hu reġa’ daħħal fiha d-dixxiplina, u bnieha mill- ġdid f’komunità li florixxit ħafna. Tant kien kbir is-suċċess li offrewlu l-abbazija għanja ta’ Saint-Rémi, imma hu rrifjuta għax, qal, “Mhux sewwa nitlaq mara fqira biex niżżewweġ waħda għanja.”  Fl-1104 il-kleru u l-poplu ta’ Amiens riedu li jkun il-mexxej tagħhom u għalhekk kien maħtur isqof ta’ din il-belt. Kellu dik il-ħabta 39 sena.  L-episkopat tiegħu kien fost ħafna diffikultajiet politiċi u reliġjużi ta’ kull xorta. Id-dixxiplina stretta, l-insistenza għaċ-ċelibat tal-kleru, u l-ġlieda kontra s- simonija (xiri jew bejgħ ta’ ħwejjeġ tal-Knisja), qanqlu oppożizzjoni qawwija kontrieh, sa anki kien hemm attentat fuq ħajtu. Is-sitwazzjoni li sab ruħu fiha kienet tant iebsa li anki stqarr ma’ ħabibu San Ivo ta’ Chartres, li kien jixtieq jirriżenja.  Bla ebda dubju, dan il-qaddis inkuraġġieh biex jibqa’ għaliex f’Novembru 1114 insibu lil Goffredo jitlaq u jgħaddi minn Cluny, il-famuża abbazija tal-benedittini, fi triqtu lejn il-Gran Ċertoża fejn kellu l-ħsieb li jgħaddi l-aħħar jiem ta’ ħajtu. Imma baqa’ hemm biss ftit xhur, imbagħad kien imġiegħel mill-konċilju ta’ Soissons li jirritorna lura lejn Amiens.  San Goffredo rritorna fid-djoċesi tiegħu fir-Randan tal-1115. Fit-8 ta’ Novembru tal-istess sena huwa miet fl-abbazija ta’ San Krispin u San Krispinjanu, fi triqtu għal Soissons biex ikellem lill-isqof metroplitan tiegħu. Kellu 50 sena.

Riflessjoni: Oħt għażiża, jeħtieġ li tħassar il-kelma ‘skuraġġament’ mill-vokabularju tiegħek tal- imħabba; aktar ma tagħraf id-dgħufija tiegħek, id-diffikultà biex tinġabar, aktar ma’ l- Imgħallem jidher moħbi, aktar għandek tifraħ għax aktar tkun qiegħda tagħtih, u mhux aħjar tagħti milli tirċievi meta wieħed ikun iħobb? Alla qal lil San Pawl: “biżżejjed għalik il-grazzja tiegħi, il-qawwa tiegħi tidher fejn hemm id-dgħajjef” (2 Kor. 12, 9), u l-qaddis kbir dan fehmu tant tajjeb li għajjat: “niftaħar minn qalbi l-aktar bid- debbulizzi tiegħi biex il-qawwa ta’ Kristu tgħammar fija”. X’jimporta għalhekk dak li nħossu? Hu l-immutabbli, Dak li ma jinbidel qatt: iħobbok illum, bħalma kien iħobbok ilbieraħ u bħalma se jħobbok għada. Beata Eliżabetta tat-Trinità, Ittra lill-oħtha

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 182, silta mit-2 punt If you carry out your ministry faithfully and work effectively and successfully for the salvation of the souls entrusted to you, persecution from the devil or from the world will always be your portion. If you hate the world and oppose its practices and maxims, be assured that it will also hate you and declare open warfare against you. Prepare to sustain this. By prayer more than by any other means, you will be able to prepare for this combat, because it belongs to God to fight in you and for you against the devil and the world. It can only be by his special help that you will overcome them both. Far from growing sad over this, rejoice because you are at war with them. When you are displeasing to men will be a sign that you are pleasing to Jesus Christ, for the world can love only those who love it and have the same practices that it has.

SIGNUM FIDEI 19

TALBA Verb etern, kelma ta’ Alla tiegħi, irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta biex nitgħallem kollox mingħandek. Beata Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 47: 1,2,8,9,12 Rajt l-ilma ħiereg mit-tempju. 2. Salm 45: 2,3,5,6,8,9 Tifraħ il-belt ta’ Alla. 3. 1Korintin 3: 9b-11,16-17 Intom it-tempju ta’ Alla. 4. Ġwanni 2: 13-23 Ġesù tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu.

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran f’Ruma. Din hi l-eqdem knisja ta’ Ruma u tgawdi l-ogħla ġieħ. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal- bini tagħha kif narawh illum sar fis-sekli sittax u sbatax, il-bażilka oriġinali tal-Lateran flimkien mal-palazz, il-battisteru u l-art ta’ madwarhom kienu parti mill-għotja tal- Imperatur Kostantinu lill-Knisja Rumana. Għal kważi 1000 sena, il-Papiet kienu joqogħdu fil-Lateran. Kien wara li l-Lateran inqered bin-nar u ġie traskurat meta l- Papiet marru f’Avignon li l-Vatikan sar u baqa’ l-għamara tal-Papa. L-isem oriġinali kien Bażilka tas-Salvatur, iżda biż-żmien ġie miżjud San Ġwann Battista u l-isem ġie aċċettat bħala San Ġwann Lateran. Il-festa tal-lum għandha grad għoli għax il- Lateran huwa l-Kattidral tal-Papa bħala isqof ta’ Ruma u għalhekk hija wkoll simbolu tal-awtorità universali tiegħu

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:  Din l-interpretazzjoni tat-tkeċċija mit-tempju tidher aktar ċara fi frażi ta’ Ġesù, li Ġwanni biss jgħidhielna f’dan il-kuntest, iżda imbagħad wieħed isibha wkoll imma f’forma mgħawġa fil-fomm tax-xhieda foloz fil-proċess ta’ Ġesù f’Mattew u f’Mark. Li frażi bħal din tirreferi għal Ġesù huwa bla dubju, u li għandha x’taqsam mat-tkeċċija mit-tempju huwa daqshekk ieħor ċar.  Ix-xhud falz fil-Vanġelu ta’ Mark jgħid li kien sema’ lil Ġesù jgħid: “Jiena nħott dan it-tempju mibni bl-idejn, u fit-tlett ijiem nibni ieħor li ma jkunx mibni bl- idejn!” (Mk 14: 58). Ix-xhud kien kważi eżatt kif kien tkellem Ġesù, imma 20 SIGNUM FIDEI

jagħmel żball f’punt deċiżiv: mhux Ġesù kien sa jkun li jħott it-tempju; dawk li għamlu t-tempju għar tal-ħallelin, urew il-qerda tiegħu, kif kien ukoll fi żmien Ġeremija.  Fi Ġwanni l-frażi vera hija hekk: “Ħottu dan it-tempju u fi tlett ijiem nerġa ntellgħu” (Ġw. 2: 19). B’din il-frażi Ġesù kien wiegeb għat-talba tal-awtoritajiet Lhud, b’sinjal, li bih hu kellu juri l-ġustifikazzjoni ta’ għemil bħal dak tat-tkeċċija mit-tempju. Is- ‘sinjal’ tiegħu huwa s-salib u l-qawmien mill-mewt. Is-salib u l- qawmien mill-mewt jiġġustifikaw bħala dak li jwaqqaf il-qima t-tajba. Ġesù jiġġustifika ruħu bil-passjoni – is-sinjal ta’ Ġona li jgħati lill-Israel u lid-dinja.  Imma l-frażi tmur aktar fil-fond. Bir-raġun kollu jgħid Ġwanni li d-dixxipli wara l- qawmien fehmu din il-frażi fil-fond tagħha, hekk kif ftakru fiha – meta l-Ispirtu s- Santu fakkar lill-kommunità tad-dixxipli, lill-Knisja, u dawlilhom moħħom.  Iċ-ċaħda ta’ Ġesù, it-tislib tiegħu, jfisser fl-istess ħin it-tmiem ta’ dan it-tempju. Żmien it-tempju għadda. Qima ġdida ġejja f’tempju mhux mibni b’idejn in-nies. Dan it-tempju huwa Ġismu – l-Irxoxt, li jiġbor il-ġnus u jgħaqqadhom fis- sagrament ta’ Ġismu u Demmu. Hu nnifsu huwa t-Tempju l-Ġdid tal-umanità. It-tislib ta’ Ġesù huwa fl-istess ħin il-qerda tat-tempju l-qadim. . Bil-qawmien tiegħu jibda mod ġdid ta’ kif wieħed iqim lil Alla, mhux aktar fuq din jew dik il- muntanja, imma “fl-ispirtu u l-verità” (Ġw. 4: 23). Papa Benedittu XVI, silta mill-ktieb Ġesu ta’ Naħaret (Pub, RUĦ)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 200, silta mill-1 punt As told in the Acts of the Apostles, every day, both in the Temple and in homes, they never stopped teaching and proclaiming Jesus Christ. It followed that every day the Lord increased the number of faithful and the union of those who were being saved… The zeal that the holy Apostles had to announce the teaching of Jesus Christ caused the number of disciples to increase, so they chose seven deacons to distribute alms to the faithful and take care of their other needs, so greatly did these holy Apostles fear to encounter any obstacles able to distract them from preaching the word of God. If the holy Apostles acted this way, it was because Jesus Christ had given them the example, for it is said of him that he was teaching every day in the Temple, where all the people listened to him with attention, and at night he would withdraw and go to pray on the Mount of Olives.

TALBA Mulej Alla, aħna nsebbħuk permezz tat-tempji li nibnu b’idejna, għall-glorja tiegħek. Iżda wisq aktar nixtiequ nsebbħuk bit-tempju ta’ ġisimna li hu aħna nfusna. Missierna ...

SIGNUM FIDEI 21

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru San Iljun il-Kbir - Papa u duttur tal-Knisja Sant Andrija Avellino - konfessur

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.Titu 1: 1-9 Aħtar presbiteri f’kull belt, skont ma ordnajtlek. 2. Salm 23 : 1-6 Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. Luqa 17: 1-6 Jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: ‘Jisgħobbija,’ aħfirlu.

SANT ANDRIJA AVELLINO (1521-1608) - konfessur  Twieled Castronovo, fin-Naplitan. Tawh l-isem ta’ Lancellotto. Wara li beda l- iskola beltu, mar jistudja letteratura u filosofija Venezja. Billi kien sabiħ, ried jilbes ta’ abbati biex iħares is-safa’.  Ħa t-tonsura u mar Napli jistudja l-liġi ċivili u kanonika. Hawn ħa d-dottorat, ħa l-quddies u beda jaħdem fil-qorti ekkleżjastika.  Waqt li darba kien jiddefendi kawża qal gidba. Malajr intebaħ bil-periklu tal- karriera tiegħu, qatagħha li jħalliha u li jagħti ruħu għall-ministeru saċerdotali.  Bil-ħeġġa tiegħu għamel ġid hekk kbir lill-erwieħ, li fl-1556 il-Kardinal Ribiba fdalu f’idejh ir-riforma tas-Sorjiet Benedittini ta’ Baiano.  Hawn il-ħidma tiegħu ma kellhiex suċċess minħabba r-reżistenza ta’ bosta sorijiet u ħbieb tagħhom li kienu jżuruhom, hekk li fl-aħħar l-Arċisqof ta’ Napli kellu jagħlaq il-kunvent.  Sadattant, Dun Lancellotto, diżgustat mid-dinja, xtaq jingħaqad aktar ma’ Alla u jsir reliġjuż. Daħal mal-kjeriċi regulari Teatini, imwaqqfin Napli minn San Gejtanu xi 30 sena qabel.  Kellu 35 sena, u mal-bidla ta’ ħajtu biddel ismu u ħa l-isem ta’ Andrija. Baqa’ erbatax-il sena Napli, fejn għall-ħeġġa tiegħu fil-ħajja spiritwali tar-ruħ ħatruh l- ewwel majjistru tan-novizzi u mbagħad superjur.  Fost dawk li hu ħareġ kien hemm il-Patri Scupoli, l-awtur tat-‘‘Taqbida tar- Ruħ’’. Iż-żelu tiegħu għar-riforma ġie magħruf minn bosta, fosthom il-Kardinali Aresio u San Karlu Borromeo.  Dan talbu fl-1570 biex jiġi jiftaħ kunvent Milan. Warajh fetaħ dar oħra Pjaċenza, fejn ikkonverta bosta nisa nobbli, li xi wħud minnhom saru sorijiet. Fl-1582 mar lura Napli, fejn reġa’ sar superjur tal-kunvent ta’ San Pawl.  Minn hawn fetaħ djar oħra tat-Teatini f’bosta djoċesijiet oħra tal-Italja. Il-prietki tiegħu kisbu bosta konverżjonijiet ta’ midinbin kbar.  Jingħad li għamel bosta mirakli f’ħajtu: fosthom il-każ ta’ wieħed li ma kienx jemmen bil-Preżenża Reali, u li wara li tqarben għar-rispett uman ħeba l-Ostja ġol-maktur li mbagħad sabu mċappas bid-demm.

22 SIGNUM FIDEI

 Mar iqerr għand il-qaddis, li ppublika l-fatt bla ma semma l-isem tal-penitent. Fl-1590 il-Papa Girgor XIV ried jaħtru isqof, iżda l-qaddis tant talbu biex iħallih sempliċi membru li l-Papa ħallieh.  Fl-10 ta’ Novembru, ta’ 87 sena, il-qaddis tah attakk apopletiku waqt li kien ser jibda jqaddes, u miet wara nofsinhar.

Riflessjoni:silta minn omelija ta’ San Ljun il-Kbir: “... Għeżież, hija diffiċli għall-bniedem li jemmen dak li ma jarax u li jittama f’dak kollu li ma jafx. Għalhekk dawk li kellhom jiġu mħarrġa għat-tradizzjonijiet divini, kien jeħtieġ li jibbenifikaw b’mirakli li jaraw b’għajnejhom u jmissu bi jdejhom, biex b’hekk ma jkollhom l-ebda dubju mill-unità sħiħa tat-tagħlim ta’ Ġesù meta jesperjenzaw il- ħlewwa tal-poter tiegħu. B’hekk Alla għażel li jfejjaq lill-bniedem fiżikament, bħala introduzzjoni għall-fejqan internament. Sabiex wara li jfejjaq il-ġisem jkun jista’ jikkura r-ruħ ...”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.74, silta mit-3 punt When God placed you in community, he gave you responsibility for a burden that is difficult to bear. What is that burden? It is the defects of others… God gives you the example for this by putting up with so much from you and by still suffering so much from you every day. You have committed a great many sins against God, although you are indebted to him for so many graces. Nonetheless, provided that you have recourse to God, he will pardon you everything, but only on this condition, he says, that you too pardon your Brother of everything and have no resentment toward him for all the trouble he has given you and will give you. This is what God tells us in today’s Gospel; this is its prelude and its conclusion. If you are unwilling, then, to suffer anything from your Brothers, God will not endure anything from you, and he will punish you severely for what you have done against him. On the contrary, if you endure everything from your Brothers, God will pardon you everything you have done against him. You will be measured, he says elsewhere, by the same measure you use to measure others.

TALBA Mulej tiegħi, għad li ma jistħoqqlix u għad li jien bniedem midneb, int bgħattli dan il-faraġ mis-sema.

Jien inroddulek mill-ġdid lura, ħu ħsiebu inti, inkella nħossni qisni ħalliel li nisraq it-teżor tiegħek biex inżommu għalija. Ammen. San Bonaventura Missierna... Nitolbu għal Bro. Domnic Rosso (2011) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

SIGNUM FIDEI 23

It-Tlieta, 11 ta’ Novembru San Martin ta’ Tours - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Titu 2: 1-8.11-14 Ngħixu bit-tieba, u nistennew it-tama hienja u d-dehra tal-glorja tal-kbir Alla u Salvatur tagħna, Ġesù Kristu. 2. Salm 36 : 3,4,18,23,27,29 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej. 3. Luqa 17: 7-10 Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.

SAN MARTIN ISQOF TA’ TOURS (316-397)  Twieled fil-belt ta’ Sabarja, fil-Pannonja, l-Ungerija tal-lum, madwar is-sena 316. Imma l-familja marret tgħix Pavia fl-Italja ta’ Fuq u bħal missieru, Martinu, li kien għadu pagan sar suldat, anke kontra qalbu.  Jingħad li kien fil-belt ta’ Amiens fi Franza ta’ Fuq meta ta nofs il-mantell tiegħu lil wieħed fqir li kien iterter bil-bard. Kien għadu katekumenu, imma ma damx ma sar nisrani u iktar tard ħalla l-armata u sar id-dixxiplu ta’ Sant’ Ilajrju, isqof ta’ Poitiers.  Imkeċċi minn Milan mill-Isqof Arjan Auxentius, mar jgħix ta’ eremit fil-gżira żgħira ta’ Gallinarja qrib Genova. Imma fis-sena 360 irritorna Poitiers, u ftit wara, waqqaf l-monasteru ta’ Ligugè, l-ewwel monasteru fi Franza, li wara sar monasteru Benedittin, u l-lum jinsab għand il-Benedittini ta’ Solesmes.  Fis-sena 371, inħatar isqof ta’ Tours, fejn wera ruħu l-veru ragħaj tal-erwieħ. Ukoll bħala isqof, baqa’ jgħix ħajja ta’ patri, anzi kien joqgħod barra minn Tours f’post jismu Marmoutier, li ma damx ma sar abbazija famuża li għadha teżisti sal-lum.  Ħadem kemm felaħ mhux biss kontra l-ereżija ta’ Arju imma wkoll kontra l- Prixxiljanisti.  San Martin miet fit-8 ta’ Novembru 397, imma l-festa tiegħu ssir fil-11 tax- xahar, il-jum tad-difna tiegħu f’Tours. L-Isqof San Brizju, li laħaq floku f’Tours, bena kappella fuq qabru, li llum hi l-bażilika sabiħa ta’ Tours, li tħares il-fdal tiegħu.  Hu l-ewwel qaddis li mhux martri li ġie meqjum fil-Knisja tal-Punent.

Riflessjoni: Jekk nifhmu l-promozzjoni tal-“Jien” tiegħi f’sens assolut, bilfors naslu biex niċħdu lill- oħrajn, li nqisuhom bħala għedewwa li rridu niddefendu ruħna minnhom. B’dan il- mod is-soċjetà ssir ġabra ta’ individwi wieħed ħdejn l-ieħor bla ebda rabtiet bejniethom: kulħadd irid jiġi hu ’l quddiem, u ma jimpurtahx mill-oħrajn, anzi jrid li l- interessi tiegħu biss ikunu quddiem. Iżda quddiem interessi l-istess tal-oħrajn, wieħed irid jara jsibx xi kompromess jekk irid li fis-soċjetà jkollu l-garanzija ta’ dik il- 24 SIGNUM FIDEI libertà kollha li jista’ jkollu. Tispiċċa b’hekk kull riferenza għall-valuri komuni, għall- verità assoluta għal kulħadd. Il-ħajja komuni tibda miexja fuq ir-ramel jiżloq tar- relattiviżmu sħiħ. Hekk kollox isir negozju, kollox isir bi ftehim, sal-istess l-ewwel dritt fundamentali tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja. San Ġwanni Pawlu II - Papa, silta mill-Enċiklika Evangelium vitae

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 189, silta mit-2 punt In seclusion Saint Martin gave himself entirely to God, devoted himself to prayer with much fervor, and acquired a great habit of remembering the presence of God. In seclusion we learn to find God. There we come to enjoy God through the ease we have to practice prayer after we have severed all communication with the world. Also by these means, Saint Martin prepared to do great things, especially by filling himself with the Spirit of God and with zeal, which was necessary for him to labor as usefully as he did for the salvation of souls. Because you need both these things, you also need seclusion and separation from the world, for neither of these things can be found in the world. The world, as Jesus Christ says, cannot receive the Spirit of God, because it does not know him and because the maxims and practices that the Spirit of God inspires are entirely opposed to those of the world.

TALBA (biex inkompli niġġieled għal Alla) Mulej, jekk il-poplu tiegħek għad għandu bżonn is-servizz tiegħi, jien ma nwarrabx mit-toqol tax-xogħol. Ir-rieda tiegħek tkun magħmula, u jien niġġieled it-taqbida t-tajba. Madanakollu jekk inti tridni nkompli niġġieled fuq quddiem biex niddefendi l-kamp tiegħek, ma nitolbok qatt li niġi skużat waqt li saħħti tippermettili. Jien inkompli nagħmel ix-xogħol li fdajtli. Waqt li int tkompli tikkmanda, jien nibqa’ niġġieled taħt il-palju tiegħek. Ammen. San Martin ta’ Tours

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 25

L-Erbgħa, 12 ta’ Novembru San Teodoru Studita - abbati San Ġozafat - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Titu 3: 1-7 Konna darba bla moħħ, iżda Alla salvana minħabba l-ħniena tiegħu. 2. Salm 22: 1-6 Il- Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Luqa 17:11-19 Ma kien hemm ħadd minnhom li reġa’ lura biex jagħti glorja ’l Alla ħlief dan il-barrani!

SAN ĠOSAFAT ISQOF TA’ POLOTSK (1582-1623)  Ġosafat Kunsevich twieled Vladimir fir-Russja tal-lum madwar is-sena 1582. Fl-1604, daħal patri ta’ San Bażilju fil-monasteru tas-Ssma. Trinità ta’ Vilna fil- Litwanja u fl-1614 sar abbati.  Fl-1617, laħaq arċisqof ta’ Polotsk, fejn ħadem bla mistrieħ għall-għaqda tal- Ortodossi Xiżmatiċi mal-Knisja Kattolika.  F’Ottubru 1623, mar fil-belt ta’ Vitebsk, fejn safa maqtul għall-fidi Kattolika fit- 12 ta’ Novembru 1623, fl-età ta’ madwar 41 sena. Kien ilu biss seba’ snin arċisqof.  Bħal Ġesù fil-Ġetsemani, meta tfaċċaw l-għedewwa biex joqtluh bix-xwabel, il- qaddejja tiegħu ppruvaw jiddefenduh u sfaw imsawtin. San Ġosafat qalilhom:‘‘Uliedi, għax qed isawtu l-qaddejja tiegħi? Jekk tridu lili, hawn jien.’’  Il-Papa Piju IX mar jgħoddu mal-qaddisin, l-ewwel Kattoliku ta’ rit Orjentali kkanonizzat solennement, fid-29 ta’ Ġunju, 1867, fiċ-Ċentinarju tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl.  Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Ruma, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, fuq l- altar ta’ San Bażilju.

Riflessjoni: Bħala dixxipli ta’ Kristu, Alla stess jafdalna li nxandru l-kelma tiegħu. Alla stess jagħtina din ir-responsabbilità li l-kelma ħajja tiegħu nieħdu minnha l-ossiġnu għall- fidi tagħna u ngħadduha lill-oħrajn għall-għajxien ħaj u qawwi. Il-ħlas ta’ dan ix- xogħol jagħtihulna Alla u dan ix-xogħol mhux biss fdat għall-missjunarji li jmorru fl- artijiet imbiegħda, iżda anki għalik biex tibda minn darek ixxandar il-Vanġelu ta’ Ġesù. U li xxandar ifisser li tgħix għax il-mod ta’ ħajja tal-evanġelju huwa l-mod li n- nies jarawna ngħixu l-istess Vanġelu, l-istess kelma li tagħti l-ħajja, l-istess kelma li tibni ċiviltà ta’ mħabba mdawrin mill-kultura tal-mewt. Dan iġegħelna nsiru dgħajfin biex jidher fina aktar Ġesù. Fr. Charles Fenech, Mitt Minuta mal-Mulej

26 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.66, silta mit-3 punt In the Old Law, when lepers were cured, they were commanded to offer a sacrifice before associating with others, in order to purify themselves exteriorly of the legal impurity contracted by leprosy. This sacrifice is a symbol of the mortification that Jesus Christ recommends as a remedy for the lepers we are speaking about, those who are afflicted by the leprosy of impurity or who are attacked by the impure devil. Jesus Christ even says that we cannot be completely cured of this infirmity or entirely delivered from these temptations except through fasting, that is, mortification. By this sacrifice we offer God our body, to use an expression of Saint Paul, as a living victim, holy and acceptable to God. Mortification procures for us this advantage, to make the body share in the life of the spirit, which made Saint Paul also say: If by the Spirit you mortify the flesh and all its actions, you will live. On the contrary, as the same Apostle adds, if you live according to the flesh and if you give in to the flesh to satisfy its senses, you will die. Impurity, in other words, by making you die to the life of grace, will pervert your spirit and make it in some way wholly material, and your soul will become like that of animals.

TALBA Missier, f’idejk nintelaq jiena, agħmel minni dak li jogħġbok. Nizzikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: jien lest għal kollox, nilqa’ kollox. Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fija, u fil-ħlejjaq kollha tiegħek. Ma nixtieq xejn aktar, Mulej. F’idejk jien nitlaq ruħi; Nagħtihielek bl-imħabba kollha ta’ qalbi, Għax jien inħobbok, Mulej, u għalhekk inħoss il-ħtieġa li nagħti lili nnifsi lilek, Li nintelaq f’idejk għal kollox u b’kunfidenza bla tarf, għax int Missieri. Charles de Foucald

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 27

Il-Ħamis, 13 ta’ Novembru San Stanislaw Kostka - reliġjuż Santa Agostina Pietrantoni - verġni San Diegu minn Alcalà Beatu Artemidis Zatti - reliġjuż San Nikola I – Papa u konfessur

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filemon 7-20 Ilqgħu, mhux bħala lsir, imma bħala ħuk għażiż. 2. Salm 145: 7-10 Hieni min f’Alla ta’ Ġakobb isib l-għajnuna tiegħu. 3. Luqa 17: 20-25 Is-saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.

SAN STANISLAW KOSTKA - (1550-1568) konfessur u novizz Ġiżwita.  Kien it-tieni wild ta’ Ġovanni Kostka, senatur tal-Polonja. Twieled fil-kastell ta’ Rostkovo, u flimkien ma’ ħuh, Pawlu, sentejn akbar minnu, studja d-dar, u mbagħad, ta’ 14, mar miegħu l-kulleġġ tal-Ġiżwiti, Vjenna.  Kien mogħti minn ċkunitu għat-talb u għall-istudju, u ma kienx jisma’ kliem mhux xieraq bla ma jħossu ħażin. Sħabu fil-kulleġġ, kienu jistagħġbu bid- devozzjoni u bil-ġabra tiegħu.  Ħuh kien ta’ sikwit jiddieħek bih u jsawtu. Iżda Stanislaw ma qatax qalbu: anzi darba wieġbu: ‘‘Ġurnata għad naħrab u mbagħad ikollok tfisser lill-papa’ u lill- mama’ għax ħrabt’’. Kien jitqarben il-Ħdud u l-btajjel, isum il-jum ta’ qabel, u dejjem f’kamartu jitlob jew jistudja.  Wara kważi sentejn marad u xtaq jitqarben. Sid id-dar, Luteran, ma riedx; iżda f’dehra ġew iqarbnuh żewġ anġli. F’dehra oħra, il-Madonna qaltlu li mewtu kienet għadha ma waslitx u li kellu jidħol Ġiżwita. Malli fieq, talab lill-Provinċjal, Patri Maggi; iżda dan beża’ jaċċettah Vjenna, billi missieru ma kienx irid. Allura l-qaddis qatagħha li jitlaq bil-mixi għal Ruma, 350 mil.  Wara li waqaf Dillingen, fejn il-Provinċjal Canisju żammu tliet ġimgħat, telaq għal Ruma ma’ tnejn oħra, fejn il-Ġeneral Borġia aċċettah. Libes ta’ novizz fit- 28 ta’ Novembru 1567, ta’ sbatax. Ħa bħala dmiru li jaqdi dmirijietu kollha bil- perfezzjoni. Ħajtu saret orazzjoni kontinwa.  L-imħabba ta’ Ġesù Sagramentat kienet tidher fix-xegħla ta’ wiċċu meta jidħol il-kappella. Iżda dan il-mudell tan-novizzi ma kellux ħlief disa’ xhur ħajja. Ftit jiem qabel mewtu ħabbar li għandu jmut fil-festa tal-Assunta.  Miet fit-tlieta ta’ filgħodu tal-15 ta’ Awwissu. Ħuh Pawlu kien wieħed mix- xhieda prinċipali fil-proċess għall-kanonizzazzjoni: ta’ sittin sena talab li jidħol Ġiżwita.  Il-Papa Benedittu XIV kkanonizzah fl-1726.

28 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, Ir-Raba’ Ktieb, kap. 13: Oh, li kont nista’ sinjur, insib lilek waħdek, u miegħek b’qalbi kollha ngawdik. Daqskemm tixtieq ruħi u b’hekk ħadd ma jkun jista’ jmerini, u ebda ħaġa maħluqa ma tkun tista’ tqanqalli qalbi u tixħet għajnejha fuqi; imma int biss tkun tkellimni u jien inkellem lilek biss, kif il-maħbub jitħaddet mal-maħbuba tiegħu u kif il-ħabib jgħix qalb waħda mal-ħabib tiegħu!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 202, silta mit-2 punt Because the majority of your disciples are born poor, you must encourage them to despise riches and to love poverty, because our Lord was born poor and loved the poor, with whom he was also glad to be present. He even said that the poor are blessed, because the kingdom of heaven belongs to them. These are the kinds of maxims and practices you must continually inspire in your disciples if you have any zeal for their salvation. This will be the way you will show how zealous you are for the glory of God. Because these maxims can come only from God (being contrary to human inclination), it is a mark of zeal for the honor and glory of God to inspire children to put them into practice.

TALBA L-Att tat-Tama Mulejja, għaliex inti tista’ kollox, kollok ħniena u qatt ma tonqos mill-wegħdiet tiegħek, jiena nitma li tagħtini l-maħfra ta’ dnubieti u l-Ġenna, li inti, għall-merti ta’ Ġesù Kristu, wgħedt lil min jagħmel opri tajba, hekk kif jiena nipproponi li nagħmel bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, li minnek nittama għaliex inti tjieba infinita. Ammen. Missierna ...

Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru San Nikola Tavelić u sħabu - martri San Ġużepp Pignatelli - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġwanni 2: 4-9 Min jibqa’ fit-tagħlim, għandu l-Missier u l-Iben fih. 2. Salm 118:1,2,10,11,17,18 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 3. Luqa 17: 26-37 Hekk ikun il-jum li fih jidher bin il-bniedem. SIGNUM FIDEI 29

SAN NIKOLA TA’ VELIC U S}ABU MARTRI (ċ1340-1391)  Twieled fil-belt ta’ Sibenik, fil-Kroazja, madwar l-1340. Daħal mal-Franġiskani Konventwali ta’ belt twelidu u sar saċerdot madwar l-1365.  Għal 20 sena ħadem fil-Bosnija kontra l-ereżija tal-Patareni u tal-Manikej. Imma meta t-Torok daħlu fis-Serbja u fil-Kroazja, San Nikola deherlu li l-aħjar ħaġa li kellu jagħmel kienet li jmur missjunarju fl-Art Imqaddsa, biex jikkonverti lill-Misilmin.  Telaq għalhekk ma’ tliet patrijiet oħra, Dijodatu minn Rodez (Franċiż), Stiefnu minn Cuneo (Taljan), li dawn kienu konventwali bħalu, u Pietru minn Norbonne (Franċiż ukoll), li dan kien dixxiplu tal-Beatu Pauluccio Trinci, il- fundatur fl-1368, tar-Riforma Osservanti.  Għexu għal xi żmien fil-kunvent ta’ Sijon, ħdejn iċ-ċenaklu. Imma fil-11 ta’ Novembru 1391, marru fil-Moskea ta’ Omar, mibnija flok it-tempju ta’ Ġerusalemm, u b’kuraġġ li ma jitwemminx, qalu lill-Qadi, li jekk ma jsirx nisrani, ma jistax isalva. Il-Qadi wieġeb li jekk huma ma jsirux Misilmin jieħdu l-mewt.  Wara tlett ijiem, dawn l-erba’ Franġiskani mietu martri għal Kristu, imqattgħin biċċiet bix-xwabel. Il-metodu tagħhom illum ma nifhmuhx, imma huma fil-fatt ħadu l-mewt biex ixandru lil Kristu.  Għalhekk il-Papa Pawlu VI mar jikkanonizzahom fil-21 ta’ Ġunju 1970.  Il-fdal ta’ San Nikola Tavelic jinsab meqjum fil-knisja ta’ San Franġisk ta’ Sibenik, tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Konventwali.

Riflessjoni: Fakkarni, o Sinjur, li kollox frugħa, kollox mumentanju; iva kollox! Saħħa, flus, glorji, gosti, simpatija, tifħir, tlellix u l-bqija li hawn fid-dinja, li mhumiex minnek iżda mill- malizzja tal-għedewwa; kollox konkupixxenza (xenqa għall-pjaċiri tal-ġisem) tal- għajnejn, suppervja tal-ħajja, u konkupixxenza tal-laħam, li kollha jgħaddu f’għamża t’għajn. San Ġorġ Preca

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.205, silta mill-1 punt If you want to prevent the account that you must give from becoming heavier with the passage of time, make one every day to yourself. Examine before God how you are conducting your work and whether you are failing in any of your duties. Come to see clearly who you are. Find fault accurately and unsparingly, so that when Jesus Christ comes to judge you, you will be able to face his judgment without being afraid. For when he comes, he will find nothing to condemn in you, because you will have anticipated his judgment, regarding not only your own person but also the talents and the graces you have received from God to fulfill well the service that he assigned to you.

30 SIGNUM FIDEI

AĦSEB U ITLOB X'jiswielek li int avukat jekk wara mewtek ma tistax tiddefendi l-kawża tiegħek? X’jiswielek li inti arluġġar, jekk wara mewtek ma tkunx tista’ tmexxi ’l quddiem jew lura, mqar għal sekonda waħda, l-arloġġ tal-eternità? X’jiswielek li inti bennej tajjeb, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi tneħħi minn fuqek dawk l-erba` xorok li jkunu jgħattuk? X’jiswielek li inti għandek persuntek sabiħa, jekk wara mewtek issir tant ikrah li jfittxu jaħbuk fit-trab? X’jiswielek li inti għandek flus kemm trid, jekk wara mewtek ma tkunx tista’ ssarrafhom fil-bank tal-ġenna? X’jiswielek li inti tikkmanda u tbeżża’ ’l kulħadd, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi tikkmanda d-dud li jkun għaddej minn fuqek? X’jiswielek li fid-dinja tgawdi fama tajba, jekk wara mewtek issib li għandek fama ħażina quddiem minn ħalqek? Mela fil-ħajja kull ma għandek tagħmel huwa tgħix ħajja tajba u l-bqija ħallih f’idejn l-Imgħallem.:

Missierna ...

Is-Sibt, 15 ta’ Novembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt San Albertu l-Kbir - isqof u duttur tal-Knisja Beata Madalena Morano - verġni Beata Marija tal-Passjoni - fundatriċi tal-Franġiskani Missjunarji ta’ Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġwanni 3: 5-8 Aħna fid-dmir li nilqgħu lil ħutna, ħalli b’hekk nissieħbu magħhom fil-ħidma għat-tixrid tal-verità. 2. Salm 111:1-6 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Luqa 18: 1-8 Alla jagħmel ħaqq lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar.

SAN ALBERTU L-KBIR – (ċ1206-180) isqof u duttur tal-Knisja San Albertu l-Kbir twieled f’Lauingen f’xatt id-Danubju, fil-Ġermanja, għall-ħabta tal- 1206. Studja Padova u Pariġi. Daħal fl-Ordni tal-Predikaturi u għallem f’ħafna postijiet. Sar isqof ta’ Regensburg u tħabat bla heda għall-paċi bejn il-popli u l-istati. Kiteb ħafna kotba ta’ għerf kbir fuq it-teoloġija u x-xjenzi naturali. Miet f’Köln fl-1280.

SIGNUM FIDEI 31

BEATA MADDALENA MORANO – (1847-1908) verġni  Maddalena Caterina Morano twieldet f’Chieri, fil-provinċja ta’ Turin, l-Italja, fil- 15 ta’ Novembru 1847. Meta kellha biss 8 snin miet missierha u hi bdiet tgħin lil ommha fix-xogħol, biex trabbi lill-familja.  Bil-għajnuna ta’ zijuha, kompliet l-istudji tagħha u ta’ 17-il sena kisbet iċ- ċertifikat ta’ għalliema.  Ta’ 19-il sena bdiet tgħallem f’Montaldo Torinese, u għamlet hemm 14-il sena. Kienet għalliema kompetenti ħafna u kisbet stima u rispett kbir min-nies tal- post.  Maddalena, fuq il-parir tad-direttur spiritwali tagħha, marret tkellem lil Don Bosco, li diġà kienet għamlet konoxxenza tiegħu f’Asti xi 16-il sena qabel.  Dan idderiġiha biex tmur tgħallem Mornese għand is-sorijiet u Madre Mazzarello laqgħatha b’idejha miftuħa.  Fl-1880, ikkonsagrat ruħha lil Alla u ħadet il-voti perpetwi u fl-1881, l-arċisqof ta’ Katanja bagħatha tieħu ħsieb dar ta’ tagħlim fi Trecastagni, fejn mexxiet għal 4 snin.  Reġgħet marret Turin u kienet direttriċi tal-kommunità ta’ Valdocco, iżda damet biss sena, għaliex reġgħet inbagħtet Sqallija bħala direttriċi. Kellha l-impenn li tifforma komunitajiet ġodda ta’ sorijiet qaddisa. Ma’ Sqallija kollha rnexxielha tiftaħ skejjel, orfanatrofji, oratorji, residenzi għal studenti u żgħażagħ u werkxops. Il-katekisti kollha ta’ Katanja kienu taħt is-superviżjoni tagħha.  Iż-żelu u l-ispirtu ta’ kommunità li kienet toħloq madwara, nibbtu ħafna vokazzjonijiet. Kellha devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u Marija l-Għajnuna tal-Insara, li kienu jiggwidawha f’kull biċċa xogħol li hija twettaq. Kienet timxi ħafna fuq il-kariżma ta’ Don Bosco.  Hija mietet bil-kankru fis-26 ta’ Marzu tal-1908, f’Katanja. Sa mewtha kienet ħalliet 18-il dar fi Sqallija, 142 soru, 20 novizza u 9 postulanti.  Fil-5 ta’ Novembru 1994, il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, ibbeatifikaha, f’Katanja. Il-fdalijiet tagħha jinsabu għall-qima, f’Terme ġewwa Messina.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tielet Ktieb, kap. 48: L-anġli u l-qaddisin jafu jgħidu x’hena fih dak il-jum u wlied Eva jibku u jolfqu l-imrar ta’ dil-ħajja. Il-ġranet ta’ dil-ħajja huma qosra, mimlijin b’kull gwaj, għali u mizerji; u fihom id-dnubiet ikasbru ruħ il-bniedem, il-passjonijiet idejquh, il-biża’ jħabbtu, il- ħsibijiet jgħajjulu moħħu, il-kurżità taljenah, il-frugħa tgħabbih, id-dlam jagħmih, it- taħbit ikissru, it-tentazzjonijiet jgħajjuh, it-tpaxxija tħallih bla ħila ta’ xejn u l-faqar jgħakksu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.1, silta mit-2 punt It is not only the wicked who need to be afraid of the Last Judgment because of the evil life they have led. It will be a harrowing experience for the good as well as the wicked, says Saint Augustine. For, asserts Saint , there will be few, in fact there will be none, in that general gathering who will not deserve to be reproved with severity and anger by the Judge. This is why, he adds, there is no soul that does not 32 SIGNUM FIDEI fear God’s judgment, for the stars themselves, meaning the saints, will not be pure in his presence. It will be very difficult, this holy doctor continues, to find anyone pure and irreproachable enough to appear before this Judge with assurance and dare to say, who will convict me of sin? Because of this, says Saint Ephrem, all creatures will be penetrated with fear, and all the legions of holy angels will shudder on the great day of the Lord’s vengeance.

TALBA O Missier, kollok imħabba, agħtina l-kuraġġ li nsaqsuk bosta drabi. Ħarisna minn fidi bierda u bla kuraġġ. Missier tas-sema, agħtina l-għajnuna biex ikollna l-fidi. Għinna nfittxuk lejl u nhar, mhux biex nitolbuk b’jedd, imma biex nirringrazzjawk u nqimuk. Ammen. Heather King

Missierna ...

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru It-33 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Proverbji 31: 10-13,19,20,30,31 Mara ta’ ħila taħdem minn qalbha b’idejha. 2. Salm 127 :1-5 Hieni kull min jibża’ mill-Mulej. 3. 1Tessalonikin 5: 1-6 Tħallux li Jum il-Mulej jeħodkom għal għarrieda. 4. Mattew 25: 14-30 Int kont fidil fil-ftit: idħol fil-hena ta’ sidek.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:  L-istudju lajk ta’ din il-parabbola tant ħa fama li bidel it-tifsira tal-kelma talent f’dak ta’ kapaċita jew ġenju, imma kif jispjegalna l-biblista Rinaldo Fabris, “hija interpretazzjoni li tesprimi tajjeb l-etika tan-negozju u tal-kummerċ” li fit-talenti tara kwalitajiet umani u ġid materjali u morali li jiġu sfruttati biex jintlaħaq is- suċċess u jqis l-għażż bħala l-agħar vizzju għax jirrendi l-ħajja inutli. Interpretazzjoni tajba imma mhix f’postha għax tinjora lill-protagonist, li mhumiex il-flus, lanqas it-tlett qaddejja imma s-sid li peress li ried jitlaq għal żmien twil, iqassam ġidu lill-qaddejja b’kejl differenti għal kull wieħed, skont kriterji li ma nafuhomx.

SIGNUM FIDEI 33

 Propju l-mod kif iġib ruħu s-sid li jagħti s-sens lir-rakkont: fil-fatt hu mhux biss jissogra ġidu kollu f’idejn il-qaddeja, imma jagħmel dan b’ħela li fid-dinja tan- negozju ma jeżistix. Talent, fil-fatt, ma kienx munita, imma kwantita ta’ deheb u fidda li kienet tvarja bejn il-35 u 60 kilo. Jagħmel dan b’liberta kbira li turina kemm kien jaf lid-dipendenti tiegħu tajjeb tant li joqgħod attent għall- limitazzjonijiet tagħhom. Hawnhekk għandna sid kapaċi jafda bla kundizzjonijiet, u ħali fil-ġenerożita tiegħu, li ma jikkorrispondi xejn ma dak li jagħtina x’nifhmu il-qaddej għażżien.: “Sinjur lilek nafek bħala raġel aħrax, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx”. Ġudizzju li ma nistagħġbux bih peress li ġej mingħand l-uniku wieħed li radd lura dak li ħa mingħajr m’għamel ebda sforz; ma tistenniex ġenerożita fil-ġudizzju minn min ma jafx jgħix bil- ġenerożita.  Madankollu l-ikbar nuqqas tal-qaddej għażżien mhuwiex l-għażż, anqas li ma qala xejn, imma li ma fehemx – ma riedx jifhem – sidu x’tip ta’ bniedem kien u ma ġabx ruħu kif kien imissu; għaliex quddiem din it-tip ta’ mġieba (tas-sid) ir- risposta kkalkulata tal-qaddej tidher bħala insult. Il-parabbola trid turina li f’din id-dinja mibnija fuq l-ekwilibriżmu medjokri tal-liġijiet u tal-ġustizzja, mal-miġja ta’ Ġesu daħal fid-dinja kriterju ġdid dak tal-grazzja divina, li bħala stil għandha l-fiduċja fi bniedem li anqas hu kapaċi jafda lilu nnifsu. Bħala kriterju għandha l-ġenerożita bla rażan, li kapaċi xxejjen l-iskemi kollha ta’ ‘nagħtik xi ħaġa biex imbagħad tagħtini xi ħaġa lura’: u bħala garanzija Alla jitlobna mġieba responsabbli li taqbel,u li tixraq lir-relazzjoni tagħna miegħu, li noqogħdu quddiemu bħala bnedmin tal-istess dinjita. Quddiem Alla bħal dan, għajb għal min irid jibqa’, akkost ta’ kollox, fil-limiti tal-liġi, u jidfen it-talent tiegħu kif jagħmel min jiġġustifika ruħu billi jgħid li “ma jiddispjaċih minn xejn”, ma jkunx irid jissogra xejn iktar, anqas li jħobb tassew lil xi ħadd “ma jagħmel xejn ħażin” , imma ma jagħmel xejn tajjeb anqas u jsikket il-kuxjenza.  Is-sid tal-parabbola jgiddeb anke x-xbiha mostruża li ċerti ateji u njostiċi juru biex jiġġustifikaw l-idejat tagħhom li Alla mhuwiex Missier ħanin, imma sid għajjur, li jagredixxi l-liberta tagħna, ma jagħdirx id-dgħjufija umana, ma jittollerax l-awtonomija u r-responsabbilta tagħna... imma Alla bħal dan ma jeżistix: hu biss il-prodott velenuż ta’ qlub fejn jgħammru s-suspetti, n-nuqqas ta’ fiduċja, n-nuqqas ta’ ġenerożita.  Peress li lil Alla ħadd ma rah, imiss lil min jemmen jagħti xhieda għalih b’ġenerożita ta’ min, konxju tad-doni li rċieva mingħajr ma jistħoqqlu, jipprova jagħti lura almenu xi ħaġa, u r-responsabbilta ta’ min, konxju tal-kobor tas- sejħa tiegħu, jikkolabora b’impenn u liberta ta’ iben għall-ħelsien ta’ ulied Alla. Minn “La Realta` e` Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 207, silta mill-1 punt The first of these rewards is set forth in the parable of the man who distributes his funds to his servants and gives one of them five talents in order to make a profit from them. When he learns later from that servant that he has made another five, in order to reward him, he orders that the one talent given to the servant who has not made

34 SIGNUM FIDEI any profit be taken away and given to the one who now has ten. For those who have will be given more, the Savior says, and they will be given riches in abundance. Saint Luke expresses well the second kind of reward, the larger field of ministry, in the parable of the lord taking account of the money that he has given his servants. He rewards the first servant, who told him that his money had increased tenfold, by giving him the government of ten villages. Oh, how fortunate you ought to consider it to be working in the field of the Lord, for our Lord says that the reaper will infallibly receive his reward! For the future, then, be devoted with zeal and affection to your work, because it will be one of the most helpful ways to assure your salvation.

TALBA Xi trid minni, Mulej twajjeb? X’għandha tagħmel dil-ħlejqa msejkna? Liema ħidma tridha tagħmel din l-ilsiera hekk midinba? Arani hawn, imħabba tiegħi; Imħabba ħelwa, arani hawn: Mulej, xi trid minni? Ara, hawn hija l-qalb tiegħi biex biss f’idek inqiegħidha: Nagħtik ġismi, ħajti, ruħi, il-ġewwieni u kull ġibda. Għarus ħelu, Feddej tiegħi, lili nnifsi offrejt lilek: Mulej, xi trid minni? Santa Tereża tal-Bambin Ġesù Missierna ...

It-Tnejn, 17 ta’ Novembru Santa Eliżabetta tal-Ungerija - patruna tal-Ordni Franġiskan Sekular

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 1: 1-4; 2: 1-5a Ġib quddiem għajnejk fiex waqajt, u indem. 2. Salm 1: 1-4,6 Lir-rebbieħ nagħtih jiekol mis-siġra tal-ħajja. 3. Luqa 18: 35-43 “Xi tridni nagħmillek?” – “Li nara, Mulej!”

Mill-istorja tal-istitut: Kien fl-1937, li twettqet ix-xewqa ta’ De La Salle - hu dejjem kellu x-xewqa li jmur Ruma - meta l-fdalijiet tiegħu ġew meħuda Ruma u tqiegħdu fil-knisja tal-istitut. Il- knisja tinsab fin-nofs tad-dar ġenerali f’Ruma u nbniet fl-1936. Kien fis-17 ta’ Novembru tal-1951, meta l-knisja ġiet sollennament iddedikata lill-fundatur. F’din is- sena kienu qed isiru ċelebrazzjonijiet speċjali f’għeluq it-300 sena mit-twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle. Fid-dar ġenerali tiġi ċċelebrata l-liturġija solenni ta’ din l-okkażjoni.

SIGNUM FIDEI 35

SANTA ELIŻABETTA TAL-UNGERIJA (1207-1231)  S. Eliżabetta hi l-patruna tat-Terzjarji Franġiskani u tal-Karitajiet kollha kattoliċi. Eliżabetta kienet bint is-sultan Andrea II tal-Ungerija, iżda rċeviet l-edukazzjoni tagħha fil-qorti tat-Turinġja fil-Ermanja. Minn tfulitha kienet devota u tgħin kif tista’ lill-proxxmu.  Bilkemm kellha 14-il sena meta żżewġet lill-futur Lwiġi (Ludvig) IV tat-Turinġja. Kellha tlett itfal. Il-ħajja miżżewġa tagħhom, minkejja li kienet waħda qasira, kienet għal Eliżabetta perijodu ta’ hena kbir.  F’dan iż-żmien l-ewwel Patrijiet Franġiskani daħlu fil-pajjiżi Ġermaniċi, u nġibdet tant mill-ispirtu Franġiskan, li qanqal f’din id-dukessa żagħżugħa x- xewqa għal ħajja (ta’ tgħakkis) mortifikata.  Il-ħajja tagħha nbidlet meta f’daqqa meta żewġha li kienet tant tħobb miet fi triqtu għall-Palestina biex jieħu sehem fil-Kruċjata (1227), 18-il ġurnata wara t- twelid tat-tielet tarbija tagħha Ġertrude.  Eliżabetta, li issa kellha 20 sena, waqgħet f’faqar kbir għax il-qraba tagħha (min-naħa ta’ żewġha?) ċaħħdu lil din l-armla żagħżugħa minn kull kenn u mezzi għaliha u għal uliedha. Hi kellha tmur minn post għal ieħor tittallab il- karità, imma l-virtujiet tagħha kienu akbar mill-isfortuni tagħha.  Irrifjutat li terġa’ tiżżewweġ. Daħlet terzjarja franġiskana. Xejn ma seta’ jtellef jew inaqqas il-ġentilezza jew it-tjubija tagħha, lanqas is-severità eċċessiva tas- saċerdot li għażlet bħala direttur spiritwali tagħha.  Fl-aħħar, kisbet lura xi ftit mill-ġid li kellha u permezz tiegħu ħasbet għall-futur ta’ wliedha imma qassmet il-bqija tas-sehem tagħha f’opri ta’ karità.  Waqqfet sptar f’Marburg u għaddiet il-bqija ta’ ħajjitha ddur bil-morda u tgħin lill-fqar.  Mietet fis-16 ta’ Novembru 1231 ta’ 24 sena. Il-virtujiet tagħha tant impressjonaw lin-nies ta’ żmienha li erba’ snin biss wara mewtha kienet ikkanonizzata "bħala t-tieni Santa Klara."

Riflessjoni: Santa Eliżabetta saret qaddisa mhux għax iżżewget meta kellha 14-il sena, lanqas għax kellha tlitt itfal qabel ma għalqet għoxrin, lanqas għax romlot ta’ għoxrin, lanqas għax mietet ta’ 24 u ħalliet warjha tlitt itfal żgħar, iżda għax uriet imħabbitha lejn Alla fil-proxxmu, billi saret fqira biex tgħin il-foqra, ħliet saħħitha ddur bil-morda. Aħna kemm narawh ’l Alla f’ħutna li naslu niftaqru u naħlu saħħitna għalihom? Sa fejn tasal imħabbitna għal Alla fl-oħrajn. Bro. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med:15, silta mill-1 punt The blind man whom Jesus Christ cures in today’s Gospel and whom he had previously asked: “What do you wish me to do for you?”, is a figure of those people whose superiors are forced to ask them what is agreeable to them and who want to examine what they are going to be asked to do before showing that they are disposed to do it... Some examine the order given; before obeying they must know what the superior intends to command them, so that they can consider whether it is 36 SIGNUM FIDEI acceptable to them, whether it will be too much trouble for them, or whether they have some condition to propose to make the execution easier and more convenient for them. They also have a number of other reflections to make, all completely natural. Truly obedient people examine nothing and pay attention to nothing except that they must obey. Faith has full charge of their minds and forbids all these considerations.

TALBA Ġesù ġie biex jiġbor flimkien dawk il-ħwejjeġ tajba li hemm imxerrda mad-dinja kollha biex jagħmilhom tiegħu biex jimlihom bid-dawl tiegħu, biex ibiddel u jsawwarhom fih innifsu. Hu ġie biex iġedded u jtejjeb kollox u biex ikun ras il-għajn minn fejn it-tjubija kollha toħroġ. Ammen. Kardinal John Henry Newman Missierna ...

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru Dedikazzjoni tal-Bażiliki ta’ San Pietru u San Pawl - appostli Santa Filippina Duchesne - verġni Beata Solomea minn Krakow – verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 3: 1-6,14-22 Jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l-bieb, jiena nidħol għandu u niekol miegħu. 2. Salm 14 :2-5 Lir-rebbieħ nagħtih li joqgħod maġenbi fuq it-tron tiegħi. 3. Luqa 19: 1-10 Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.

SANTA ROŻA FILIPPINA DUCHESNE – verġni (1769-1852)  Santa Roża Filippina Duchesne twieldet ġewwa Grenoble fi Franza nhar id-29 ta’ Awwissu 1769, bint avukat prominenti u ommha kienet ġejja minn familja ta’ industrijalisti kbar.  Meta kellha 11-il sena qabditha l-marda tal-ġidri li ħallietha mmarkata għal għomorha. Meta saret daqsxejn ta’ tfajla, flimkien ma’ kuġinitha, intbagħtet fil- kunvent tal-Visitaturi biex tieħu l-edukazzjoni tagħha. Hija bdiet tħoss s-sejħa għall-vokazzjoni reliġjuża. Meta missierha nduna b’dan malajr ħariġha minn

SIGNUM FIDEI 37

hemm u ħadha lura d-dar. Kompliet l-edukazzjoni, flimkien ma’ xi kuġini, id- dar.  Fl-1788, minkejja l-oppożizzjoni tal-familja ngħaqdet mas-Sorijiet Visitaturi fil- kunvent f’Grenoble. Iżda fl-1792, waqt ir-revoluzzjoni Franċiża, il-kunvent ingħalaq u s-sorijiet tferrxu. Għalhekk Rosa kellha terġa’ tirritorna d-dar. Hawn bdiet iddur bil-familja u fl-istess ħin irnexxielha żżomm ħafna mar-regola tal-ordni.  Fl-1801, fi Franza, bit-tmexxija ta’ Napuljun, reġgħet ingħatat lura l-libertà reliġjuża. Suor R. Filippina Duchesne rritornat fil-kunvent, li issa kien fi stat tal- biki bit-tifrik u ppruvat tgħaqqad mill-ġdid il-komunità. Xi wħud mis-sorijiet ma rritornawx, u minn dawk li ġew lura, dawk li kienu mdaħħlin kemxejn fiż-żmien kien impossibli għalihom li jgħixu fil-post. S.R.Filippina issa kienet superjura u kien għad fadal magħha tliet sorijiet biss.  Fl-1804, ingħaqdet ma’ Suor Sophie Barat (din ukoll kienet kanoniżżata) li kienet qiegħda fil-proċess li twaqqaf is-Soċjetà tas-Sorijiet tal-Qalb Mqaddsa, kongregazzjoni ġdida bl-istess missjoni tal-viżitaturi, li jgħallmu t-tfajliet.  Fl-1815, Ii ntbagħtet lejn Pariġi minn Suor Barat biex tiftaħ skola u kunvent hemmhekk u ħadet il-kariga ta’ Majjistra tan-Novizzi.  Ta’ 49 sena, bil-barka ta’ Suor Barat, flimkien ma’ erba’ sorijiet oħra, baħħret lejn l-Istati Uniti. Hemm hija fetħet skola u novizzjat għat-tfajliet ulied il-pajunieri ħdejn il-belt ta’ St. Louis, fl-inħawi ta’ S.Charles. B’hekk infetħet l-ewwel skola bla ħlas ġewwa Missouri. Sal-1828, minn 5 sorijiet, spiċċaw 6 komunitajiet.  Kien fl-1826 li l-Papa Ljun XII approva s-soċjetà tal-Qalb Imqaddsa u għaraf ix- xogħol li huma jagħmlu.  Ta’ 71 sena, fl-1841, hija marret, flimkien ma’ xi Ġiżwiti biex tiftaħ skola għall- Indjani ġewwa Kansas. Hija ma kinitx taf il-lingwa allura ma setgħetx tgħallem, għalhekk kienet tgħaddi perjodi twal titlob. L-Indjani kienu jgħidulha, “il-mara li dejjem titlob”.  Iżda sena biss wara fl-1842, kellha tħalli l-Indjani u tirritorna lura lejn St.Louis. Kien jidher ċar li l-post u l-klima ma qablu magħha xejn, u saħħitha bdiet sejra lura. Damet St. Louis sa meta mietet. L-aħħar 10 snin ta’ ħajjitha kienet debboli ħafna u kważi tilfet id-dawl kompletament. Mietet fit-18 ta’ Novembru 1852, fl-età ta’ 83 sena.  Ġiet ibbeatifikata mill-Papa Piju XII fl-1940 u kkanonizzata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-3 ta’ Lulju 1988.

Riflessjoni: In-nies, aħna li rridu ntaqtqu fuq kollox, li nippretendu li aħna niġġudikaw aħna u mhux Alla, li m’aħniex naċċettaw li Alla jħobb il-midneb, li aħna bħall-iben il-kbir fil- parabbola tal-iben il-ħali bdew igergru kontra Ġesù għax kien sejjer jiekol għand mibneb. Żakkew inbidel u wiegħed pubblikament li ser ipatti s-serq kollu tiegħu. Ġesù ma qallu xejn biex jagħmel dan iżda l-preżenza tal-Mulej f’daru bidlitu u għaraf li kien fid-dlam meta d-dawl daħal f’daru. Kemm lest inti li tagħmel bħal Żakkew? Fr. Charles Fenech O.P. “Mitt Minuta mal-Mulej”

38 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mit-2 punt Prayer, says Saint , is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with alljustice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

TALBA Qiegħed Mulej fi qlubna xewqat li inti tista’ ttemm. Qiegħed fuq xofftejna talb li tista’ tisimgħu. Qiegħed f’dak li nagħmlu għemejjel li tista’ tberikom. Kliem ta’... Fidi – Pubblikazzjoni ĊAK

Missierna ...

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru San Rafel Kalinowski ta’ San Ġużepp - presbiteru Santa Matilde - verġni Santa Anjeże ta’ Assisi - verġni

Mill-istorja tal-istitut: 19 ta’ Novembru 1888 F’din il-ġurnata saret il-beatifikazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle, f’Ruma – fost dawk preżenti kien hemm Brother Miguel Febres Cordero. Brother Miguel kien ukoll ikkanonizzat nhar il-21 t’Ottubru 1984

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 4: 1-11 Qaddis il-Mulej, Alla li jista’ kollox, li kien, u li hu, u li ġej! 2. Salm 150: 1-6 Qaddis, Qaddis, Qaddis il-Mulej, Alla li jista’ kollox. 3. Luqa 19: 11-28 Għax ma mortx tqiegħed flusi l-bank?

SIGNUM FIDEI 39

SANTA ANJEŻE TA’ ASSISI (c.1197-1253)  Twieldet f’Assisi. Irruftat proposta għaż-żwieġ u ta’ 15-il sena telqet mid-dar u marret fil-kunvent tas-sorijiet Benedittini ta’ Sant’Angelo di Panzo fejn ukoll oħtha akbar minnha, Klara, sittax-il ġuranta qabel kienet marret.  Kienet determinata biex fuq l-eżempju ta’ San Franġisk, hi wkoll tgħix ħajja ta’ faqar u penitenza.  Niesha ma qablux mal-ġest tagħha imma Anjeże rreżistiet t-tentattivi tagħhom biex terġa’ lura d-dar.  San Franġisk laqa’ l-professjoni tagħha, qatgħalha xuxitha, libbisha l-abitu u bagħatha fil-kunvent ta’ San Damiano flimkien ma’ Klara u b’hekk ngħata bidu għall-Ordni tal-Klarissi Fqar.  Fl-1219 hija ġiet maħtura badessa (superjura) tal-kunvent tal-Klarissi ta’ Monticelli qrib Firenze minn San Franġisk innifsu. Waqqfet kunventi ġodda f’Mantova, Venezja u f’Padova, u għenet lil oħtha Klara fil-ġlieda tagħha għall- vot ta’ povertà fl-ordni tagħhom.  Anjeże kienet ħdejn oħtha Klara waqt il-mewt tagħha, u Anjeże mietet tlett xhur wara, fis-16 ta’ Novembru 1253, jingħad kif ħabbritilha Klara stess.  Ħafna mirakli jingħad li saru fuq il-qabar tagħha fil-knisja ta’ Santa Kjara f’Assisi.

Riflessjoni: Alla jrid li nsalvaw u jista’ jsalva lilna u lill-Knisja tiegħu direttament mingħajr il-merti tagħna. Imma l-Mulej dan ma jridux mingħajr il-kooperazzjoni tagħna, pronta u deċiża. Lil kull ruħ li tieħu l-ħajja Alla taha munita tad-deheb, jiġifieri l-libertà tar- rieda. Din jeħtiġilha tagħti l-frott tagħha; biha kull kreatura maħluqa minn Alla għandha f’idejha jew is-salvazzjoni jew it-telfien. Dan huwa punt kruċjali fid-duttrina u l-ħajja tal-bniedem. San Ġwanni XXII, Papa

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 90, silta mit-3 punt If we truly love God, everything we do we must be for his glory, Saint Paul says. There ought to be no other reason why you have withdrawn from the world, for it is God who must be the purpose of your actions, just as he is their source. If you seek to please anyone other than God, you would not deserve, says Saint Paul, to bear the name of servant of Jesus Christ. You would not be such, because a servant must do everything for the service of his master. This was the advice that Saint Paul gave to the faithful in his day. Whether you eat, he says, whether you drink, or whatever else you do, do it all for the glory of God, and again, Whatever you do, in word or indeed, do all in the name of the Lord Jesus Christ. Such ought to be the whole consolation of a Christian in this life: to act for the God who made him, from whom he receives everything, and to whom he owes all the good that he can do in this life.

40 SIGNUM FIDEI

TALBA “Hieni l-bniedem li jsib l-għaxqa tiegħu fil-liġi tal-Mulej u li jaħseb lejl u nhar fuqha.” Salm 1 Kemm inħossni nistrieħ li nħalli ’l-qalbi tobdi l-liġi tiegħek. Għax għandek biss insib l-għerf biex ma naqax fis-sakra ta’ din id-dinja li ma tixrobx ħlief il-pjaċiri, biex tirnexxi fil-ħajja bit-tajjeb jew bil-qerq. Nixtieq li jiena nafda fik Mulej. Nisma’ u nagħti kas ta’ leħnek biss u nibqa’ fidil lejk għax int biss il-Mulej! U b’hekk biss nista’ ngħix il-vera ‘ħajja’ li ngħixha kuljum taħt il-kenn tal-imħabba tiegħek li fik insib l-għaxqa tiegħi. Bro. Louis

Missierna ...

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru Beata M. Fortunata Viti - verġni Beatu Baskal Fortuno Almela u sħabu - martri San Feliċ ta’ Valois

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 5: 1-10 Il-Ħaruf kien maqtul u b’demmu kiseb lilna poplu minn kull ġens. 2. Salm 149: 1-6a u 9b Għamiltna għal Alla tagħna, saltna u qassisin. 3. Luqa 19: 41-44 Mhux li għaraft imqar int ukoll x’inhu ta’ ġid għalik!

BEATA MARIA FORTUNATA VITI – (1827-1922)  Anna Felicia Viti twieldet ġewwa Veroli fl-Italja fil-provinċja ta’ Frosinone, nhar l-10 ta’ Frar 1827. Missierha kien Luiġi Viti, li għalkemm kien sid ta’ ħafna artijiet, kellu l-vizzju tal-logħob tal-azzard u tax-xorb. Ommha, Anna, mietet meta Maria kellha 14-il sena.

SIGNUM FIDEI 41

 Maria kienet it-tielet wild minn disa’ aħwa u minħabba f’hekk kellha tieħu ħsieb il-familja wara l-mewt t’ommha. Biex ikollha l-flus għall-familja ħarġet taħdem bħala seftura.  Kellha proposta għaż-żwieġ imma ddeċidiet li minflok tagħti ħajjitha għall-ħajja reliġjuża. Fil-21 ta’ Marzu, 1851, fl-età ta’ 24 sena, Maria ngħaqdet mal- Benedittini fil-Monasteru ta’ Santa Maria de’ Franconi, ġewwa Veroli.  Għaddiet aktar minn 70 sena fl-ordni u peress li baqgħet illitterata, għaddiet ħajjitha tagħmel xogħol tal-ħjata, ħasil u tiswija tal-ħwejjeġ – ħajja verament umli. Iżda kellha devozzjoni kbira lejn is-Sagrament Imqaddes.  Mietet fl-20 ta’ Novembru 1922 u ħdejn il-qabar tagħa seħħew ħafna mirakli. Matul ħajjitha kienu rrapurtati xi mirakli u jingħad li kellha d-don tal-profezija.  Darba fost l-oħrajn, waqt quddiesa nstemgħet tibki għax kellha viżjoni li l- qassis li kien iqaddes kien ser jitlaq il-vokazzjoni tiegħu. Jingħad ukoll li żewġ tfajliet fiequ mill-marda tal-meninġite wara t-talb tagħha.  Fl-1935, il-fdalijiet tagħha twasslu fil-knisja tal-monasteru hekk kif beda l- proċess tal-kanonizzazzjoni.  Fit-8 ta’ April, 1964, il-Papa Pawlu VI ddikjaraha venerabbli, u fit-8 t’Ottubru ġiet ibbeatifikata. Il-kawża tal-kanonizzazjoni tagħha għadha sejra.  Hija patruna ta’ dawk li jbatu bil-mard mentali.

Riflessjoni: Sinjur Alla, agħtini l-paċi tiegħek; iż-żmien l-imgħoddi nħares lejh u nsewwed qalbi għan-nuqqasijiet ta’ attenzjoni fuq il-liġi tiegħek; iż-żmien futur, kollu inċertezzi, itaqtaqli qalbi; iż-żmien preżenti jbeżżagħni, narani mdawwar minn kullimkien bil- perikli tar-ruħ u tal-ġisem, nistenna minn mument għal ieħor li nsib ruħi fit-tribunal tiegħek, u ma nafx kif sejjer insib ruħi quddiem il-ġustizzja tiegħek, għalkemm tassew nitma fil-ħniena bla tarf tiegħek. Jiena naf li int il-Missier tagħna u li aħna wliedek, kreaturi ta’ jdejk, u b’hekk jiena nistrieħ fik meta nerħi ruħi fl-idejn divini tiegħek. San Ġorġ Preca

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.62, it-2 punt Not only do you live in a house of prayer but also your body is a house of prayer. “Do you not know”, as Saint Paul says, “that your body is the temple of the Holy Spirit, who dwells in you, who has been given to you by God, and that you are no longer your own since you have been bought at a great price?” From this Saint Paul concludes, Glorify God, therefore, and bear him in your body. This is true if your body is a house of prayer. In this same spirit and in this sentiment, Saint Paul in another passage implores you, by the mercy of God, to offer God your body as a living sacrifice, holy and acceptable in his eyes. Do you sometimes reflect on what a blessing it is for you that the Holy Spirit dwells in your body as in his temple and that he prays in you and for you? Do you surrender entirely to this divine Spirit, so that he may ask of God all you need to have for the good of your own soul and for those in your care and so that you may act only by him?

42 SIGNUM FIDEI

TALBA Ferħana huma dawk, Mulej, li qalbhom imxenqa biex jimxu fit-toroq li jwasslu għal Ġerusalemm, il-Belt tal-Paċi. Issa kif ninsab f’Ġerusalemm, jien nitlob: ‘Paċi għal kulħadd’ (salm 122). Jiena naf li fil-preżenza tiegħek Mulej, il-ġustizzja u l-paċi jseħħu tassew. Ammen. Br. Nicholas Hutchinson Missierna ...

Il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Żakkarija 2: 14-17 Għajjat bil-ferħ, Sijon, għax il-Mulej ġej. 2. Salm Luqa 1: 46-55 Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja ’l Bin il-Missier etern. 3. Mattew 12: 46-50 Medd idu lejn id-dixxipli u qal: dawn huma ommi u ħuti.

Mill-Istorja tal-Istitut: Bħal-lum fl-1691, San Ġwann Battista De La Salle flimkien ma’ Brother Nicholas Vuyart u ma’ Brother Drolin, inġabru fl-oratorju mingħajr ma kienu jafu lill-Brothers l-oħra, u għamlu wegħda li jibqgħu magħqudin flimkien fis-soċjetà, akkost li jmorru jittalbu u jgħixu bil-ħobż biss. Din il-wegħda saret fiż-żmien li l-fundatur kien qed jara li n- novizzi ma komplewx fil-vokazzjoni, li ma kienx qed ikun hemm vokazzjonijiet ġodda, li l-għalliema fl-iskejjel l-oħra qajmu kampanja kontra tiegħu. F’mument hekk ta’ dlam għamel Att ta’ Fidi f’Alla flimkien mat- tnejn l-oħra.

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA  Din il-festa tfakkar il-jum tal-konsagrazzjoni (fis-sena 543) tal-knisja ta’ Santa Marija mibnija qrib it-tempju ta’ Ġerusalemm.  Permess ta’ din il-festa, aħna niċċelebraw il-“konsagrazzjoni” ta’ Marija lil Alla, li sa minn ċkunitha tatu lilha nnifisha kollha kemm hi, imqanqla mill-Ispirtu s- Santu li mlieha bil-grazzja tiegħu fit-tnissil tagħha bla tebgħa.  Skont tradizzjoni antika ħafna, meta l-Madonna kienet għadha tifla żgħira, il- ġenituri tagħha, Sant’Anna u San Ġwakkin, għamlu vjaġġ ta’ madwar mija u

SIGNUM FIDEI 43

tletin kilometru, minn Nazzaret għal Ġerusalemm, biex jippreżentawha lil Alla, u jħalluha f’idejn in-nisa twajba tat-tempju.  Dan għamluh biex iżommu wegħda li kienu għamlu, li jekk ikollhom tarbija jikkonsagrawha lil Alla.  Minn dak iż-żmien il-Madonna ġiet imrobbija u edukata ma’ tfal oħra, minn dawn in-nisa.  Għalhekk il-Madonna kibret f’ambjent ta’ talb, meditazzjoni u fil-qadi tas- sagrifiċċju lil Alla.  Din il-festa oriġinat fis-Sirja u daħlet fil-Punent fiż-żmien meta l-Papiet kienu f’Avignon, mill-Papa Girgor XI.  Għall-ewwel kienu jiċċelebrawha biss il-Patrijiet Franġiskani Minuri, iżda ma damitx ma bdiet tiġi ċċelebrata wkoll fil-kurja tal-Papa f’Avignon.

Riflessjoni: Marija rċeviet is-sejħa tal-vokazzjoni tagħha minn xofftejn l-Anġlu. Wieħed ma jintebaħx kif l-Anġlu jidħol fil-kamra tagħna, imma l-Mulej għandu pjan għal kull wieħed minnha. Isejjaħ lil kull wieħed minna b’isimna. L-għemil tagħna hu li nitgħallmu nisimgħu, biex nagħarfu s-sejħa tiegħu, inkunu kuraġġużi u fidili biex nimxu warajh u meta kollox ikun intqal u seħħ, isibna qaddejja li nqdejna sewwa bid-doni mogħtija lilna u għalhekk jista’ jafdana. Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 193, silta mit-2 punt One of the main duties of fathers and mothers is to bring up their children in a Christian manner and to teach them their religion. But most parents are not sufficiently enlightened in these matters. Some are taken up with their daily concerns and the care of their family; others, under the constant anxiety of earning the necessities of life for themselves and their children, cannot take the time to teach their children their duties as Christians

TALBA O verġni qaddisa, Omm Alla, liema faraġ kbir Alla wera fik! Għaliex bi grazzja kbira huwa ħares lejn l-umiltà u x-xejn tiegħek, u hekk fakkarna li minn issa ’l quddiem ma jistmerrx iżda jħares bil-grazzja lilna, bnedmin fqar, fuq l-eżempju tiegħek. Ammen. Martin Luteru Missierna ... Nitolbu għal Bro. Hilary Aquilina Clews (1998) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

44 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru Santa Ċiċilja – verġni u martri San Salvatore Lilli u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 11: 4-12 Iż-żewġ profeti kienu jaħqru lil min jgħammar fuq l-art. 2. Salm 143: 1,2,9,10 Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi. 3. Luqa 20: 27-40 Mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin.

BEATU SALVATORE LILLI U SĦABU – (1853-1895) martri  Patri Salvatore Lilli twieled il-Kappadoċja, provinċja ta’ Aquila fl-Italja, nhar id- 19 ta’ Ġunju 1853. Ta’ età żgħira, ta’ 17-il sena, daħal mal-ordni tal- Franġiskani Minuri.  Fis-snin 70 tas-seklu dsatax, l-Italja kienet għaddejja minn żmien diffiċli, allura Fra Lilli kellu jkompli l-istudji tiegħu fil-Lvant Nofsani. Għal xi żmien għex ġewwa Betlem, fejn studja l-filosofija, u wara mar jistudja t-teoloġija f’Ġerusalemm.  Fis-6 ta’ April, 1878, laħaq presbiteru, u baqa’ jagħti s-servizz tiegħu fil-knejjes ta’ San Saver u l-Bażilika tas-Sepulkru Mqaddes.  Fl-1880, mar għall-missjoni fil-belt ta’ Marase, it-Turkija, fejn qatta’ l-aħħar 15- il sena jaħdem fost l-Armeni. Wettaq l-appostolat tiegħu b’ħeġġa kbira u rnexxielu jressaq lura ħafna kattoliċi li kienu tbiegħdu mill-Knisja. Stabilixxa żewġ villaġġi u xtara xi artijiet sabiex in-nies ikunu jistgħu jiżviluppawhom.  Fl-1891, faqqgħet il-kolera u damet għal madwar sitt ġimgħat. Ħadem bis-sħiħ biex jgħin lill-morda.  Fl-1894, laħaq kappillan u superjur tal-kunvent tal-Franġiskani. Matul dan il- perjodu fit-Turkija kien hemm ħafna vjolenza ċivili, taqlib politiku u ħafna kattoliċi kienu qed jiġu maqtula. Il-kappillan u xi nies mir-raħal ġew arrestati u mġegħla jiċħdu l-fidi nisranija. Iżda Dun Salvatore u sħabu żammew sħiħ fil- fidi. Ta’ dan ġew maqtula bl-aktar mod krudili. Wara l-iġsma tagħhom ġew maħruqa.  Il-Papa San Ġwann Pawlu II, ibbeatifika lil Patri Salvatore u sħabu nhar it-3 ta’ Ottubru 1982. Il-Papa b’dan ried ifakkar li żmien il-martri għall-fidi għadu ma spiċċax.

Riflessjoni: Ħafna drabi nkunu aħna stess il-kawża li nsibu ruħna fi stat ta’ nuqqas ta’ ħeġġa u nixfa spiritwali. Alla jibqa’ lura milli joffrilna konsolazzjoni meta aħna, għax boloh inkunu sodisfatti ngħixu f’dan l-istat. Sabiex jwiddibna għall-għażż tagħna u talli ma ħtafniex l-opportunità biex nagħmlu użu minn dan iż-żmien ta’ ferħ u abbundanza tal- imħabba divina, hu jitlaqna. L-Għarus Divin iħabbtilna fuq il-bieb ta’ qalbna u SIGNUM FIDEI 45 jħeġġiġna biex nerġgħu għal darb’oħra nduru għall-eżerċizzju spiritwali, iżda aħna ma nixtiqux li jkollna x’naqsmu miegħu għaliex dan jiswilna ħafna, billi jkollna nċedu l-qagħda fiergħa tagħna u nitbiegħdu mill-pjaċiri foloz. Għalhekk jibqa’ għaddej u jħallina ngħaffġu u naqdfu għal rasna. Meta mbagħad f'disprament immorru nfittxuh, ma nagħtu tort lil ħadd ħlief lilna nfusna. San Franġisk De Sales

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, silta mit-3 punt People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses.

TALBA Mulej, jekk jien qatt nibni ħitan biex ninqata’ min-nies, jew biex ninqata’ għal rasi, mill-bżonnijiet tal-oħrajn, wissini fuq dak li nkun qed nagħmel. Iftaħli għajnejja, biex nara x’jgħaqqad il-poplu u mhux dak li jifirdu. Urini, kif nista’ nindaħal u nibni pontijiet bejn il-persuni, flok inwarrab u nibni ħitan li jifirdu. Ammen. Br. Nicholas Hutchinson Missierna ...

Il-Ħadd, 23 ta’ Novembru Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 34: 11-12.15-17 Jien nirgħa l-merħla tiegħi bil-ġustizzja. 2. Salm 22: 1-2a.2b-3.5-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. 1 Korintin 15: 20-26.28 Jerħi s-saltna f’idejn Alla l-Missier, sabiex Alla jkun kollox f’kollox. 4. Mattew 25: 31-46 Joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu u jifred il-ġnus minn xulxin. 46 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:  Fi tmiem is-sena liturġika, naraw quddiemna bħal pittura fuq ħajt tal-ġudizzju universali, l-istess bħal dik li n-nies tal-medjuevu kienu jaraw fuq il-ħajt ta’ wara tal-knisja huma u ħerġin. Dawk in-nies kienu jafu jilqgħu flimkien mal-istedina biex jikkonvertu, il-garanzija li mhux biss il-ħajja imma anke l-mewt kellha sens: kienu jafu fil-fatt li d-dinja, l-umanita, l-istorja, ma kinux mitlufin għall-kapriċċi tad-destin u tal-fatalita, imma ggvernati mill-għerf misterjuż ta’ Alla u afdati fil- ġustizzja infallibbli tiegħu, għax Hu ta’ ħniena bla tarf. Fuq kollox kienu jafu dak li żmienna jipprova jinjora, li Alla hu inevitabbli, hekk kif inhi l-mewt, anzi iktar mill-mewt għax Hu jinsab lil’ hinn minnha. Hekk kif inhi inevitabbli l-laqgħa mal-bniedem Ġesu’, iben waħdieni li Alla qiegħedu bħala qies tar-rejalta kollha u kriterju definittiv għal kull raġel u mara fid-dinja; dan għad ikun il-ġudizzju universali.  Forsi għax insejna,- jew cħadna?- din il-verita bażika (li l-katekiżmu kien jiġbor fl-erba’ novissimi “mewt-ġudizzju-infern-ġenna”) li n-nies ta’ żmienna jippruvaw bi frustrazzjoni kbira, jsolvu kollox fiż-żmien qasir li hi l-ħajja umana. Jekk fil- fatt, “wara” l-mewt m’hemm xejn, issir ħaġa urġenti li nsolvu kollox “qabel”: forsi għalhekk il-qrati huma mimlijin għax il-gudizzju jrid isir u ma tistax tmut qabel issir ġustizzja. U minkejja li noħolqu u nimmultiplikaw il-ġenna tal-art, sfortunatament huwa l-infern tad-dinja li jirnexxi l-iktar bir-riżultat li l-ħajja ssir qisa purgatorju kontinwu li jwassal għall-baħħ.  U l-mewt fejn spiċċat? Mingħajr l-Alla ta’ Ġesu, li miet u qam, tant saret għerja li kważi rridu naħbuha akkost ta’ kollox, saħansitra niċċensurawha. Tant il- krudelta tagħha ma tinftiehemx, li twassalna biex nirribellaw kontriha bl-isfidi traġiċi tal-imwiet fit-toroq tagħna, jew billi nwaqqgħuha għaċ-ċajt bi prattiċi patetiċi bħal ta’ ‘halloween’, li donnhom jeżorċizzaw il-beżgħat tal-kbar iktar milli jferrħu liż-żgħar. Madankollu biżżejjed naqraw il-vanġelu sabiħ tal-lum biex nindunaw li l-ġudizzju hu l-laqgħa deċisiva ta’ ħajjitna kollha, kif ukoll l- iktar ħaġa sabiħa li qatt tista’ tiġrilna, għax niltaqgħu mal-Mulej, dak li f’idejh Alla ħalla kull setgħa fis-sema u fl-art. Vanġelu li hu bxara tajba għal kulħadd, Insara, Ħindu, Mulsulmani u Lhud, Buddisti u saħansitra ateji, għax ir-Re jixhed għalina quddiem Alla għal kull opra tajba, anke zgħira, għamilha min għamilha. Għax l-Imħallef jagħti ġustizzja b’mod sħiħ lil dawk li qatt ma ngħatatilhom.  L-aħħar ġudizzju fil-fatt se juri s-solidarjeta misterjuża li tgħaqqad lil Alla maż- żgħar u mal-fqar, mhux għax għandhom xi preferenza speċjali, imma għax hu għamilhom parti mis-Saltna u daħħalhom fl-għaqda divina. B’dan il-mod, Ġesu għamel lill-fqar xhieda tiegħu fi-dinja, hekk li jekk nilqgħuhom inkunu nilqgħu lilu stess: “dak li għamiltu ma wieħed mill-iżgħar fost ħuti, tkunu għamiltuh miegħi” Mt 31:44 Il-ġudizzju tiegħu għad jikxef dak kollu li hemm moħbi fil- qalb ta’ kull bniedem, ikun ta’ liema razza u ta’ liema twemmin ikun: imbagħad kulħadd jintebaħ li hemm verita waħda, dik li l-ħarsa ta’ Alla tagħraf; għaliex fl- għabex tal-ħajja, se nkunu ġġudikati fuq l-imħabba. L-imħabba li Ġesu tana bħala l-uniku kmandament: imħabba konkreta, magħmula minn għemejjel ċari u sempliċi: “kont bil-ġuħ, bil-għatx ...tajtuni niekol, nixrob”. Imħabba mibnija SIGNUM FIDEI 47

fuq il-kliem, l-għemil, u l-ħajja tal-Iben waħdieni, il-bniedem il-ġdid li hu Ġesu, u li Alla, jsejħilna biex insiru nixbħuh: min jemmen fih ma jmutx iżjed, imma jsib il-ħajja ta’ dejjem u jieħu s-Saltna mħejjija sa mil-bidu tad-dinja. Minn “La Realta` e` Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 205, silta mill-1 punt Because he is the One who has given you the ministry you exercise, when all of you appear before the judgment seat of Jesus Christ, each will give his own account to God of what he has done as a minister of God and as a dispenser of his mysteries for children. Jesus Christ, having been appointed by God to be your judge, will say to you, as the owner said to his manager, Give me an account of your administration. He will then look into the very depths of your heart to examine whether you have been faithful managers of the wealth he has entrusted to you and the talents he has given you to work in his service. The good or the bad use you have made of these gifts will then become clear, for the Lord, who judges you, will unveil what is most hidden and most secret in the depths of your heart.

TALBA Mulej, sultan tiegħi, jien kont bħal nagħġa mitlufa u inti ġejt tfittixni, ħadt ħsiebi u erġajt daħħaltni mal-merħla tiegħek u jien erġajt ħadt ir-ruħ. Ngħidlek grazzi, Kristu sultan tiegħi. Ibqa miegħi ħalli nibqa’ fil-merħla tiegħek, biex ngħin lil nagħaġ oħra, li huma mitlufa … li huma dgħajfa … li huma minsijin, li huma mwarrbin … Brother Louis Missierna ...

It-Tnejn, 24 ta’ Novembru Sant Andrija Dung-Lac (presbiteru) u sħabu - martri tal-Vjetnam San Injazju Klement Delgado (isqof) u sħabu - martri tal-Vjetnam

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

48 SIGNUM FIDEI

Qari: 1. Apokalissi 14: 1-5 Kellhom isem Kristu u isem Missieru miktub fuq ġbinhom. 2. Salm 23: 1-6 Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfitxxu ’l wiċċek, Mulej! 3. Luqa 21: 1-4 Ra waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus.

SAN ANDRIJA DUNG-LAC U SĦABU – martri tal-Vjetnam  Il-kanonizzazzjoni ta’ 117-il martri tal-Vietnam saret mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fid-19 ta’ Ġunju 1988. Kienet waħda mhix tas-soltu fl-istorja tal- kanonizzazzjoni tal-qaddisin.  In-numru 117 kien l-ikbar għadd ta’ qaddisin martri li qatt ġew ikkanonizzati f’daqqa. Fosthom kien hemm tmien isqfijiet, ħamsin saċerdot, seminarista u lajċi. Minnhom, 96 kienu Vjetnamiżi, 11-il Spanjol u 10 Franċiżi. Kien hemm 35 partri mill-Ordni Dumnikan, 10 saċerdoti tas-Soċjetà Missjoni Estera ta’ Pariġi, oħrajn kienu minn fost il-kleru indiġenu u seminarista. Barra minn hekk fost il-lajċi kien hemm missirijiet ta’ familji, omm, sittax-il katekist, sitt suldati, erba’ tobba, ħajjat, bdiewa, sajjieda u kapijiet ta’ kommunitajiet insara.  Sitta minnhom inqatlu fis-seklu 18, waqt li l-oħrajn fis-seklu 19 bejn l-1835 u l- 1862.  Ngħidu xi ħaġa fil-qosor fuq xi wħud minnhom: o San Andrija Dung Lac twieled fit-tramuntana tal-Vjetnam fl-1795, minn ġenituri foqra pagani li fdawh f’idejn wieħed katekista. Meta kiber sar katekista, imbagħad sar saċerdot fl-1823, u ħadem f’bosta nħawi tal- pajjiż. Tefgħuh il-ħabs iktar minn darba. Miet martri fl-1839, fl-età ta’ 44 sena. o San Vinċens Liem miet martri fl-1773. Kien l-ewwel wieħed fost il- Vjetnamiżi li ta ħajtu għal Kristu. o San Tumas Tran Van Thien twieled fl-1820 fin-nofs tal-Vjetnam. Arrestawh meta kien seminarista u qatluh fl-1838, ta’ 18-il sena. o San Manwel de Van Phung twieled fin-nofsinhar tal-Vjetnam, sar katekista u kien missier ta’ familja. Miet martri fl-1859. o San Girolmu Hermosilla, patri Dumnikan Spanjol mar il-Vjetnam fl- 1829, fejn inħatar Vigarju Appostoliku. Qatluh fl-1861. o San Jean-Theophane Venard, Franċiż mis-Soċjetà tal-Missjoni Estera ta’ Pariġi, mar fil-Vjetnam fl-1854 u sofra l-martirju fl-1861 fl-età ta’ 32 sena.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tielet Ktieb, kap. 40: Il-vera glorja, il-ferħ imqaddes, hu dan, li l-bniedem jiftaħar bik u le fih innifsu; li jifraħ bl-isem tiegħek, mhux bil-virtù tiegħu; u li ma jitgħaxxaqx f’ebda kreatura, ħlief minħabba fik. Ħalli jkun imfaħħar ismek, mhux ismi; ħalli jitfaħħru l-opri tiegħek, u mhux tiegħi; ħalli jkun imbierek l-Isem Imqaddes tiegħek, u lili ma għandu xi jridni ebda xejn it-tifħir tan-nies. Int biss il-glorja tiegħi, int il-ferħ ta’ qalbi. Bik nitkabbar u bik nifraħ ħajti kollha; dwari nnifsi ma niftaħarx ħlief bil-miżerji tiegħi.

SIGNUM FIDEI 49

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 63, silta mit-3 punt Because God gives his grace to the humble, contempt for you, coming from outside or from within, must be your lot, and you must find your satisfaction in it. You have many opportunities for this in your state and in your work. To encourage you to profit fully by them, regard them as among the best means to be sanctified; consider that you are the weakest of all people and the least capable of doing any good. Thank God for the grace he gives you to be despised, to be covered with opprobrium and calumnies, and never show any esteem for what you do, for it is God, by his goodness and his grace, who is the author of all the good there is in you.

TALBA Mulej Alla, x’dinjità kbira sawwabt fuqna l-bnedmin, għaliex aħna biss kapaċi nafuk u nħobbuk, ħallieq twajjeb tagħna; u aħna biss imsejħa biex naqsmu miegħek l-għerf u l-imħabba fil-ħajja ta’ Alla nnifsu. Ammen. Missierna ...

It-Tlieta, 25 ta’ Novembru L-Istitut Lasalljan joffri t-talb ta’ dan il-jum għall-vokazzjonijiet Santa Katerina ta’ Lixandra Beati Luigi u Maria Beltrame Quattrocchi Sant’Umile minn Bisignano - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 14: 14-19 Midd il-minġel tiegħek u aħsad, għax waslet is-siegħa biex taħsad, il-ħsad tal-art misjur ħafna. 2. Salm 95: 10.11-12.13 Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq mill-art. 3. Luqa 21: 5-11 Ma tibqax ġebla fuq oħra.

50 SIGNUM FIDEI

SANTA KATERINA TA’ LIXANDRA (†ċ.310) - verġni u martri  Twieldet minn familja nobbli ta’ Lixandra. Kienet xebba studjuża ħafna, u meta semgħet bil-Kristjaneżmu saret nisranija. Il-ktieb tal-Iskrittura kien il-Vade Mecum ta’ ħajjitha li fiha ltaqgħet ma’ Alla.  Ta’ 18 il-sena marret iċċanfar lill-Imperatur Massiminu għat-tiranija li wera mal- insara. Meta Massiminu laqqa’ ’l-għorrief ta’ Lixandra biex jikkonfrontaw lil Katerina fuq l-imġiba, dawn ikkonvinċew rwieħhom bl-argumenti tagħha – tant li kkonvertew għall-Kristjaneżmu. Kien wara din ix-xena li Katerina ġiet mitfugħa l-ħabs.  Ħaġa ta’ min jinnutaha: meta darba l-imperatur kien assenti minn Lixandra, il- mara tiegħu Faustina marret iżżur lil Katerina l-ħabs – u hemm saret nisranija, flimkien ma’ ħafna suldati, li wkoll spiċċaw martri.  Imma l-qaddisa ġiet ikkundannata biex tiġi maqtula b’rota mdawra bl-imsiemer u li ġara kien li appena Katerina tpoġġiet fuq ir-rota l-ktajjen tar-rota nħallu u r- rota tfarrket.  Santa Katerina mietet b’rasha maqtugħa mis-suldati.  Santa Katerina hi meqjuma bħala l-patruna tal-filosfi nsara.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, L-Ewwel Ktieb, kap. 24: F’kulma tagħmel, ftakar f’mewtek. Ġib quddiem għajnejk li għad trid tidher quddiem imħallef tal-ħaqq, li għalih xejn mhu moħbi. Imħallef, li ma ddawrux b’rigali, u lanqas skużi, ma tgħaddihx bi tkewtil; imma jagħmel il-ħaqq minnek bis-sewwa. O midneb, kemm int ta’ min jibkik għall-ġenn tiegħek! X’beħsiebek twieġbu lil dak Alla, li jaf bid-dnubiet tiegħek, int li tibża’ terfa’ għajnejk lejn wiċċ ta’ bniedem imqarras? Għaliex mela ma tibdiex taħseb minn issa għall-ġurnata tal-ġudizzju? Dakinhar ma ssibx min jaqbeż għalik u jgħattilek; imma kulħadd ikollu l-piż tiegħu nnifsu x’jerfa’ u jkun biżżejjed għalih. Issa l-ħidma tiegħek tkunlek ġid; issa l-biki tiegħek jiswielek: issa l-ilfiq tiegħek mismugħ, u l-indiema ta’ qalbek tista’ tpatti għal dnubietek u ssaffilek ruħek.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 192, silta mill-1 punt See how important it is for you to know Holy Scripture well, because Saint Paul assures us that whoever ignores it will be ignored and that this knowledge makes a person strong in the faith and in the practice of good. As the same Saint Paul says, this is what teaches salvation through faith in Jesus Christ, what is inspired by God and useful for instruction, reproof, correction, and for training in piety and justice, so that the man of God may be perfect and well equipped for all sorts of good work. This was the benefit Saint Catherine drew from reading Holy Scripture. It is important that you obtain the same benefit from the same source, for you are commissioned by God to instruct, reprove, correct, and lead to piety the children who are entrusted to you. Read Holy Scripture frequently, then, and let this holy reading fill you so fully with the Spirit of God that it will enable you to do all these things with ease.

SIGNUM FIDEI 51

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara. B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Sylvester Antione Borg (1915) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru San Leonardu minn Portomaurizio - presbiteru San Ġwann Berchmans - reliġjuż San Silvestru - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 15: 1-4 Huma jgħannu l-kantiku ta’ Mosé u l-kantiku tal-ħaruf. 2. Salm 97: 1.2-3ab.7-8.9 Kbar u tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek, Mulej Alla li tista’ kollox. 3. Luqa 21: 12-19 Kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi; imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx.

SAN ĠWANN BERCHMANS (1599-1621) - reliġjuż  Kien l-iben il-kbir ta’ skarpan u twieled fi Diest, fil-Brabante (il-Belġju). Minn kmieni kellu x-xewqa li jsir saċerdot.  Ta’ 13-il sena daħal bħala qaddej ta’ kanonku tal-katedral f’Malines.  Fl-1615 daħal fil-kulleġġ li l-Ġiżwiti kienu għadhom kemm fetħu f’Malines u s- sena ta’ wara daħal novizz ġiżwita.

52 SIGNUM FIDEI

 Fl-1618 bagħtuh biex ikompli l-istudju f’Ruma. Kien xempju ta’ diliġenza u tjubija u impressjona lil kulħadd bil-qdusija tiegħu u l-perfezzjoni fl-affarijiet żgħar.  Miet ta’ 22 sena f’Ruma fit-13 t’Awwissu tal-1621. Xtaq imut bil-kurċifiss, bil- kuruna tar-rużarju u bil-ktieb tar-Regola, it-tliet armi li bihom inqeda biex jitqaddes.  Diversi mirakli saru wara mewtu tant li fl-1888 ġie ddikjarat qaddis minn Ljun XIII.  Hu l-patrun tat-tfal abbatini.

Riflessjoni: Kull nisrani tajjeb għandu jafda fi Kristu; iwettaq dmirijietu skont il-kmandamenti li huma r-regola tal-kuxjenza tiegħu, quddiem is-soċjetà, quddiem Alla u quddiem il- bnedmin. In-nisrani m’għandux jaħrab il-liġi u jagħmel kompromessi, imma jgħix bla biża’ u ċert mill-affarijiet tiegħu. Għandu jkun ta’ għajnuna fil-problemi tal-paċi. Biex jissaħħaħ iktar kontra l-ħażen u l-iżbalji għandu jitlob; isejjaħ l-għajnuna tal-grazzja li tagħti d-dawl u l-qawwa. San Ġwanni XXIII, papa

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.23, it-2 punt The Jews, indignant because Jesus Christ performed a great number of miracles and, therefore, everyone flocked to him and considered him as a Prophet, plotted to bring about his death and called a council among themselves to determine how they would go about arresting him. Because they feared the people, who esteemed him highly, they had to act cautiously. Out of hatred for him, they spread the word that he was a preacher of new doctrines, and they used this pretext as a way to do away with him. Consider with amazement the hatred that the Jews felt for Jesus Christ and the opposition that he endured from them, especially from the Pharisees, who brought about his death. Reflect on the excesses into which the envy and rage of these wicked men led them, for they did not hesitate to cause the death of an innocent man, a saint, a Prophet, one who possessed all the exterior signs of divinity

TALBA Sinjur Alla, Inti ħlaqt il-bniedem fuq ix-xbieha tiegħek; mela min iħobb lilek ma jistax ikun li ma jħobbx ’il kull bniedem mingħajr eċċezzjoni ta’ ħadd, u min iħobb lilek, inti tħobbu ta’ Alla li inti, u tħobbu skont il-grazzja u skont l-ordni tan-natura, billi int xejn ma tobgħod mill-ħwejjeġ li ħlaqt. O kemm jintgħaraf min lilek iħobb bil-verità. San Ġorġ Preca Missierna ...

SIGNUM FIDEI 53

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru San Franġisk Anton Fasani – presbiteru Il-Madonna tal-Midalja Mirakoluża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 18: 1-2,21-23; 19: 1-3.9a Iġġarfet Babilonja l-kbira. 2. Salm 99: 2.3.4.5 Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tat-tieġ tal-ħaruf! 3. Luqa 21: 20-28 Ġerusalemm tibqa’ tintrifes taħt saqajn il- ġnus sa ma jkun għadda żmien il-ġnus.

Il-Madonna tal-Midalja Mirakoluża  Il-Madonna dehret diversi drabi lil Santa Katerina Labouré, soru tal-Karità ta’ San Vinċenz, fil-monasteru ta’ Rue du Bac, Pariġi, meta Katerina kienet għadha novizza. Dawn id-dehriet bdew f’Novembru tal-1830 u komplew sa kważi sena wara.  L-aktar dehra importanti minn dawn kienet dik tas-27 ta’ Novembru, li fiha l- Verġni Marija talbitha biex tagħmel medalja f’għamla ovali skont id-dettalji li wrietha. Jiġifieri: fuq naħa kien hemm ix-xbiha tal-Madonna fuq globu, b’riġlejha tgħaffeġ ras is-serpent, b’idejha miftuħin li minnhom ħerġin ir-raġġi, li aktar tard il-qaddisa fissret bħala l-grazzji li l-Madonna lesta tagħti lil min jitlobhomlha u mad-dawra ovali kien hemm il-kelmiet: O Marija, imnissla mingħajr dnub oriġinali, idħol għalina li nirrikorru lejk. Fuq in-naħa ta’ wara kien hemm l-ittra M, li minn ġo fiha kienet għaddejja strixxa u li fuq din l-istrixxa kien hemm salib. Madwar dawn is-simboli kien hemm tnax-il kewkba, waqt li taħt l- ittra M kien hemm żewġt iqlub, waħda inkurunata bix-xewk u l-oħra minfuda bis-sejf.  Katerina ma għarrfet lil ħadd dwar dawn id-dehriet ħlief lill-konfessur tagħha M. Aladel, li f’Ġunju tal-1832 għamel l-ewwel domni skont kif xtaqet il-Madonna.  Bdew jiġu rrapportati, tista’ tgħid mill-ewwel, każijiet ta’ fejqan tal-għaġeb, konverżjonijiet kbar u favuri spiritwali, marbutin ma’ din il-medalja, tant li popolarment bdiet tissejjaħ il-Medalja Mirakoluża.  Fl-1836, tribunal f’Pariġi approva l-medalja bħala waħda ta’ oriġini sopranaturali. Imma l-medalja kisbet prestiġju kbir bil-konverżjoni f’daqqa waħda u bla mistennija għall-fidi kattolika tal-Lhudi Alfonsu Ratisbonne, bniedem ateu u antikattoliku, waqt li kien imlibbes biha meta żar knisja f’Ruma biex jirranġa għall-funeral ta’ xi ħadd. Ratisbonne aktar tard waqqaf il- kongregazzjoni reliġjuża ta’ Sidtna Marija ta’ Sijon, biex taħdem għall-ftehim bejn il-Lhud u l-insara.  Fl-umiltà kbira tagħha Katerina Labouré rnexxielha żżomm is-sigriet dwar dawn id-dehriet tagħha sa mewtha 40 sena wara.

54 SIGNUM FIDEI

 F’Malta, id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluża kienet imxerrda ħafna minn San Ġorġ Preca, u llum il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-Blata l-Bajda taħt l-unika knisja f’Malta li hi ddedikata lill-Madonna taħt dan it-titolu.

Riflessjoni: Nissel kunfidenza kbira fl-omm divina ta’ Ġesù Kristu għax hi setgħana wisq fuq il- qalb ta’ Alla, li xejn ma jiċħdilha minn dak li titolbu. Il-predestinati huma kollha marbutin magħha bi spirtu ta’ vera devozzjoni. Hija ssaltan ma’ Ġesù Kristu fis-sema bħala reġina, bħala padruna u bħala omm. San Ġorġ Preca

Meditazzjoni ta’San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, silta mit-2 punt What must oblige us most especially to have a great devotion to the Most Blessed is the fact that she is so highly honored by the Eternal Father. He has given her a position above all pure creatures because she bore in her womb the One who is equal to him and who is one in nature with him. She is exalted above all creatures because of the abundance of grace bestowed on her, which surpasses that given to anyone else, and because of the purity of her life, which no one has equaled. This led Saint Anselm to declare that it was only right that Mary be clothed in great glory and lifted high above all creation, because, after God, no one is superior to her. Is it not to be incomparably raised above all creatures to have become the temple of the living God when she conceived the Son of God? For this reason, we apply to her the words of Psalm 132: God has chosen her to make his dwelling in her, and these other words from Psalm 65: Your temple is holy. Abbot Rupert goes even farther he says that once the Holy Spirit had visited the Most Blessed Virgin to make her conceive the Son of God, she became totally beautiful with a divine beauty. This made Saint Bernard say that we ought to honor the Most Blessed Virgin with the tenderest of devotions because God placed the fullness of all good in her when he enclosed the divine Word in her womb.

TALBA Ftakar, ja l-iżjed ħanina verġni Marija, li qatt ma nstema’, li xi ħadd intefa’ taħt il-patroċinju tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li inti tidħol għalih u inti ma smajtux. Imqanqal minn dan il-ħsieb jien għal għandek niġi ja verġni omm tiegħi, għal għandek niġi, quddiemek noqgħod, midneb u niedem, ja omm l-iben t’Alla, magħmul bniedem. La tistmerrx it-talb tiegħi iżda ismagħni u weġibni Ammen Talba ta’ San Bernard Missierna ... SIGNUM FIDEI 55

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru San Ġakbu mill-Marche - presbiteru Santa Katerina Labourè

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 20: 1-4.11 – 21,2 Il-mejtin sar ħaqq minnhom fuq l-għemejjel tagħhom. Ġerusalemm il-ġdida, rajtha nieżla mis-sema. 2. Salm 83: 3.4.5-6a u 8a Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin. 3. Luqa 21: 29-33 Meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib.

SANTA KATERINA LABOURÈ (1806-1875) – verġni  Zoe (għax dan kien l-isem tagħha qabel daħlet reliġjuża) kienet id-disa’ tarbija fost ħdax-il wild ta’ familja ta’ bdiewa mir-raħal żgħir ta’ Fain-les-Moutiers, fil- Cote d’Or, Franza. Twieldet fit-2 ta’ Mejju 1806 minn Pierre Laboure’, bidwi tat-tajjeb, u Louise Gontard, mara tar-ruħ u omm mill-aħjar. Hi ġiet mgħammda l-għada li twieldet.  Ta’ erbatax daħlet mas-sorijiet tal-karità Chatillon-sur-Seine, ħdejn Pariġi (1830), fejn għaddiet ħajjitha ddur bil-morda fil-kunvent ta’ Rue de Bac.  Fl-1832, fil-kappella tal-kunvent, il-Madonna dehritilha għal tliet darbiet, u rrikmandatilha li tħabrek biex jagħmlulha midalja f’ġieħ il-ħniena tagħha bħala omm Alla – dik il-midalja magħrufa bl-isem tal-“Midalja Mirakuluża”. Dik is- sena stess (fl-1832) saru 1,500 midalja, kif ġa rajna meta tkellimna fuq din il- midalja, fit-tifkira tagħha.  Bis-saħħa tal-Midalja Mirakoluża, fil-knisja ta’ ‘‘Sant’Andrea delle Fratte’’, tal- Patrijiet Minimi ġewwa Ruma, quddiem l-altar tal-‘‘Madonna tal-Miraklu“, il- Lhudi Alfons Ratisbonne (kif ġa rajna), fit-18 ta’ Jannar, 1842, ikkonverta u sar kattoliku u anki saċerdot u fundatur tal-patrijiet u s-sorijiet tal-Madonna ta’ Sion għall-konverżjoni tal-Lhud.  Mietet ta’ 70 sena fil-kunvent ta’ Enghien-Reuilly, fejn kienet għaddiet l-aħħar 46 sena ta’ ħajjitha bħala infermiera mal-morda u x-xjuħ, kif ukoll bħala purtinara. Hi kienet qalet minn qabel li ma tarax is-sena, 1877, għax fil-fatt mietet fil-31 ta’ Diċembru, 1876.  Il-funeral kien popolari ħafna. Iżjed tard, ftit snin wara li difnuha, tifel ta’ tnax-il sena, magħtub minn twelidu, fieq b’miraklu fuq qabarha.  Il-ġisem tagħha kien għadu sħiħ 56 sena wara mewtha, meta fil-21 ta’ Marzu, 1933, ittieħed Pariġi bl-akbar solennità għas-santwarju tal-Madonna Mirakoluża, f’Rue du Bac, fejn, (flimkien ma’ dak tal-fundatriċi, Santa Louisa de Marillac), għadu meqjum sal-lum.

56 SIGNUM FIDEI

 Ibbeatifikata mill-Papa Piju XI, fl-1933 u l-Papa Piju XII ikkanonizzaha fis-27 ta’ Lulju 1947.  San Massimiljanu Marija Kolbe, martri Franġiskan Konventwali u fundatur tal- Milizzja tal-Immakulata, mhux biss qaddes l-ewwel quddiesa tiegħu fl-altar tal- ‘‘Miraklu’’ li diġà semmejna, imma xerred kemm felaħ fil-Polonja u fil-Ġappun il- Midalja Mirakoluża, kif għamel ukoll f’Malta San Ġorġ Preca.

Riflessjoni: Il-Knisja Kattolika hija qaddisa għax kollox hu qaddis u mqaddes fiha, speċjalment il- mezzi tal-qdusija li huma s-Sagramenti. Il-Knisja ta’ Kristu hija fejn hemm Pietru, imsaħħa bil-qaddisin tagħha permezz ta’ mirakli li saru u li jsiru taħt għajnejn il- bnedmin, xhieda fid-dawl tad-dinja, ġrajja li ħadd ma jista’ jmieri. San Ġorġ Preca

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.1, Silta mil-1 punt Speaking of the Last Judgment in today’s Gospel, Jesus Christ says that all people will see the Son of Man coming on a cloud with great power and majesty. The regal aspect in which Jesus Christ will appear and the great power he will display when he comes to judge the world ought to make us fear his coming. This is what Saint Jerome says, commenting on these words of the Prophet Malachy: Who can think of the day of his coming? If no one dares think of the day of the Last Judgment, because of the majesty and power of him who will be the judge, who will be able to endure the strictness of his judgment? This will be all the more difficult, he adds, because the One who will act as witness will also be the One who will judge; this is what ought to lead us to dread this judgment all the more. As the same saint says elsewhere, the very severity of the Judge who will render to all of us according to our works will be such that those present will not dare to look him in the face. Then, says Saint Ephrem, there will be a minute and terrible scrutiny of our actions, and even of our thoughts, when each of us appears before this Judge’s tribunal. He will make known to the whole world all the thoughts of all, their words and their deeds, all of which were entirely hidden in this life because they were performed in darkness.

TALBA: Att ta’ Fidi O Alla tiegħi, jiena nemmen bi sħiħ, li inti Alla wieħed fi tliet persuni divini, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Jiena nemmen f’Ġesù Kristu l-iben tiegħek, li sar bniedem u miet għal dnubietna, u li jerġa’ jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin. Jiena nemmen f’dawn u l-veritajiet kollha li l-Knisja Kattolika tgħallem, għaliex inti għarrafthom, inti li la tqarraq u lanqas tiġi mqarraq. Ammen. Papa Pawlu VI Missierna ... SIGNUM FIDEI 57

Is-Sibt, 29 ta’ Novembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt Beatu Dionisju tan-Natività - presbiteru u Beatu Redent tas-Salib - reliġjuż u martri Beatu Federiku minn Ratisbona - reliġjuż Beatu Bernardu Franġisk de Hoyos – presbiteru San Saturninu - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 22: 1-7 Lejl ma jkunx hemm iżjed, għax il-Mulej Alla jkun jiddi fuqhom. 2. Salm 94: 1-7 Maranata! Ejja, Mulej Ġesù! 3. Luqa 21: 34-36 Ishru biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.

SANT’ ANDRIJA (l-ewwel seklu) – appostlu (Nota: Il-jum Liturġiku tal-festa ta’ Sant’ Andrija taħbat fit-30 ta’ Novembru, imma peress li din is-sena din il-ġurnata hija l-ewwel Ħadd tal-Avvent, qed nippreżentaw il- ħajja ta’ dan il-qaddis, dixxiplu u appostlu ta’ Ġesù fil-ġurnata tal-lum)  Sant’Andrija, bħal missieru Ġona, u ħuh San Pietru, kien sajjied, minn Betsajda. Il-familja tiegħu kellha dar f’Kafarnahum, fejn Ġesù ġieli mar .  Għall-ewwel kien dixxiplu ta’ San Ġwann il-Battista, u l-ewwel darba li ra ’l Ġesù kien f’Betsajda, meta kien ma’ San Ġwann li kien qiegħed jgħammed. Dak il-ħin li kien għaddej Ġesù, San Ġwann qal: “Hekk hu l-Ħaruf t’Alla”.  Sant’Andrija flimkien ma’ dixxiplu ieħor, mar ħdejn Ġesù, u Ġesù staqsieh x’kellu bżonn. Hu wieġbu li xtaq ikun jaf fejn joqgħod, u Ġesù qallu: “Ejja, u ara”. Imbagħad, Sant’Andrija u sieħbu qattgħu l-kumplament tal-jum ma’ Ġesù. L-għada mar sab lil ħuh Xmun, u qallu: “Sibna ’l-Messija”, u ġabu għand Ġesù li bidillu ismu f’Pietru. Hekk iż-żewġ aħwa saru dixxipli ta’ Ġesù, iżda ma qagħdux kontinwament miegħu, għax ġieli kienu jmorru lura d-dar.  Darba waħda Ġesù ltaqa’ magħhom it-tnejn waqt li kienu qed jistadu u qalilhom: “Ejjew u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. Marru, u minn dakinhar baqgħu dejjem ma’ Ġesù.  Ftit qabel il-passjoni, meta Ġesù kien f’Betanja fid-dar ta’ Lazzru, xi Griegi ltaqgħu ma’ Filippu u qalulu li xtaqu jaraw lil Ġesù. Filippu qal b’dan lil Indri u flimkien marru jgħidu lil Ġesù (Ġn. 12:20).  Darb’oħra meta Ġesù xabba’ bl-ikel ħamest elef ruħ, kien Sant'Andrija li qal lil Ġesù li kien hemm tifel li kellu ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. (Ġn. 6:9).  Wara l-mewt ta’ Ġesù, Sant’Andrija mar jipprietka l-Vanġelu fil-Greċja u fit- Turkija, u x’aktarx fil-Polonja u fir-Russja.  Sofra l-martirju f’Akajja, fi żmien il-persekuzzjoni ta’ Neruni. Ġie marbut ma’ salib forma ta’ X biex idum iktar ma jmut. Infatti miet wara jumejn.

58 SIGNUM FIDEI

 Ġismu ttieħed f’Kostantinopli fis-sena 357, u mqiegħed fil-knisja tal-appostli mibnija minn Kostantinu l-Kbir.  Papa Pawlu VI, f’Settembru 1964, irritorna r-ras tal-qaddis, li kienet miżmuma Ruma għal aktar minn 500 sena, lill-patrijarka ortodoss ta’ Patras bħala ġest ta’ mħabba, bit-tama li dan ikollu effett fit-triq għall-għaqda tal-knejjes insara.

Riflessjoni: Nagħmlu ħilitna biex nakkwistaw l-ispirtu ta’ talb. F’kull ħtieġa tagħna, fit- tentazzjonijiet, fid-disgrazzji, meta nkunu ser nibdew xi ħidma diffiċċli, m’għandniex nonqsu li qabel xejn nirrikorru lejn Alla. San Ġwann Bosco

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 78, silta mit-2 punt Saint Andrew faithfully carried out what Jesus Christ had predicted to him when he called him to the faith, namely, that he would be a fisher of men, that is, he would win others to God and would attract them to Jesus Christ by the net of the apostolic grace that he would give him. He even had a share in this grace, as soon as he knew Jesus, and brought his brother, , to our Lord. This made Saint say that from the start of his apprenticeship in Christianity, this saint had already applied himself to effect good in souls and had already become a preacher of the truth, although he was barely a listener. This new , not satisfied with taking care of his own salvation, was already trying to bring others to become disciples with him. After the descent of the Holy Spirit, this saint continued to exercise his zeal in many countries, because he knew that Jesus Christ had left his Apostles on earth for no other purpose than to preach his doctrine everywhere. You have been called, just as the holy Apostles were, to make God known, and you need great zeal for this. Ask God for a share in the zeal of Saint Andrew. Regard him as your model, and proclaim Jesus Christ and his holy maxims without growing weary.

TALBA Grazzi Mulej, għall-fedeltà tal-appostli, li kontinwament taw xhieda ta’ Kristu anke fil-mument tal-mewt tagħhom. Illum nitolbuk għas-suċċessuri tagħhom. Ammen. Missierna ...

SIGNUM FIDEI 59

Il-Ħadd, 30 ta’ Novembru L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 63: 16b-17.19b; 64, 2-7 Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel! 2. Salm 79: 2aċ.3b.15-16.18-19 Reġġagħna għal li konna Alla tal-eżerċti. 3. 1 Korintin 1: 3-9 Nistennew id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu. 4. Mark 13: 33-37 Ishru, għax ma tafux meta jerġa’ jiġi sid id-dar.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:  Donnu kollox nistgħu nikkritikaw fi żmienna, minbarra n-nuqqas ta’attenzjoni, jekk xejn, il-problema hi bil-kontra, l-abbuż tagħha, li nħossuna il-ħin kollu mgħassin, spijati. Ngħixu f’sitwazzjoni paradossali li biex niggarantixxu s- serħan tal-moħħ u l-ġid tagħna, biex inwarrbu t-theddid kontra l-paċi , tant naċċettaw kontrolli fuq ħajjitna li anki l-gvernijiet dittatorjali jsibuha diffiċli biex jimponuhom. Hekk biex inħarsu d-drittijiet tagħna u niddefendu l-liberta tagħna, inwaħħlu kamera kull fejn hu possibbli, u nafdaw irwieħna f’idejn il- kumpaniji tas-sigurta`; inħallu traċċi tagħna kullimkien permezz tat-telefon ċellulari, kompjuter, eċċ... jekk dan mhuwiex paradoss! Din is-sorveljanza kollha mhix kawża tad-delinkwenza biss imma anke għaliex ċħadna dak li l- impenn fundamentali li l-vanġelu jsejħilna għalih illum “Kunu għajnejkom miftuħa, ishru “ Mk 13:33  Jekk tant nies fil-fatt jgħixu fuq il-qoxra tar-rejalta, b’għajnejhom u qalbhom mitlufin fil-vojt, bilfors għandhom bżonn lil xi ħadd li jara minflokhom dak li ma jridux jew m’għadhomx jafu kif jaraw. Jekk tant nies imdorrijin minn ċkunithom jevitaw dak li hu diffiċli, bilfors li jqabbdu l-biċċa xogħol iebsa li jieħdu ħsieb ħajjithom lil ħadd ieħor.  L-eżortazzjoni tal-vanġelu għall-eżerċizzju personali tas-sahra fuqna nfusna, għalhekk hi f’waqtha. Ma nfixklux it-twissijiet ta’ Ġesu ma dawk tal-opinjoni pubblika moderna, għaliex l-istedina tiegħu biex nishru mhix kontra, imma favur xi ħadd; mhix imnissla mill-biża, imma mit-tama; ma tagħlaqx għajnejha għall-futur imma tiftaħhom beraħ. Il-Mulej jistedinna biex nishru fl-istennija ta’ xi ħaġa li għad trid tiġri, ta’ wieħed li għad irid jiġi kif tindikalna l-parabbola tal- għassies li jishar bilejl jistenna lil sidu jasal lura. Għaliex fil-mumenti kollha tal- ħajja ta’ kull bniedem u tal-istorja tal-umanita, hemm mument preċiż li ħadd ma jaf, imma li l-istorja qiegħeda tersaq lejh u li għalih iseħħu l-ġrajjiet tal-umanita.  Jitkellem fuqu Isaija, fl-ewwel qari, jiddeskrivilna l-istennija tal-fqar, l-imwarrbin u l-midinbin, ta’ min imsomma, li għalkemm iqisu lilhom infushom “imniġġsa u maħmuġa” f’għajnejn Alla, jafu li m’ghandhomx difensur ieħor fis-sema u fl-art, ħliefu, u allura jgħajtulu b’għajjat lejl u nhar b’tama qawwija bi kliem il-profeta: “mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm!” Is.63:19. Il-mument 60 SIGNUM FIDEI

preċiż se jkun ir-risposta divina ghal dan l-għajjat tal-imsejknin: Alla l-Missier jerġa jagħġen it-tafal fqajjar li aħna aħna, fuq xbiha ta’ Ibnu - il-milja tal-ħolqien il-ġdid. Din il-miġja isseħħ żgur għax diġa seħħet fil-persuna ta’ Kristu, u għandha l-bidu tagħha fil-ħajja, l-mewt u l-qawmien tiegħu. Hi garantita bil- kelma tiegħu li ma tgħaddix, u antiċipata bil-preżenza misterjuża tal-Irxoxt f’nofsna. Li nilqgħu l-istedina tal-vanġelu li nishru fl-istennija tal-ġrajja kruċjali li se tibdel l-istorja tad-dinja b’mod irriversibbli, iffisser qabel kollox li ma norqdux fil-fond: l-irqad tar-raġuni li joħloq mostri u jħeġġeġ l-agħar istinti li hemm fina; l-irqad tal-fidi li bih ittieħdu folol kbar ta’ nies; l-irqad tal-kuxjenza li iktar ma torqod iktar tagħmel ħsara; l-irqad li jorqod kull min għandu bżonn ta’ eċitament kontinwu biex iħossu qiegħed jgħix.Dan mhux kollox: l-uniku mod kif nishru u ngħixu l-istennija ta’ din il-ġrajja hu, li nibnu llum dak li qegħdin nistennew għada, naħdmu biex il-futur iseħħ mil-lum, sabiex dak li nemmnu fih isir dak li għalih naħdmu b’ġenerożita u entużjażmu.  Jalla l-avvent tagħna jibda bl-istennija responsabbli, imdawla mill-fidi, mmarkata bit-tama, minsuġa bit-talb u b’ritmu ta’ azzjoni: jekk fil-fatt huwa minnu li r-riżultat pożittiv tal-istorja hu garantit minn Alla, imma dakshekk ieħor huwa minnu li jiddependi minna wkoll għax il-Mulej afdahulna f’idejna, dgħajfa dejjem, kultant vojta, madankollu indispensabbli għal Min ma jridx, u lanqas jista’, jsalvana mingħajrna. Minn “La Realta` e` Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, silta mit-3 punt How could we not fear God’s judgments, since the greatest saints, despite their eminent holiness, did not fail to dread them? , whom God defended against those who reproached him falsely, says to God: I trembled at every action I performed, knowing that you do not pardon the one who sins; and again, what will I do when God will arise to judge me, and when he demands an account of my life, what will I answer him? After relating in considerable detail his manner of living, so upright and so free from sin, he adds that he always dreaded the judgment of God and that this fear had always penetrated him like a heavy burden… Saint Ephrem, who led a solitary life from his childhood and who was so pure, so penitent, and so filled with the Spirit of God, says that his heart trembled and his whole body shook every time he reflected that all our thoughts, words, and actions will be made manifest on Judgment Day. Acknowledging that he was still guilty, he constantly feared to be judged in strict rigor, knowing that he had no excuse for his negligence. If such great saints felt so much fear when considering this terrible day, what feelings of dread ought we not to experience, we who show such little fervor in God’s service and who fulfill our duties so negligently?

SIGNUM FIDEI 61

TALBA Mulej Alla, inti biss tista’ tara l-ġewwieni ta’ qalbi u taf li fit-taħbit ta’ ħajti hemm xewqa kbira biex f’dan l-Avvent nilqgħek aktar fil-fond ġo ħajti. Qalbi tixtieq is-sħana ta’ mħabbtek u ħsibijieti jfittxu d-dawl qalb dan id-dlam. Matul dan l-Avvent, għinni nkun strument ta’ paċi u nħobb bi mħabba speċjali lil dawk li ma jaqblux miegħi. Agħtini s-saħħa u l-kuraġġ biex naħfer lil dawk li jweġġgħuni. Għin lil qalbi teħles mill-irbit tar-rabja u l-uġigħ. Ammen.

Missierna ...

JGĦIX ĠESÙ F’QALBNA!

GĦAL DEJJEM

62 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei

Missierna li inti fis-smewwiet, fil-Providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi.

Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITA’, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni.

Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri.

Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek.

Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, Ibnek l-Għażiż. Amen

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:

M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira. Tel. 21317422, Mob. 79317422 E-mail: [email protected]

SIGNUM FIDEI 63

L-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona

26 ta’ Jannar, 2007

_

18 t’Ottubru 2014

F’isem il-membri tas-SIGNUM FIDEI, nirringrazzjaw lill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona, għall- imħabba u d-dedikazzjoni li wera bħala r-ragħaj tal- Knisja Kattolika Maltija. Nixtiequlu AD MULTUS ANNOS u nwegħduh it-talb tagħna.

Il-Kurja tal-Arċisqof qed issejħilna biex nitolbu għas- suċċessur tal-Arċisqof Cremona kif ġej:

“ Agħtina, Mulej, Ragħaj skont il-qalb tiegħek li jħabrek għall-glorja tiegħek u għall-ġid tal-Knisja bi spirtu ta’ għerf u għaqal, bi spirtu ta’ qawwa u ħlewwa, bi spirtu ta’ umilta u sabar.”

64 SIGNUM FIDEI